Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 13 lis-soċjetà Ġiżwiti, u l-Patrijiet tas- Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl. Dawk femminili jinkludu s-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù, l-Agostinjani, il-Karmelitani, is-Salesjani, id-Dumnikani u dawk tal-Karità. Bħala stil ta' ħajja kontemplattiva fil- klawsura hemm is-Sorijiet Klarissi. Barra dawn, diversi membri oħra wlied il-gżira Għawdxija ħaddnu l-ħajja kontemplattiva u jinsabu f 'monasteri oħra sew fl- Arċidjoċesi ta' Malta u sew barra minn xtutna. Fid-Djoċesi ta' Għawdex huma preżenti wkoll diversi suriet ta' ħajja lajka kkonsagrata, fosthom il-Komunità Anawim, Le Spigolatrici della Chiesa, l-Ordo Virginum, il-Piccola Famiglia Francescana u l-Volontarji ta' Don Bosco. Ta' min isemmi wkoll li tnejn minn dawn l-Ordnijiet kellhom il-fundaturi tagħhom propju Għawdxin: is-Sorijiet Dumnikani twaqqfu minn Karolina Cauchi (1889) u s-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù minn Madre Margerita De Brincat (1880), illum Venerabbli. Ta' min jgħid ukoll li riċentement id- Djoċesi ta' Għawdex tat bidu għall-Kawża tal- Beatifikazzjoni ta' wieħed mis-saċerdoti tagħha, Dun Mikiel Attard, min-Nadur. Quddiem dan ix-xenarju kollu, id-Djoċesi ta' Għawdex tħoss li għandha tabilħaqq għax trodd ħajr lil Alla għal tant grazzji li sawwab fuqha f 'dawn il-150 sena tal-eżistenza tagħha, waqt li tħares 'il quddiem b'fiduċja, imqanqla mill-eżempju ta' tant uliedha li taw xhieda sabiħa għall-Vanġelu. Mhux biss il-Knisja, imma anki l-istess soċjetà Maltija u Għawdxija għandha għax tkun rikonoxxenti lejn dak kollu li d-Djoċesi ta' Għawdex, fiċ-ċokon tagħha, offriet lill-bniedem u lis- soċjetà ta' pajjiżna f 'kull żmien. Min-naħa tagħha, il-Knisja li hi f 'Għawdex trid tkompli tkun "il-melħ tal-art" u "id-dawl tad-dinja", skont il- missjoni li rċeviet mingħand l-Imgħallem tagħha Ġesù Kristu. Hija trid tkun dik il-"ftit ħmira" li tgħolli u tagħti t-togħma lill-għaġna kollha, u għalhekk qed timpenja ruħha biex tkompli taqsam mal-bniedem tal-lum il-ferħ u n-niket, it-tħassib u t-tamiet tiegħu, kif tenna l-Isqof Mario Grech fl- omelija msemmija. Prinċep William in-nej Kemm ħadt pjaċir nifraħ mal-Prinċep William. Kemm hu ħelu, u bejnietna, vojt. Għax ejja ħa nammettu ma jiswix karlin. Imma l-aqwa li ġibnieh hawn biex inżanżnuh fuq il-Barrakka ta' Fuq mal-isbaħ politiċi li hawn. Għax għandu raġun Charlie Xuereb, dak li jiżbogħ xagħru, li missna nistħu li nġibu minn ħakimna biex niċċelebraw il-ħamsin sena. Eħħ xi kultant naħseb li Dottor Muscat qed ikun wisq 'piaccone.' Il-Mark Anthony Falzon La darba qed nitkellmu fuq iċ-ċelebrazzjonijiet ikollna nammettu li kien hemm xi wħud li ma kinux qed jiċċelebraw. Kienu l-kaċċaturi u ovvjament dak il-bravu ta' ċermen tal-kumitat Ornis il-Professur Mark Anthony Falzon li kienu, ejja ngħidu, imdejqa bid-deċiżjoni. Nistgħu ngħidu għal żewġ raġunijiet differenti. Il-kaċċaturi għax jaħsbu li għandhom id-dritt divin li jisparaw meta jridu u kif iridu u l-professur ta*-**** għax induna li l-kumitat Ornis li qed jiċċerja ma għandhomx 'say' kif u x'jagħmel il-Prim. Tajba, lil Professur ngħidulu aħjar jagħmel dak li jaf jagħmel, jikteb fit-Tajms u jurina kemm hu bravu. Olè. Naqbżu għal kakkaturi Bil-mod tafux. Jien ma rridx naqbeż għall-kakkaturi imma mhux sew li min ipprotesta quddiem Kastilja spiċċa l-ħabs. Kieku dawn kisru jew weġġgħu lil xi ħadd orrajt. Imma ejja, noqogħdu attenti, vera dawn għajru lil Prim imma dan mhux xi reat. Imma mhux kulħadd jaħsibha hekk u msieken spiċċaw il-ħabs. Noqogħdu attenti qed nuru wisq li l-ġudikatura taġixxi skont it-temp fil-pajjiż. Joe il-Bannister Qaluli xi ilsna ħżiena li Joe Bannister il-kap tal-MFSA kien qed jiċċelebra l-anniversarju, istra għandu 70 sena! U mid- dehra ma tantx marret tajba l-ikla għax spiċċa ħassu ħażin. Kien hemm daqsxejn ta' xena fl-MFSA. Nispera mhux veru għax il-professur Bannister huwa bniedem serjissimu. Tant hu hekk li kulħadd jirrispettah anke l-Prim u ovvjament il- bravu Edward Scicluna, il-Ministru Scicluna. Iżda minkejja kollox, jibqa' l-fatt li Bannister żammewh għax jaħsbuh bravu, tant hu bravu li f 'dawn l-aħħar snin qabda investituri Maltin tilfu sormhom minħabba nuqqas ta' moniteraġġ mill-MFSA. Nimmisja r-remettar Ara vera ma nistax norqod kemm ilha li r-reġina tar- remettar tal-Bidnija waqfet milli tikteb. Hemm ħafna ipotesi, fosthom hi li bħalissa qed tiġbor il-biċċiet tal- kollezzjoni tad-Doulton li kienet waddbet lir-raġel tagħha. Ipotesi oħra hi li se ssir soru u li qed jiddispjaċiha li weġġgħet salt nies u ndunat kemm hemm nies ħodor li jħobbu jaqrawha. In-nej Il-Professur… Il-kakkaturi mressqa l-Qorti Ir-reġina tar-remettar Il-bannister Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Poodle, isem ispirat meta dik il-kerha seba' pesti kienet tgħajjar lil Joseph Muscat, il-kelb poodle ta' Alfred Sant, dak il-bravu l-ieħor li m'għandux il-bajd proverbjali li ma jilbisx parrokka. Il-poodle għandu kitba u preżentazzjoni minn persuni li jekk tkunu tafu min huma ġġibu għajnejkom wara widnejkom. Min jieħu għalih, minn issa niskużaw ruħna u nitolbuh ħniena u kumpassjoni. @poodlemalta