Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931
F'PAJJIŻNA ftit qed jagħmel ħoss u s'issa, apparti stqarrija waħda mill-Moviment Patrijotti Maltin, ma saret l-ebda diskussjoni dwaru. Qed nitkellmu dwar il-Global Compact for Safe, Orderly and Regular Migration, dokument tal-Ġnus Magħquda illi jagħti viżjoni ċara ta' fejn il- firmatarji se jmorru fuq dan is-suġġett jaħraq, tant jaħraq li diversi pajjiżi, fosthom il-Polonja, l-Ungerija, l-Awstrija u issa anke r-Repubblika Ċeka (lkoll pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) iddeċidew li mhux se jiffirmawh. F'Malta, forsi mhedijin b'dak kollu li huwa lokali bħal 17 Black u l-Power Station, ma ndunajniex li jidher illi l-Gvern se jkun firmatarju u l-Partit Nazzjonalista jidher li qed jaqbel ma' dan. Imma x'qed jgħid eżatt dan id-dokument u se jolqotna b'xi mod? L-ILLUM analizzat l-abbozz ta' 31 paġna li l-Gvernijiet, Mexxejja u Rappreżentanti Għoljin se jiffirmaw fl-10 u l-11 ta' Diċembru li ġej fil- Marokk. Il-midja: il-Ġnus Magħquda jridu jinżlu b'saħħa kontra midja 'xenofobika' Wieħed mill-punti li dwaru qam naqra ta' diżgwid u differenzi huwa dak li jitratta l-espressjoni xenofobika u l-promozzjoni tad-diskriminazzjoni kontra l-immigranti. Kien hemm min qal li l-Ġnus Magħquda u l-firmatarji ta' dan id- dokument iridu jagħlqu ħalq il-midja għad-detriment tal- libertà tal-espressjoni. Fil-fatt, id-dokument jgħid illi l-midja għandha tippromovi ir-rappurtaġġ ta' kwalità, li huwa oġġettiv u indipendenti. Jgħid illi kull min jaħdem fil-qasam tal-midja għandu jkun sensitizzat aktar dwar il-kwistjonijiet relatati mal-immigrazzjoni u t-terminoloġija użata. Dan, il-Ġnus Magħquda diġà qed tagħmlu b'laqgħat annwali li jsiru mir-rappreżentanti tagħha f 'kmamar tal- aħbarijiet differenti inkluż dik tal-ILLUM. Li qajjem xi ftit aktar mistoqsijiet kienet il-parti tad-dokument li tgħid illi għandu jitwaqqaf kull tip ta' finanzjament pubbliku jew inkella appoġġ materjali lil kmamar tal-aħbarijiet li "sistematikament jippromovu l-intolleranza, iż-xenofobija, ir- razziżmu u forom oħra ta' diskriminazzjoni lejn immigranti." Il-kelma ċentrali f 'dan il-paragrafu kollu hija "sistematiku." Dan ifisser illi bi pjan u b'mod organizzat, midja tippromwovi ż-xenofobija bħala parti mil-linja editorjali tagħha. Jiġifieri hawn mhux qed nitkellmu dwar kamra tal-aħbarijiet li xi darba jew oħra ppubblikat storja li setgħet kellha angoli li jinkoraġġixxu r-razziżmu, xenofobija jew vjolenza fuq il-bażi ta' nazzjonalità. Għal dawn tal-aħħar hemm rimedji legali. Dan il-paragrafu jisħaq ukoll, għalkemm mhux ċar eżatt kif se tkun fil-prattika, illi kwalunkwe twaqqif ta' appoġġ irid isir b'rispett lejn il-libertà tal-midja. Imma mhux hekk biss. Din il-parti tgħid illi bħala prevenzjoni hemm bżonn li 1) jkunu identifikati inċidenti ta' intolleranza, razziżmu, xenofobija u kull tip ta' diskriminazzjoni 2) li ssir promozzjoni ta' attivitajiet illi jippromovu r-rispett lejn l-immigranti, inkluż kampanji elettorali, 3) li jkun hemm mekkaniżmu effettiv fejn persuna tista' tagħmel ilment, 4) leġiżlazzjoni li tippenalizza u tinkriminalizza atti ta' mibgħeda kontra immigranti u 5) l-importanza li l-immigranti jkunu dejjem infurmati x'mekkaniżmi hemm għalihom meta jkunu vittmi ta' vjolenza. 'Irranġaw pajjiżhom l-ewwel....' Kemm-il darba nisimgħuha din! 