Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 | illum sal-barranin u l-koppji gay: kif jirrispondu? 1. Is-sondaġġi qed ibassru riżultati tajbin għall- Partit Laburista. Taħseb li l-konsegwenzi ta' rebħa ikbar għall-Partit Laburista jistgħu jwasslu biex il-Gvern tikbirlu wisq rasu? Teoretikament iva. Ma nemminx li huwa politikalment san li f 'demokrazija Parlamentari jkollok Partit dominanti ewlieni però din hija l-espressjoni tal- maġġoranza tal-Poplu li qed jaraw aktar futur fil-Gvern milli fl- Oppożizzjoni. Illi għalhekk, fiċ- ċirkostanzi speċjali li qed jipprevalixxu Malta, ma narax illi huwa każ li l-Gvern tikbirlu rasu iżda każ fejn l-Oppożizzjoni għandha tpoġġi bilqiegħda u tara kif ser issolvi l-problemi li qed jifnuha. 2. Tidħol għand familja Għawdxija 'switchers' u jgħidulek: "Kontu tgħidu għan-Nazzjonalisti li jitħanżru u li huma korrotti, mela intom x'intom tagħmlu? Biegħtu sptar u ħallejtuhom jitilqu tal-VGH u m'għandna xejn s'issa u issa din ta' 17 Black? Tgħidlix li ħadd ma ħa xejn ta!" Kif twieġeb? Kont bieb bieb sew Malta kif wkoll Għawdex però ma dħalt ġo l-ebda dar fejn xi membru tal-familja qanqal is-suġġett indikat aktar 'il fuq. Sa issa allegazzjonijiet ipotetiċi biss hemm u wieħed irid joqgħod attent mill-element tas- sensazzjoni li jista' jkun detrimentali għall- poplu Malti u Għawdxi b'mod ġenerali. Ħadd ma ressaq xi prova li attwalment tipprova li xi ħadd ħa xi ħaġa. 3. Tidħol għand familja Laburista li qed jgħixu f 'post b'kera privata. Jgħidulek; "aħna x'nivvutaw nagħmlu Labour. Imsallbin bil-kera u ilna nistennew post tal- Gvern minn mindu tlajna! X'nivvota nagħmel!" Kif twieġeb? Il-Gvern mhux talli ma nesiex talli, in vista li Housing stock ma sab xejn, apparti l-kostruzzjoni ta' units, nieda skemi attraenti hafna bħal dik li l-Gvern jiggarantixxi l-kapital u jgħin lill-individwu fil- pagament mensili lill-Bank. Skemi li qed jgħatu lil min ma għandux il-fakulta li jixtri daru b'ammont anqas milli kieku jħallas il-kera anke jekk din tkun issussidjata mill-Gvern. Naturalment dettalji aħjar jinkisbu mil-Awtorità tad- Djar. 4. Tidħol għand familja Nazzjonalista li fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ivvutaw lill-Partit Laburista. Jgħidulek in-negozju tagħhom tal-grocer tkisser minħabba s-supermarkets. Kieku mhux għax jagħtu bid-dejn jistgħu jagħlqu. X'se tgħidilhom? Din is-sitwazzjoni kienet prevalenti taħt amministrazzjoni Nazzjonalista meta kellek baraxx supermarkets li ħadu mmanipulaw is-suq u ħonqu lill-ħwienet iż-żgħar u l-popolazzjoni kienet li kienet. Illum is-sitwazzjoni hija waħda differenti u s-supermarkets qed jirregolaw wieħed lil ieħor u wkoll il-popolazzjoni żdiedet bil-konsegwenza indiretta tkun li firxet il- konsum. Nissuġġerixxi analiżi serja ta' marketing u amminstrazzjoni fir-riżorsi li indubjament ser iħalli impatt sostanzjali fuq id- dħul. 5. Tidħol għand familja l-Marsa u jgħidulek li mxebba' bil-barranin. "X'nivvota nagħmel! Dejjem tgħidu li l-Unjoni Ewropea se tiġġieled l-immigrazzjoni rregolari u qatt ma taqblu fuq xejn. Nibżgħu noħorġu billejl sirna!" X'se tgħidilhom? Illi dan is-suġġett indirizzajtu bl-akbar responsabilità meta tkellimt, bħala Membru Parlamentari għar-raba' u l-ħames distrett u ma għandi xejn xi nżid salv illi taħt Amminstrazzjoni Laburista l-Puluzija qiegħda torganizza patrols fil-Marsa b'differenza għal dak li kien jiġri qabel u b'hekk il-ħażin tal-ftit jiġi indirizzat. 6. