Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 3 Apprezzament għall-ħidma ta' Malta favur l-istabbilità fil-Libja ISSEGRETARJU Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon esprima l-apprezzament tiegħu għall-isforzi ġenwini ta' pajjiżna biex il-Libja terġa' ssir pajjiż sigur u stabbli. Waqt laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fi New York, Ban Ki-Moon qal li jista' jifhem l-impatt fuq Malta tal-problema umanitarja li qed joħloq il-kunflitt Libjan. Muscat qal li Malta hija kommessa li tibqa' tagħti s-sehem tagħha biex tiġi indirizzata l-kriżi politika fil-Libja. Il-punti kruċjali jibqgħu diżarmament inkundizzjonat biex il- milizzji ma jibqgħux iżommu bliet ostaġġi u rieda ġenwina biex tiddomina r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fejn il-poplu Libjan ikollu l-opportunità jimxi 'l quddiem fil-paċi. Għalhekk in-Nazzjonijiet Uniti għandha tkun lesta li twieġeb għal kull talba ta' azzjoni mill-poplu Libjan favur il-kompromess u l-konsultazzjoni. Il-Prim Ministru qal li l-problema tal- immigrazzjoni u l-kunflitt tal-Libja ma jistgħux ikunu trattati b'mod separat. Iċ-ċirku kriminali wara t-traffikar tal-persuni jista' faċilment japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni instabbli u, għall-interessi tiegħu, jkompli jitfa' lill-immigranti f 'baħar ta' periklu. Sal- ġimgħa li għaddiet stess, din il-mewġa ħalliet traġedja oħra li l-UNCHR iddeskriviet bħala qtil tal- massa. Muscat sostna li Malta se tibqa' tkun iebsa mal- politiċi u l-komunità internazzjonali quddiem din it-traġedja umana filwaqt li turi dinjità u rispett lejn il-vittmi immigranti. Hawnhekk fakkar kif il- Gvern biddel il-politika tiegħu biex tfal u minuri li jidħlu f 'pajjiżna għall-ewwel darba ma jitpoġġewx f 'ċentri ta' detenzjoni. Intant, il-Prim Ministru u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti qablu fuq il-ħtieġa li jiġi sostnut it-twettiq tal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millenju u qasmu ideat fuq l-aġenda li għandha tidħol fis-seħħ wara l-2015 fuq żvilupp effettiv u sostenibbli għas- snin li ġejjin. Joseph Muscat fil-laqgħa tiegħu mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon Kull 20 sena jagħmel Settembru bħal dan ITTEMP jidher li għadu ma jafx x'se jaqbad jagħmel. Ħafna huma dawk li qed jistennew l-ewwel maltempata li tidher qiegħda mdendla iżda għal xi raġuni jew oħra għadha m'għamlitx. Forsi l-maġġoranza tas-snin esperjenzajna dik ix-xita qliel fi żmien il-Vitorja jew forsi iktar tard fi żmien il-festa tal-Grazzja f 'Ħaż- Żabbar. Iżda din is-sena donnu għadu ma jridx jaf. Il-ġurnal ILLUM tkellem mad-Direttur Maniġerjali ta' MaltaWeather.com Mark Vella u talbu kummenti dwar it-temp li qed jagħmel bħalissa. Ħafna qalu li Settembru kien iktar sħun din is-sena waqt li Lulju ma kienx daqshekk kiefer. Vella qal li "hija biss perċezzjoni li Settembru kien iktar sħun. Li ġara kien li kellna umdità qawwija u ma kienx hemm riħ u b'hekk ma kinitx għaddejja naqra żiffa. Kif nafu, l-umdità ġġiegħlek tħoss iktar sħana. Bla żiffa, l-għaraq ma jevaporax u kulħadd jibda jħossu jdellek u jwaħħal." Vella semma kif dan is-sajf ma kellnix temperatura ogħla minn 34 grad Celsius. Dan kien kaġun li l-pressjoni għolja li s-soltu titla' mill- Afrika u żżomm il-bnazzi u t-temperaturi sħan ma kinitx daqshekk qawwija u b'hekk wassal biex it-temperaturi tagħna ma kinux daqshekk sħan. "Infatti miċ-ċentru tal- Italja 'l fuq ma kellhomx sajf, għax il-pressjoni mill-Afrika ma waslitx s'hemm u b'hekk esperjenzaw sajf bix-xita eċċ" żied Vella. Vella saħaq li "l-aħħar sjuf ma kinux kefrin. Jekk tqabbel is-sajf qalil li esperjenzajna fl-2003 ma' dawn l-aħħar sjuf m'hemmx paragun." "Mill-informazzjoni li għandna aħna, kull ftit snin ikollna Settembru bħal dan, Settembru bi ftit jew xejn xita, inkluż Settembru ta' sentejn ilu, iżda din hija biss parti miċ-ċiklu naturali u li wara kollox mhix daqshekk rari," temm il-kummenti tiegħu Vella. It-temp donnu ma jafx x'se jaqbad jagħmel Ritratt: movingonupaway.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014