Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 Qtil ieħor b'konnessjoni ma' Deffsulu l-gazzetti WARA li l-ġimgħa l-oħra rajna qtil li kellu kull element ta' vendetta, l-investigaturi fil- qtil li se naraw f 'din il-ħarġa qatt ma eskludew li Peter Cilia ta' 55 sena, Naxxari li kien joqgħod Ħ'Attard, kien ukoll vittma ta' vendetta. Peter Cilia, jew kif kien aktar magħruf bħala Pietru, instab mejjet fil-karozza tiegħu nhar l-Erbgħa, 21 ta' Lulju 1993. Il-qattiela riedu jeqirdu kull traċċa tant li wara li qatluh taw in-nar il-karozza wara kamra li kellu l-vittma stess fl-inħawi ta' Saverja ftit 'il bogħod mit-Torri tal-Għallies qrib il-Magħtab. Inqatel b'tir ta' arma tan-nar Meta l-Pulizija sabu l-katavru ta' Pietru Cilia, l-ewwel suspetti kienu li Cilia kien inħaraq ħaj l-aktar wara l-każ brutali ta' Sylvia King, li kienet inħarqet ħajja fil-karozza tagħha ftit aktar minn tliet xhur qabel, fl-4 ta' April 1993 fl-inħawi tal- Kunċizzjoni, limiti tar-Rabat, Malta. Kien biss meta saret l-awtopsja fuq il-katavru ta' Cilia, liema awtopsja saret is-Sibt, 24 ta' Lulju, li patoloġisti sabu balla fil-kadavru. Kellu rutina li rari ma żammx Pietru kellu rutina tiegħu li rari ma kienx iżomm magħha, iżda dakinhar huwa deher f 'post li ma kienx jiffrekwenta ta' kuljum. Huwa kien joħroġ mid-dar ftit qabel is-7.30am biex imur għax-xogħol fejn kien jaħdem bħala għassies f 'Wied Inċita, f 'Ħ'Attard stess. Kien dakinhar, l-Erbgħa, 21 ta' Lulju 1993 filgħodu qabel mar għax- xogħol li martu Lina rat l-aħħar darba lil żewġha ħaj. Pietru kien missier ta' tlett itfal – Amy li kellha 21 sena, Dennis li kellu 17-il sena u ż-żgħir Johan li dakinhar kellu 10 snin. Wara li ħareġ mid-dar Pietru mar fil-garaxx jagħlef l-annimali li kien irabbi u minn hemm, bħalma kien jagħmel, kellu jibqa' sejjer fl-għalqa li kellu qrib Kennedy Grove, limiti ta' San Pawl il-Baħar. Persuni li kienu tkellmu mal-Pulizija kienu stqarrew li dakinhar stess bejn it-8.15am u t-8.30am kienu raw lil Pietru fl-inħawi tat-Torri tal-Għallies fejn hemm kellu razzett żgħir u kamra li fiha kien iżomm xi affarijiet relatati mal-għelieqi li kellu. Martu Lina kienet qalet lill- Pulizija li dakinhar żewġha ma kellux imur hemm u x'aktarx li kien sfurzat li jmur. Ma marx id-dar biex jiekol Peress li minn fejn kien jaħdem għad-dar tiegħu f 'Ħ'Attard ma kellux distanza twila, Pietru kien imur id-dar f 'nofsinhar biex jiekol xi ħaġa. Kif beda għaddej il-ħin u Pietru ma tfaċċax, Lina bdiet titħasseb. Kif saru t-3pm u żewġha ma deherx ippruvat tagħmel kuntatt ma' xi qraba ta' Pietru, fosthom ħutu, iżda ħadd ma kellu xi ħjiel fejn seta' kien Pietru. Għall-ħabta tas-6pm Lina bdiet taħseb ħażin għax Pietru dejjem kien iżomm il-ħin. Għaldaqstant hija ċemplet lil ħuh Francis. Min-naħa tiegħu Francis telaq kollox u mar ifittex lil Pietru. Francis, u xi persuni oħrajn li marru miegħu jfittxu lil Pietru, daru l-postijiet li fihom Pietru kien magħruf li kien jiffrekwenta. Kien ftit qabel id-9pm li Francis u dawk li kienu miegħu waslu fl-inħawi tal-Għallies. Kif ittawlu mit-triq lejn fejn kellu r-razzett Pietru, għall-ewwel kollox deher normali, iżda biex ikunu ċerti resqu aktar viċin. Kif kienu ftit metri 'l bogħod minn dura, dehret il-parti ta' quddiem ta' karozza. Kif marru jaraw jekk dik kinitx ta' Pietru, sabu quddiemhom xena