'Aħjar nirranġaw il- pajjiżi minn fejn qed jitilqu l-immigranti ħalli ma jkollhomx għalfejn jitilqu." Id-dokument qed jipproponi li jsir investiment biex ikunu miġġielda l-akbar problemi li qed iwasslu biex bosta jitilqu minn pajjiżhom. Fost dawn hemm; l-eradikazzjoni tal- faqar, saħħa, edukazzjoni, tkabbir ekonomiku aktar inkussiv, ħolqien tax-xogħol, reżiljenza kontra diżastri, mitigazzjoni fil-bidla tal- klima, governanza tajba u saltna tad-dritt. Id-dokument qed jinsisti wkoll favur il-kapital uman u l-promozzjoni ta' kapaċitajiet intraprenditorjali u taħriġ vokazzjonali, fost l-oħrajn. Assigurazzjoni li kull immigrant ikollu prova ta' dokumenti legali Il-Ġnus Magħquda qed tinsisti li kull immigrant jingħata l-provi ta' nazzjonalità u d-dokumentazzjoni rilevanti, fosthom tat- twelid, żwieġ u mewt. Dan, jgħid id-dokument, jagħti s-saħħa lill-immgranti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru2018 Jipproponu li jitwaqqfu fondi pubbliċi Il-ġimgħa d-dieħla il-Gvernijiet, mexxejja u rappreżentanti għoljin, fosthom dawk ta' Malta se jivvutaw dwar ftehim li jitratta l-immigrazzjoni u li jassigura d-drittijiet tal-immigranti.... Aħbarijiet 8 'M'għandix kummenti'… Skiet mill- Pilatus dwar ir-revoka tal-liċenzja ILBANK Pilatus għandu ċans sa nhar l-Erbgħa biex jappella mid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li ħadlu l-liċenzja, iżda llum, tlett ijiem qabel, is-sidien u d-diretturi tal- bank għadhom siekta dwar l-intenzjoni tagħhom. Fil-11 ta' Novembru li għadda, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Avukat Jonathan Thompson, li qed jirrappreżenta lid-diretturi f 'każ li kienu fetħu l-Qorti u staqsietu jekk il-Bank hux se jkun qed jappella mid- deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew. Dakinhar, l-Avukat Thompson kien qal li għadu mhux infurmat x'intenzjoni għandhom id-diretturi jew inkella s-sidien. Nhar il-Ħamis li għadda, din il-gazzetta reġgħet għamlet l-istess mistoqsija lill-istess Avukat iżda din id-darba wieġeb biss li ma għandux kummenti x'jagħmel. Skiet ukoll mis-Segretarju… Ftit jiem biss wara li kienet irrevokata l-liċenzja, il-gazzetta ILLUM kienet bagħtet tistaqsi wkoll, fi tliet emails separati, lis-Segretarju tal-Kumpanija, Luis Felipe Rivea. Din il-ġimgħa reġgħet bagħtitlu l-istess sett ta' mistoqsijiet iżda għal darb'oħra, sakemm morna għall-pubblikazzjoni, ma rċevejna l-ebda tweġiba. L-ILLUM kienet ippruvat tagħmel kuntatt mad- diretturi u mas-sidien biex tistaqsihom direttament jekk il-Bank Pilatus hux se jappella mid-deċiżjoni, iżda kemm il-linji tat-telefowns u anke s-sit tal-Bank ma għadhomx jaħdmu. Skont l-Artiklu 24 tar- Regolament tal-Kunsill (UE), kwalunkwe bank li l-Bank Ċentrali Ewropew ikun ħadlu l-liċenzja jista' jappella d-deċiżjoni. L-istess Artiklu jgħid ukoll li "istituzzjoni ta' kreditu tista' wkoll teżerċita d-dritt li tressaq proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea." Għalhekk, kemm id- diretturi u anke s-sidien tal-Bank Pilatus għandhom ċans sa nhar l-Erbgħa biex jappellaw mid-deċiżjoni. …hekk kienu għamlu tan- agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Is-sidien u d-diretturi tal-Pilatus fadlilhom tlett ijiem ċans biex jappellaw mid-deċiżjoni tal- Bank Ċentrali Ewropew ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio

