Illum previous editions

ILLUM 19 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 Is-Servizzi tar-Reġistrazzjoni u n-Notifika tat-Twelid u l-Mewt f'Għawdex Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jinforma lill-pubbliku in ġenerali li s-Servizzi tar-Reġistrazzjoni tat-Twelid u n-Notifika tal-Mewt li sal-lum kienu qed jiġu offruti mill-Uffiċċju tal-Passaporti, minn-nhar it-Tnejn 20 ta' Jannar 2020, dawn is-servizzi se jibdew jiġu offruti mir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex fi Triq ta' Wara s-Sur, Victoria Għawdex, Tel: 22156382. Il-Ħinijiet tal-ftuħ huma dawn li ġejjin: Xitwa Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8.00am - 1.00pm Is-Sibt 7:30am – 11.00am Sajf Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7.30am – 12.00pm Is-Sibt 7.30am – 11.00am MINISTERU GĦAL GĦAWDEX CLEANSING AND MAINTENANCE DIVISION Sejħa għal Spazju ta' Uffiċini (Rif. CMD 24/2020) Id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni se tkun qed tilqa' offerti għall-kiri ta' spazju għall-użu ta' uffiċċju fin-nofsinhar u ċ-ċentru ta' Malta. Informazzjoni addizjonali tista' tinkiseb minn: https://cleanandupkeep.gov.mt/ Id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-offerti hi l-Ġimgħa 7 ta' Frar 2020 sa nofsinhar. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-gazzetta tinsab infurmata li n-negozjati bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana damu għaddejjin hekk kif din baqgħet tirreżisti li titlaq minn Ministru ta' Għawdex. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi Abela offra d-dekasteru tal-edukazzjoni lil Justyne Caruana, minflok dak ta' Għawdex. Jidher iżda illi Caruana sostniet li hi mhux se taċċetta dan għaliex mexxiet id-dekasteru tagħha b'effiċjenza u dejjem kienet retta f 'xogħolha. Caruana fil-fatt hija l-aktar persuna li damet Kastilja anke jekk kienet waħda mill-ewwel Ministri li daħlu fl-uffiċċju tal- Prim Ministru. Minflok, il-portafoll tal- edukazzjoni ngħata lil Owen Bonnici, li kellu f 'idejh il-ġustizzja taħt il-Gvern ta' Joseph Muscat. Intant Għawdex se jkollu żewġ Deputati fil-kabinett: Caruana u Clint Camilleri li ngħata l-Ministeru tal-Biedja u Sajd. Caruana ngħatat il-kariga tal- lum wara l-elezzjoni tal-2017 hekk kif l-eks PM Joseph Muscat ma tax il-Ministeru ta' Għawdex lil Anton Refalo. Din il-gazzetta qiegħda tiddedika erba' paġni li jittrattaw il-Kabinett il-ġdid ta' Abela, f 'paġni 4, 5, 6 u 7. Caruana baqgħet tirreżisti li titlaq il-Ministeru ta' Għawdex minn idejha Deċiżjoni fuq ir-riklamazzjoni tal-art waħda mill-prijoritajiet ta' Farrugia ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Hemm deċiżjonijiet x'jittieħdu fl-ambjent. Huma deċiżjonijiet diffiċli, imma jiena se neħodhom." Hekk sostna ma' din il-gazzetta l-Ministru l-ġdid għall-Ambjent, Ippjanar u Bidla fil-Klima Aaron Farrugia. L-ILLUM staqsiet lil Farrugia x'se jkunu l-ewwel prijoritajiet tiegħu f 'Ministeru hekk kbir b'entitajiet kontroversjali. "Ċar ħafna dak li jeħtieġ isir," wieġeb mill-ewwel. "Hemm ħafna politiki li qed jistennew biex ikunu riveduti u deċiżjonijiet diffiċli li tħallew lura. Jiena se nieħu d-deċiżjonijiet u se nibda b'dawn il-politiki b'mod immedjat," saħaq il-Ministru Farrugia. Misqtosi jispeċifika, hu semma l-politika tal- Awtorità tal-Ippjanar dwar il-pompi tal-petrol, ir-riklamazzjoni tal-art, skart ta' kostruzzjoni u proġetti ta' enerġija mill-iskart. "Dawn kollha kwistjonijiet kontroversjali, iżda jiena se niddeċiedi," saħaq Farrugia. "Se nkun qed niaħ konsultazzjoni wiesgħa ma' dawk kollha li għandhom xi forma ta' interess fis- suġġetti. Se nisma', niddiskuti, imma mbagħad nemmen li wasal iż-żmien biex niddeċiedi." Farrugia se jmexxi Ministeru li mill-ġdid qed jgħaqqad l-ambjent mal-ippjanar, żewġ dekasteri li qabel kienu separati – l-ambjent taħt Josè Herrera u l-ippjanar taħt Ian Borg.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 January 2020