makabra. Il-karozza fil-fatt kienet il-vann Austin Cambridge ta' Ġera għarwien u hedded lill-pulizija Ħa gost iwaddab awrina ffermentatha Tarbija bi ksur f 'rasha u f 'saqajha Mill-Qorti INGLIŻ ta' 30 sena li nqabad jiġri għarwien fit-triq u fis- sakra tpoġġa taħt probation għal perjodu ta' sentejn wara li ammetta quddiem il- Maġistrat Josette Demicoli li ġera għarwien f 'Tas-Sliema u hedded lill-Pulizija li marru biex ikellmuh u jikkalmawh. L-inċident seħħ nhar it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tal- 11.15pm fi Triq Parisio, Tas- Sliema, meta Dominic Peter Hedges, mar fl-appartament tat-tfajla tiegħu u beda jaġixxi b'mod aggressiv. Huwa mifhum li malli daħal fl-appartament, l-akkużat, li kien fis-sakra, beda jhedded li ħa jaqbeż mill-gallarija, u ftit wara neża l-ħwejjeġ u ħareġ jiġri barra għarwien fit-triq. Sorsi qalu lil din il-gazzetta li malli waslu l-pulizija, huma raw lil Hedges kompletament għarwien u setgħu jxommu riħa ta' xorb fuqu. Wara li marru l-Pulizija, huwa ngħata qalziet ta' taħt u ttieħed lejn l-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema. Hemmhekk l-Ingliż għajjar lill-pulizija minnhom stupidu u qalilhom li issa ma jafux x'hemm lest għalihom. Huwa ammetta l-akkużi. Id-difiża, permezz tal-Avukat Jason Grima, qal li Hedges għandu problema tax-xorb, u li meta jkollu problema fuq ix-xogħol huwa jaġixxi b'dan il-mod. Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Spettur Jason Francis Sultana. ANZJAN ta' 77 sena residenti Tas-Sliema ngħata probation għal perjodu ta' tliet snin wara li nstab ħati li nhar it-Tlieta filgħaxija waddab barmil mimli awrina mħallat bl-ilma fuq il-ġar tiegħu. Giovanni Caruana nstab ħati li nhar it-Tlieta għall-ħabta tas- 6.25pm kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti, li hedded lil ġar tiegħu, u li kiser il-bon ordni. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jason Francis Sultana, semgħet kif nhar it-Tlieta li għadda l-vittma, Noel Agius, kien qed idaħħal il-mutur tiegħu fil-garaxx fi Triq Graham, Tas-Sliema. Malli mar jiftaħ il-bieb tal-garaxx, il- vittma lemaħ beżqa mal-art. Malli ħares 'il fuq, Agius ra sorpriża ta' awrina mħallat bl-ilma nieżla għal fuq rasu. Il- Qorti semgħet kif inizzjalment, il-vittma ħaseb li kien ilma, però, l-akkużat innifsu kien stqarr mal-pulizija li fil-fatt it- taħlita kienet ta' awrina u ilma. L-imputat stqarr ukoll li t-taħlita kienet ilha tiffermenta għal ġimgħa fix-xemx fil- gallarija tiegħu. Intant, Caruana qal li kien ħa pjaċir jaħsel lill-ġar tiegħu bl-awrina u meta kien mistoqsi għaliex kien qed iżomm l-awrina, huwa qal li "togħġbu r-riħa." Fix-xhieda tiegħu, l-vittma, Noel Agius qal lill-Qorti li l-problemi ilhom hemm għal madwar 15-il sena wara li l-akkużat kien xtara xi propjetà mingħandhom. "Minn dakinhar 'l hawn, sibna ħafna brix fuq il-karozzi tagħna. Wara li ċċekjajna l-kameras, sibna li l-brix kien qed jagħmilhom hu (l-akkużat). Darb'oħra prova jsuq fil-karozza tal-mara," il-vittma stqarr. Bħalissa, Agius u Caruana għaddejjin kawża fejn l-anzjan ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ċaħad li barax il-karozzi ta' Agius. L-Avukat Gianluca Caruana Curran, li deher għal Agius, talab lill-Qorti biex Caruana jintbagħat il-ħabs talli kien qed ikun "ta' fastidju kontinwu." Il-Qorti preseduta mill- Maġistrat