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidulek li ma jridux jafu bil-partit għax "daħak bihom." L-Ewropa x'nambuha! Dejjem jattakawna lilna." Kif se tikkonvinċihom jivvutawlek? Jekk min hu nassab u kaċċatur irid jirraġuna, b'mod partikolari nassab u dan ngħidu b'responsabilità għax jiena delettant sew tal-kaċċa kif wkoll tal-insib u liċenzjat fiż-żewġ istanzi, irid jammetti li kien Gvern Nazzjonalista li fis-sena 1994 qata' l-insib u li kien Gvern Laburista mmexxi minn Dr Sant li reġa' ta lura d-dritt li nonsbu f 'Marzu 1996. Kien umbagħad Gvern Nazzjonalista li qata' l-insib sew fir-rebbiegħa u anke fil-ħarifa fis-sena 2004 u reġa' kien Gvern Laburista mmexxi min Dr Muscat li fis-sena 2013 reġa' ppermetta lid-delettanti jonsbu fil-ħarifa. Il-verità hi li Gvern Nazzjonalista rrenda lil Malta, Għawdex, Kemmuna u l-ibħra tal- madwar Natura 2000 bil- konsegwenza illi rendewha impossibbli biex il-Maltin u l-Għawdxin jippratikkaw xi delizzju. Issa l-insib u l-kaċċa u bil-liġi kif għaddewha n-Nazzjonalisti anke s-sajd bil-qasba jew bin-nassa ġie fil-perikolu. Il-Gvern reġa' qed jiddiskuti u jinnegozja, fejn jista', derogi ġodda sabiex id-delettanti lokali jkunu jistgħu jgawdu d-delizzju tagħhom. U hawn biex inkun preċiż, delizzju u mhux sport kif hawn min jipprova jpinġiha. Sport bħalma hu barra li tipprattikah b'fini ta' promozzjoni u/jew dħul. Malta huwa delizzju fejn it- trobbija tal-għasafar għall- insib (li ħaddieħor jispara fuqhom) jiġu indukrati b'għożża u reqqa u fejn il- kaċċa, b'esklużjoni ta' priża, tittiekel kollha. Fil-fatt ngħid grazzi lis- Segretarju Parlamentari Clint Camilleri li bl-isforz li għamel irnexxielu jsalva l-użu tax-xibka, bħala prinċipju, għat-teħid tal- Pluviera u melvizz. Pass importanti li jmur kontra dak li riedu n-Nazzjonalisti u ċioè li x-xibka tinqata' darba għal dejjem. 7. Tidħol għand familja bir-raġel jaħdem b'kuntratt xahrejn, xahrejn ma' kumpanija privata. Jgħidlek li msallab u l-mara kellha toħroġ tnaddaf lin- nies biex ikampaw. Ma jridux jivvutaw. Kif tikkonvinċihom? Żgur li fil-mument mhux ser niltaqa' ma' xi sitwazzjoni simili. Kieku kien qabel l-2013 ngħidlek iva imma issa ngħidlek li le. Il-problema bħalissa li la ssib ħaddiema u l-anqas kuntratturi jieħdu x-xogħol. Post aħjar żgur hemm. 8. Tħabbat, tiftaħlek mara u tgħidlek: "Skużi mhux interressata f 'dawn l-elezzjonijet. X'differenza tistgħu tagħmlu mill- Parlament Ewropew?" Kif se tikkonvinċiha tivvota? Il-Parlament Ewropew huwa totalment differenti mill-Parlament Lokali. Fil-Parlament Malti jindirizza l-esiġenzi attwali tal-Pajjiż. Il-Parlamnet Ewropew jiffoka primarjament fuq l-ameljorament tad- drittijiet taċ-cittadini inġenerali. Jekk niġi elett, irrid nibni sistema li sservi bħala mezz ħalli nwassal l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi għall- attenzjoni tal-Parlament Ewropew bħad-dritt li mmorru fuq il-kontinent b'tariffa sussidjata u mhux qisna qed insiefru meta mhux il-każ ġaladarba huwa dritt tagħna li mmorru fuq il-main land u viċi versa. L-għan huwa wkoll li ninforma lill- Maltin u Għawdxin b'dawk l-opportunitajiet miftuħa għalilna. Żgur mhux li nservi ta' strument sabiex nikkawża ħsara rreparabbli lill- pajjiż u lil tant nies li jaqgħilu x'jieklu mis-settur finanzjarju. 9. Tidħol għand familja Laburista, fejn il-mara li taħdem mal-Gvern ilha tistenna promotion sitt snin. Tgħidlek; 'Xi wieħed bħal Lou Bondi tpaxxu bil- kuntratti intom, ara lilna nsejtuna!" Kif twieġeb? Sinjura, ħa nieħu d-dettalji tiegħek u npoġġi l-ilment tiegħek quddiem min hu konċernat. Fl-aħħar snin kibret l-ekonomija imma l-Gvern ma investiex kemm kellu jinvesti f 'oqsma essenzjali. " " -Roberta Metsola Joe Sammut Partit Laburista Taħt Amminstrazzjoni Laburista l-Puluzija qiegħda torganizza patrols l-Marsa b'dierenza għal dak li kien jiġri qabel u b'hekk il- ħażin tal-ftit jiġi indirizzat. " " -Joe Sammut

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018