MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 July 20222226

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Il-ġuri ta' Yorgen Fenech - akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinju u li kkummissjona u ffinanzja l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fl-2017 - kompla dil-ġimgħa, bid-difiża tpoġġi lil Keith Schembri fiċ-ċentru tal-proċe- duri. Wara li l-prosekuzzjoni temmet il-preżentazzjoni tax-xhieda tal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, id-difiża ħadet f 'idejha l-kontroeżami u ddedikat jiem sħaħ biex tisfida l-mod kif tmexx- iet l-investigazzjoni tal-qtil ta' Caruana Galizia. Matul din il-ġimgħa, il-Qorti semgħet mistoqsijiet dwar passi investigattivi, rap- porti li allegatament qatt ma waslu għand il-Pulizija, il-kuntatti ta' Keith Schembri ma' Melvin euma u l-proċess li wassal għall-maħfra presidenzjali. Fl-istess ħin, il-ġurati ġew ippreżentati b'evidenza forensika estensiva li rrikostru- wiet fid-dettall il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, inklużi ritratti grafiċi tax-xena tar-reat u tal-awtopsja. Fil-kontroeżami ta' Arnaud mid-difiża, ħareġ ċar li l-avukati ta' Fenech ħa jkunu qed jiffukaw fuq l-irwol li allegatament kellu Keith Schembri, dak iż-żmien Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Waħda mill-aktar xhieda sinifikanti waslet meta Arnaud ikkonferma li Melvin euma kien qal lill-investigaturi li kien jibża' minn Schembri u kien jemmen li seta' "joqtlu jew idaħħlu l-ħabs". Fl-istess ħin, Arnaud qal ukoll li euma baqa' jik- komunika ma' Yorgen Fenech sal-aħħar. Fir-rigward tal-qtil, Arnaud qal li Fenech dejjem ċaħad li qatt ħallas biex titwettaq il-qtil. Skont Arnaud, Fenech allegatament qal li wara li tkellem ma' Keith Schembri u rċieva l-kmand "Mexxi", mar lura għand Melvin euma u qallu biex ikompli bil-pjanijiet li kien għamel. ARA PAĠNI 6 - 7 www.illum.com.mt NRU 1020 €1.50 IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 PAĠNA 5 Il-ġlieda ta' Meagan kontra kundizzjoni ġenetika ultrarari Fil-ġuri ta' Yorgen Fenech fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, id-difiża tiffoka fuq Keith Schembri 'MEXXI' Skont l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, Yorgen Fenech allegatament qal li Keith Schembri qallu "Mexxi" meta nfurmah bil-pjanijiet li kien għamel Melvin Theuma

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 July 20222226