Josette Demicoli sabet lil Caruana ħati wkoll li fl- istess ħin kiser il-paċi pubblika, li weġġa' u hedded lil Agius u li xeħet ħmieġ lejn persuna. TARBIJA li ddaħħlet l-isptar issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet imwaddba fil-kott mis-sieħba ta' omm it-tarbija, sofriet ksur fl-iskutella ta' rasha u tbenġil, u kienet ilha erbat ijiem b'saqajha miksura. Dan kien żvelat dil-ġimġħa matul il-kumpilazzjoni ta' evidenza kontra raġel ta' 27 sena minn Ħaż-Żabbar li jinsab mixli bl-attentat ta' qtil ta' tarbija ta' 11-il xahar. It-tifla kienet fil-periklu tal-mewt però issa l-qagħda tagħha hi stabbli. Il-Qorti semgħet kif matul l-eżamijiet mediċi, it-tobba ndunaw li t-tarbija kienet ilha b'sieq miksura "għal tal-inqas erbat ijiem." L-inċident seħħ nhar it-12 ta' Settembru meta t-tarbija ta' 11-il xahar instabet li kienet qed issofri minn tbenġil kbir f 'rasha u xi ksur antik. Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Chris Pullicino qal li meta ġie interrogat għall-ewwel darba, l-akkużat, li ismu ma jistax jixxandar biex tipproteġi l-identità tal-vittma, kien weħħel fis-sieħba tiegħu, li tiġi omm it-tifla. L-omm, li kienet ilha toħroġ mal-akkużat għal xahrejn qabel l-inċident, għaddejja proċeduri separati fejn hi mixlija b'abbandun ta' wliedha, jiġifieri l-vittma u ż-żewġ ħutha, subien ta' seba' u erba' snin. Intant, l-Ispettur Pullicino qal li meta kienet ikkonfrontatha bl-allegazzjonijiet ta' seħibha, l-omm ċaħdet u wriet filmat minn fuq il-mobile tagħha, li wera lis-sieħeb tagħha fis-sakra u li kien taħt l-effett tal-kokaina u l-ħaxixa. Meta ġie muri l-filmat, iż-żagħżugħ Żabbari rtira l-allegazzjonijiet tiegħu fil- konfront tal-omm u ammetta li kien "heżżeż u gara lit-tarbija wara li din ma waqfitx tibki." Spjega li meta waslu d-dar kien qabdu l-ġuħ, intefa' fuq is-sodda u bagħat lis-sieħba tiegħu biex tippreparalu xi ħaġa tal-ikel. It-tifla bdiet tolfoq. Mar jara x'għandha, refagħha mill-kott, heżżiżha u xeħitha bil-goff fil-kott. It-tarbija ħabtet rasha mal-kott u bdiet tibki, u hu niżel jiġri isfel ħdejn is- sieħba tiegħu. Instema' wkoll li għall-bidu l-akkużat ma riedx li l-omm iċċempel lill-ambulanza. Minkejja li ammettiet li s-sieħeb tagħha ġieli mmaltratta lil bintha, l-omm qalet li ma kinitx taf li t-tifla kienet sofriet xi ġrieħi. L-Ispettur Edel Mary Camilleri qalet li meta marret l-isptar, it-tifla kienet kważi mhux konxja. Qalet li t-tifla kellha tbenġil fuq l-irkobba, saqajha l-leminija fil-ġibs u kellha wkoll "riħa ta' qrusha u taħt id-dwiefer iswed." L-Ispettur qalet li "dan it-tip ta' ksur ma kienx aċċidentali." Meta ġiet interrogatha dwar il-ġrieħi ta' bintha, l-omm qalet li dakinhar, hi, seħibha u t-tlett itfal tagħha kienu rritornaw id-dar fil-5am wara li għamlu ġurnata l-festa. L-Ispettur spjegat li wara li waslu ħut il-vittma, dawn tal-aħħar ukoll kellhom riħa tinten u d-dwiefer maħmuġin. Għaldaqstant, il-pulizija għamlu tfittxija fid-dar tal- omm u ġewwa sabu ħafna ħmieġ, fosthom ħrieqi użati u ħmieġ tal-annimali mal-art. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt "Biex jeqirdu l-evidenza kollha, il-qattiela poġġew karti ta' gazzetti f 'ħalq Cilia, poġġew 16-il tyre madwaru u wara li xarrbu l-katavru u t-tyres b'likwidu li jaqbad, tawhom in- nar"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014