Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
34 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sport ieħor? Meta kont iżgħar ipprattikajt diversi sports differenti sal-livell ta' klabbs - basketball u futbol fost l-oħrajn. L-iktar għażla diffiċli kienet dik li nagħżel bejn il- futbol u l-waterpolo għaliex kont inħobbhom it-tnejn u kelli ħafna ħbieb fit-tnejn li huma. Raġuni partikolari ma naħsibx li hemm però għażilt li niffoka fuq il- waterpolo u kuntent li kont ħadt din id-deċiżjoni. X'tikkummenta fuq l-esperjenza li kellek fil-waterpolo ma' Marsascala u Sirens qabel ingħaqadt ma' Neptunes? Kelli sitt snin importanti ma' Marsaskala għaliex lgħabt u tgħallimt ħafna, u rnexxieli nikseb posti fin-nazzjonal li għalija kien importanti ħafna. Imbagħad ingħaqadt ma' Sirens, fejn lgħabt mat-tim minn san Pawl il-Baħar għal tmien snin sħaħ fejn kelli esperjenza pożittiva u rbaħt l-ewwel unuri tiegħi fil-waterpolo lokali. Kif tħossok meta tilgħab kontra l-eks tim tiegħek? Tħoss xi emozzjoni partikolari? L-ewwel sena dejjem tkun iebsa għaliex taffronta nies u ħbieb li tkun għaddejt minn ħafna esperjenzi magħhom. Però, maż- żmien il-plejers jinbidlu u dik in- nostalgija tonqos ħafna. U l-esperjenza tiegħek sa issa ma' Neptunes? L-ewwel sena kienet iebsa ħafna, għax ma rnexxielix nambjenta ruħi malajr. Però, wara dik il-parenteżi inizjali nista' ngħid li qed ikolli esperjenza sabiħa ħafna fuq lat sportiv kif ukoll personali. Kif qed tħares lejn il-kampjonat tas-sajf li ġej? Fejn taħseb li se taslu bħala Neptunes? Taħseb li għad jirnexxielkom takkwistaw is-sitt kampjonat konsekuttiv? Kollox qed jindika li timijiet bħal Sliema u San Ġiljan se joffrulkom sfida denja għar-rebħ tal-kampjonat. X'tikkummenta? Il-kampjonat tas-sajf dejjem huwa l-prijorità tagħna bħala klabb. Sliema u San Ġiljan investew ħafna u dejjem kienu avversarji iebsin. Però, il-kampjonat jibda b'kulħadd indaqs, u ħadd ma jkollu vantaġġ. Aħna nistgħu biss nippreparaw bl-aħjar mod, u fl-aħħar naraw x'jirnexxielna nagħmlu. Fis-sajf li għadda kellek staġun mill-aqwa ma' Neptunes - fl- opinjoni tiegħi wieħed mill-aqwa li kellek fil-karriera tiegħek sa issa, fejn f 'xi drabi kont fost l-aqwa skorers ta' Neptunes. Taqbel miegħi jew fadal lok fejn ittejjeb il-wirjiet tiegħek? Kien staġun pożittiv ħafna għalija, però, inħoss li ma nistax inkun jien li niġġudika jekk kienx l-aħjar. Huwa kunċett żbaljat ukoll li għaliex tkun fost l-iskorers tkun lgħabt tajjeb. Ikun hemm logħob fejn ma niskurjax u noħrog mill- ilma iktar sodisfatt minn drabi fejn inkun skurjajt. Kulħadd għandu l-irwol tiegħu fit-tim u jien nista' biss nagħti l-massimu tiegħi kuljum fit-taħriġ biex nipprova ngħin lil sħabi u t-tim tiegħi nilħqu l-aħjar livell tagħna flimkien. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli qies li jmur jilgħab barra minn Malta? Fl-2004 kelli esperjenza fl-A2 Taljana ma' Bologna, u kienet pożittiva ħafna fejn spiċċajna it-tielet fil-Girone Nord, post biss barra l-playoffs għall-A1. Inħares lura b'sodisfazzjon lejn dak l-istaġun u kuntent li għaddejt minn esperjenza simili. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mat-taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? Mhuwiex faċli. Li kieku ma kellix l-għajnuna tal-familjari tiegħi, speċjalment dik ta' missieri u ommi, kont insibha ħafna iktar diffiċli żgur. Ħafna drabi nitlaq mix-xogħol kmieni biex immur għat-taħriġ tard. Meta jiġri hekk, ma tkunx tista' tagħti l-100% la fuq ix-xogħol, u lanqas fit-taħriġ, u jsir stress, li plejers u kowċis professjonali li jiġu Malta xi kultant ma jifhmux. