Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 HUWA veru li bil-flus ħadd ma jixtri l-ġenna imma daqstant ieħor huwa veru li bil-flus tista' tagħmel triq fil-baħar. Għaliex ngħidu x'ngħidu, il-flus jgħinuk tgħix aħjar u komodament għalkemm mhux neċessarjament jgħinuk tgħix aktar kuntent. Naf ħafna nies li minkejja li jgħumu fil-flus jgħixu ħajja miżera għax sfortunament mifnija bil-problemi. F'pajjiżna, għandna l-estremi – f 'kollox. U fil- fatt min jgħix ħajja lussuża u min sfortunament jgħix fil-faqar. U ninkwieta mhux ftit, meta nara li f 'pajjiżna bħal donnu nippruvaw naħbu li għandna din il- problema. Irridu jkollna l-kuraġġ nammettu li f 'dawn l-aħħar snin, l-għadd ta' Maltin li kienu jinsabu fil-faqar jew f 'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali żdied kull sena. Filwaqt li fl-2008 fil-gżejjer Maltin kien meqjus li kellna 80,000 ruħ f 'dan ir-riskju, fl- 2013 kellna 100,000 ruħ u jirriżulta li dawn ser ikunu qed jiżdiedu. Dan ma tgħidux l-Oppożizzjoni jew il-Gvern imma dan jitħabbar mill-Eurostat, l-uffiċju tal-istatistiċi tal-Unjoni Ewropea. Dan jgħidu wkoll is-Sondaġġ dwar l-Għixien u d-Dħul Soċjali li jsir mill- NSO. U allura l-problema teżisti u rridu nindirizzawha llum qabel għada għaliex din il-pjaga ser tkompli tikber. Mhux biżżejjed li jsiru l-istudji mill-Gvern, mhux biżżejjed li l-Gvern joħroġ bi strateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, biex illum qed jgħidilna li l-effetti ta' din l-istrateġija ser jibdew jinħassu fl-2018. Konna mwegħdin minn dan il-Gvern f 'punt 57 tal- Manifest Elettorali li "Gvern ġdid, iggwidat mill-valur tal-ġustizzja soċjali, jaħdem attivament biex il-faqar, kemm dak magħruf u kemm dak moħbi, jerġa' jiġi eradikat darba għal dejjem minn pajjiżna" Għalija din kienet l-akbar ħrafa jew ħmerija tal-Partit Laburista għaliex kienet veru ovvja li dan il-Gvern ma kienx ser ikun kapaċi jelimina u jeqred il-faqar f 'pajjiżna. Il-ħrafa kibret aktar meta fl-aħħar baġit, dan il-Gvern kien kapaċi jagħti żieda ta' 58 ċenteżmu biss lill-ħaddiem Malti u Għawdxi. Il-ħrafa tkompliet tikber ħafna aktar meta minflok juża l-prinċipju tal- ġustizzja soċjali sabiex jgħin lil min hu batut jew lil min verament għandu bżonn l-id ta' solidarjetà, dan il-Gvern uża l-qerq u l-favoritiżmu sabiex jagħmel lil min irid hu miljunarju mil-lum għal għada. L-iskandlu kbir ta' Gaffarena u Strada Zekka huwa eżempju wieħed biss ta' kif dan il-Gvern qiegħed juża' kejl differenti man- nies. Dan il-gvern qiegħed jagħzel li jagħmel aktar sinjur li min hu diġà sinjur jew jixtieq isir sinjur f 'daqqa u jagħmel aktar fqir lil min hu diġà fqir jew qiegħed f 'riskju ta' faqar. Filwaqt li dan il-Gvern ma ħassx rimoss jarmi €4.2 miljun għall-Café Premier u ma jħoss l-ebda rimoss ieħor biex iħallas €13,000 fix- xahar lill-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, jew aktar minn €1.8 miljun lill- Gafferena, sabha diffiċli ħafna biex jagħti data għal meta hu ppjanat li jibda jitqassam l-ikel lill-familji fil-bżonn minn fond tal- Unjoni Ewropea. Hija tal- mistħija kif dan il-Gvern, minħabba l-ineffiċjenza tiegħu, minħabba li jagħżel li jinjora liż-żgħir, iwaħħal fil-burokrazija tiegħu stess sabiex jiskuża ruħu għad-dewmien fil-ħruġ u l-evalwazzjonijiet meħtieġa għal dawn is-sejħiet. Hija ħaġa tal-għaġeb kif din il-burokrazija li dan il-Gvern qed jgħid li ħabbat wiċċu magħha, dan l-istess Gvern ma sabx l-istess burokrazija meta ġie biex jesproprja l-fond fi Strada Zekka. Bħal donnu, dan il-Gvern għadu ma jistax jifhem kemm dan id-dewmien li qed iseħħ biex jitħaddem dan il-fond qiegħed jikkawza tbatija fuq dawk in-nies li jeħtieġu l-assistenza. Huwa għalhekk li l-Oppożizzjoni għamlet diversi appelli lil dan il-Gvern biex jieħu l-azzjonijiet kollha immedjati mingħajr ebda tkaxkir tas-saqajn u dan bl-għan ewlieni biss li min verament għandu bżonn l-għajnuna u l-assistenza jeħodha mingħajr ebda dewmien. L-Oppożizzjoni hekk ser tkompli tagħmel primarjament fil-qasam soċjali. Huwa importanti li dan il-Gvern jibda jifhem it-tbatijiet li jgħaddu minnhom diversi familji, anzjani, persuni b'diżabilità, persuni vulnerabbli u tfal li ġew abbundunati jew qegħdin jgħixu barra mid-dar. Il-pjan soċjali ta' dan il-Gvern qiegħed kompletament off-track. X'ħasra! Illum għandna Gvern li ma għandu ebda pjan soċjali għall-pajjiżna iżda mehdi kontinwament jipprova jgħin lil min irid hu jixtri post fil-ġenna. Agħar minn hekk, il-fatti li ħarġu f 'dan l-aħħar jiem dwar l-iskandlu ta' Strada Zekka jwasslu għall- konkluzjoni li f 'pajjiżna il-korruzzjoni qegħda tiġi istituzzjonalizzata. Jidher li għal Joseph Muscat, huwa faċli jgħid li lest li jreġġa' l-affarijiet lura jekk joħroġ li l-affarijiet saru ħażin, iżda mhux daqstant faċli jgħid li ser jerfa' r-responsabilità politika. Mhux faċli jgħidha aħseb u ara jagħmilha! Paula Mifsud Bonnici hi President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Politika Soċjali ILPUNT PAULA MIFSUD BONNICI Bil-flus ħadd ma jixtri l-ġenna L-iskandlu ta' Strada Zekka huwa eżempju wieħed ta' kif il-Gvern qed juża kejl differenti Dan il-gvern qiegħed jagħmel aktar sinjur lil min hu diġà sinjur jew jixtieq isir sinjur f 'daqqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015