Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
28 illum Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Żebbuġ .................. 0 Hibernians ............. 4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HIBERNIANS kienu wisq superjuri għal Żebbuġ Rangers meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. B'hekk huma baqgħu b'punti massimi f 'dan il-kampjonat u komplew juru li huma se jkunu l-isfidanti ewleni biex jirbħu l-kampjonat matul dan l-istaġun hekk kif jippossjedu skwadra formidabbli. Huma kienu ferm aħjar miż-Żebbuġin tul id-90 minuta u qatt ma taw ċans lir-Rangers jidħlu fil-logħba. Il-Pawlisti rnexxielhom wara biss 7 minuti permezz ta' xutt mill-viċin tal-plejer internazzjonali u captain ta' Hibernians, Andrew Cohen. Huma rduppjaw l-iskor fil- 51 minuta Clayton Failla, rċieva tajjeb mingħand Tarabai u minn ġol-kaxxa tefa' wara l-goalkeeper ta' Żebbuġ Rangers. Jidher li Hibernisns ma kinux kuntenti b'dan l-iskor u attakk wara l-ieħor irnexxielhom jagħmluhom tlieta fit-68 minuta permezz tal-plejer prolifiku Brażiljan li reġa' rritorna mal-Pawlisti matul dan l-istaġun, Marcelo Dias. Żebbuġ Rangers ippruvaw joħolqu l-periklu iżda qatt ma setgħu jinfdu d-difiża Pawlista u Hibernians komplew jiskorjaw meta fil- 71 minuta Edison Luis dos Santis wara li rċieva minn kross ta' Clayton Failla, tefa' ġewwa permezz ta' xutt b'saħħtu biex kompla jitfa' lill-partitarji Pawlisti f 'delirju ta' ferħ. Żebbuġ R. - Ropchan dos Santos Morales, Xerri, Mandic (Britto 69'), Bartolo (Bortg 73'), Camilleri, Diaz Serrano, Lee Galea, Clifford Gauci, Muchardi, Monti, Nwoba (Paris 77') Hibernians - Bonello, Tanti (Pearson 64'), Soares, Dias, Cohen (Degabriele 80'), Kristensen, Lima (Bezzina 73'), Failla, Agius, Dos Santos, Da Silva Pereira Referi - Alan Mario Sant CLAYTON FAILLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-8 ta' Jannar 1986 f'Tal-Pietà Rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena darbtejn: fl-2009 u fl-2012 Fil-karriera mill-aqwa tiegħu sa issa lagħab ma' St Patrick, Sliema Wanderers u Hibernians Hibernians wisq superjuri għal Żebbuġ