Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Xlokk forza 4 lokalment forza 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir imsaħħab b'ċans ta' xi ħalbiet tax-xita iżolati billejl Viżibilità Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita Riħ Majjistral forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Ħafna mill-kanvassers ta' Joe Mizzi jingħaqdu wara Abela ... ilbieraħ Refalo maġenb Abela ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ħafna mill-kanvassers tal-Ministru Joe Mizzi, u l-eks Ministru nnfisu, illum stess xorta se jkunu preżenti għall-attività f 'Bormla li se jorganizza l-Mexxej Laburista u Prim Ministru Robert Abela. Dan qed isir bħala turija ta' appoġġ u lealtà lejn Abela. Dan qed isir minkejja kritika fit-Tieni Distrett minħabba li Mizzi ma baqax Ministru u ma hemm ebda Ministru fuq dan id- distrett. It-Tieni Distrett jinkludi Bormla, il- Birgu u l-Isla. Abela, nhar il-Ġimgħa ħabbar illi hu se jkun kandidat fit-Tieni Distrett fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Intant ilbieraħ filgħodu, waqt attività f 'Għawdex, l-eks Ministru Anton Refalo kien preżenti wkoll fuq il-palk ħdejn Abela u l-Ministri Clint Camilleri u Justyne Caruana. Abela sostna li hu qed iħares 'il quddiem biex jaħdem mill-qrib ma' Refalo u għamel aċċenn fuq il-kliem, "mhux fuq Għawdex biss". Il-PM u Mexxej Laburista sostna illi fl-aħħar snin Għawdex ra tkabbir qawwi ekonomiku. Għamel referenza għall-ġimgħa li għadha kemm intemmet u ammetta li l-Gvern ħa deċiżjonijiet li jistgħu jkunu diffiċli, "imma daħħalna n-normalità u l-istabbilità lura fil-pajjiż." Hu qal illi minkejja li kien hemm tiġrija fil-Partit Laburista, dan reġa' ngħaqad mill-ewwel. "Mhux biss, imma ħriġna aktar b'saħħitna," qal Abela għaċ- ċapċip tal-folla preżenti. Huwa għamel referenza għall-għażliet tiegħu fil- Kabinett, fosthom l-fatt li l-ambjent u l-ippjanar tpoġġew taħt Ministeru wieħed. Robert Abela se jkun kandidat fuq id-distrett tal- Kottonera Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, ħabbar li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss hu se jkun kandidat fit-tieni distrett, id-distrett tal- Kottonera. Hu kien qed iwieġeb għall-kumment ta' Bormliż waqt il-programm Xarabank, li filwaqt li feraħ lill- koppja Abela lmenta li t-tieni distrett huwa bla Ministru. Abela wieġeb billi qal li fl-aħħar elezzjoni t-Tieni Distrett kellu lill-Prim Ministru Muscat fil-lista u se jerġa' jkollu Prim Ministru f 'elezzjoni ġenerali li jmiss. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-eks PM Joseph Muscat kien kiseb 14,674 vot minn dan id-distrett li fih il-Partit Laburista kien kiseb 17,353 vot u allura 71% tal-voti mitfugħa. Abela, waqt l-istess programm, ammetta li ħa deċiżjonijiet iebsin fl-ewwel jiem. 'Jiena sejjer Bormla għax jien Laburist u nbaxxi rasi għad-deċiżjoni tal-PM' – Mizzi "Jiena sejjer Bormla, għax jien Laburist. Jien baxxejt rasi għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Prim Ministru Robert Abela." Hekk sostna ma' dan sit l-eks Ministru Laburista Joe Mizzi, li ma kienx appuntat Ministru fil- kabinett ta' Robert Abela. Kien dan is-sit ukoll li aktar kmieni lbieraħ żvela kif ħafna minn nies li jappoġġjaw lil Mizzi se jinżlu Bormla għall-attività tal-PL li fiha se jitkellem Robert Abela bħala turija ta' lealtà lejn il-partit. Intant illum, il-Partit Laburista se jkun qed jorganizza attività tal-massa f 'Bormla stess.