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill-aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali fl-aħħar xhur? Kienu unuri importanti għalina li ħdimna ħafna għalihom bħala tim u nisperaw li nistgħu nkomplu ntejbu r-riżultati fil-futur. Meta tara d-differenza fir-riżorsi u l-ħin investit minn pajjiżi oħrajn li nikkompetu magħhom, tkun tista' tapprezza iktar dak li jirnexxielna nakkwistaw. Madankollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal-ogħla livell? Kif tirribatti din il- kritika sa ċertu punt kostruttiva? Dik hija mentalità Maltija. Jekk nitilfu ngergru għax qatt ma nirbħu, u meta nirbħu, ngergru għax ngħidu li nirbħu għax nilagħbu kontra x-xejn. Tirbaħ għax int aħjar, u li aħna ninsabu mal-aqwa 20 tim nazzjonali tal-Ewropa, mhix kumbinazzjoni! X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil-waterpolo? Naħseb li hija waħda tajba. Kien jafni mis-sena li għamel mas-Sirens u jafni bħala plejer u anki l-karattru tiegħi. Dak l-aspett jgħin ħafna biex naħdmu flimkien. U r-relazzjoni tiegħek mal-kowċis ta' Neptunes, Sergey Markoch u Zoran Mustur? Ma' Sergey Markoch kelli relazzjoni tajba ħafna għaliex kien ilu Malta u jaf il-problemi li naffaċċjaw bħala plejers mhux professjonisti. Din is-sena għadna qed insiru nafu lill-kowċ il-ġdid, Zoran Mustur, li qed juri kwalitajiet simili ħafna ta' Markoch. U dik mal-President ta' Neptunes, Matthew Bonello? Il-President Matthew Bonello dejjem emmen fija u ta' dan nirringrazzjah. Għandu stil uniku ta' kif imexxi klabb, iffukat u determinat. Fl-istess ħin dejjem kellu l-ħin biex jgħini f 'kull ma kelli bżonn minn mindu ngħaqadt mal-klabb. X'tikkummenta fuq il-Kampjonat tax-xitwa li rbaħtu ftit tal-jiem ilu? Ikolli ngħid li din id-darba sibtuha iktar diffiċli mis-soltu fejn irbaħtuh bi sbrixx u kellkom sfida denja minn San Ġiljan u Sliema. Kuntenti li rbaħna dan it-titlu, anki jekk mhux wieħed li niffukaw partikolarment fuqu. L-ewwel fażi kienet ftit diżappuntanti, però, fit- tieni fażi kellna żewġ logħbiet tajbin li qalbu kollox favurina, u fl-aħħar mill-aħħar l-importanti li tkun fuq kulħadd wara l-aħħar logħba mhux fl-ewwel waħda. Taħseb li f 'Malta hemm bżonn li tinbena indoor pool? Kulma trid hu li taħseb daqsxejn f 'dawk l-għodwiet fix-xitwa meta tqum, u tkun xita u riħ li ma jtukx aptit toħroġ mis-sodda. Dak il-ħin, immaġinak qed tgħum. Għax il-pixxina tkun mimlija tfal jitħarrġu mhux biss waterpolo, imma l-għawm, u anki nies regolari jagħmlu eżerċizzju. U mbagħad tiġik faċli ħafna tgħid li iva, hemm bżonn li xi ħaġa ssir. Bħala riżorsi li fihom tilagħbu f 'Malta dawn kif jikkumparaw ma' dawk li int lgħabt fihom barra minn xtutna? Ir-riżorsi huma limitati u meta tikkunsidra li Neptunes biss għandhom il-pixxina tal-ilma ħelu u gym fil-klabb stess, tinduna kemm jista' jsir iktar. Imma l-finanzi huma dawk li huma u mhux faċli jekk il- klabbs ma jiġux mgħejjuna. Il-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed prominenza lil-logħba tal-waterpolo jew tagħmel dan biss matul ix-xhur tas-sajf? Nazzarda ngħid li lanqas matul ix- xhur tas-sajf ma jkun sodisfaċenti. Veru li l-ġurnalisti ma jistgħux jagħmlu mirakli, però rapport ta' logħba ma jfissirx tikteb l-ordni ta' kif ġew skurjati l-gowls. U xi kultant fuq it-televixin jinqraw aħbarijiet ta' sports ta' barra minn Malta, qabel ta' sports lokali, li fl-opinjoni tiegħi ukoll mhuwiex tajjeb. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-ASA mmexxija mill-President ferm ħabrieki, Joe Caruana Curran? Ma naħsibx li bħala plejer għandi nikkummenta fuq it-tmexxija tal- ASA. Għalissa kuntent li nagħmel xogħli fl-ilma biss. Taħseb li hemm bżonn li l-ASA torganizza iktar kampijiet ta' taħriġ għalikom il-plejers li timmilitaw fit-tim nazzjonali barra minn Malta biex tkomplu ttejbu l-ħiliet tagħkom u tiltaqgħu ma' iktar plejers ta' klassi? Diffiċli ħafna għalina li nsiefru ta' spiss. Tinsiex li aħna man- Nazzjonal m'aħniex imħallsin u kull darba li nsiefru jitnaqqas leave personali mill-post tax-xogħol. Is-sena l-oħra meta morna għal- Logħob tal-Commonwealth kien hemm min uża l-leave kollu tiegħu SPORTSillum Jekk nitilfu ngergru għax qatt ma nirbħu, u meta nirbħu, ngergru għax ngħidu li nirbħu għax nilagħbu kontra x-xejn. Tirbaħ għax int aħjar! Esperjenza u klassi vitali għal Neptunes Cristian Antony Muscat Clint Mercieca – bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f'dawn l-aħħar snin. L-esperjenza u l-klassi tiegħu huma vitali kemm għal Neptunes kif ukoll għat-tim nazzjonali tal-waterpolo, fejn iż-żewġ timijiet huwa plejer indispensabbli.