Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
04 analiżi IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 • illum Fond għas-Sigurtà Interna 2014-2020 Din is-Sejħa għall-Offerti hija parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE 25% Fondi mill-Benefiċarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Sigurta` Interna MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ jixtieq jinforma lill-pubbliku għas-sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikata: TMFA 002/2019: EX-POST EVALUATION OF INTERNAL SECURITY FUNDS (ISF) (2014-2020) PROJECTS IMPLEMENTED BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AFFAIRS AND TRADE PROMOTION Operaturi ekonomiċi huma mistiedna jitfgħu l-offerti tagħhom fuq is-sit elettroniku: Electronic Public Procurement https:\\www.etenders.gov.mt sa mhux aktar tard mid- 9.30 ta' fil-għodu tat-Tlieta 28 ta' Jannar 2020. Kopja elettronika tad-dokument flimkien ma' formularju ieħor u kundizzjonijiet, jistgħu jiġu mniżżla bla ħlas, minn fuq is-sit elettroniku tal-EPPs https:\\www.etenders.gov.mt Mill-Qala saż- Żurrieq. Minn fejn ġie elett il-Kabinett ta' Abela? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Wara l-ħatra tal-Kabinett, kif jiġri dejjem, tibda l-kritika għax ma jkunux inħatru ċerti Ministri, jew ma jkunux ħadu promozzjoni, imbagħad ikun hemm il-kritika dwar minn fejn maħturin il-maġġoranza tal-Ministri u d-distretti li ħalla barra. Il-gazzetta ILLUM ippreparat mappa politika ta' Malta maqsuma skont id-distretti, mill-ewwel sat-13. Din il-mappa turi minn fejn kienu eletti l-Ministri u anke l-voti li kisbu. Dan għandu jagħtina ħarsa komprensiva lejn kif inhuma mifruxin il-membri tal-Kabinett. L-ewwel ħaġa li żgur tolqtok huwa l-fatt li dawk kollha eletti mis-sitt distrett għandhom xi rwol fil-Kabinett. Dan id-distrett jinkludi l-lokalitajiet ta' Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi. Robert Abela huwa l-Prim Ministru, filwaqt li Roderick Galdes u Silvio Schembri ngħataw Ministri – tal-Housing u tal-Ekonomija u Rosianne Cutajar Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza. Mir-raba' distrett se jkun hemm tliet Deputati fil- Kabinett: Chris Fearne – li se jibqa' Ministru tas-Saħħa, Silvio Parnis – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Byron Camilleri - Ministru tal-Intern. Ir-raba' distrett jinkludi Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien. Anke l-ħames distrett għandu tliet Deputati fil- kabinett. Julia Farrugia Portelli – Ministru tat-Turiżmu, Stefan Zrinzo Azzopardi - Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u Owen Bonnici – Ministru għall-Edukazzjoni. Il-ħames distrett jinkludi liż-Żurrieq, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba u l-Qrendi. Tliet membri tal-Kabinett ġejjin ukoll mill-ewwel distrett. Josè Herrera – li se jkun Ministru tal-Kultura u Kunsilli, Aaron Farrugia, li se jkun Ministru tal- Ambjent u Deo Debattista – Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur u l-Indafa. L-ewwel distrett jinkludi l-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Furjana, il-Marsa, Tal-Pietà u Santa Venera. Interessanti kif it-tieni distrett, fortizza Laburista, jew inkella dak li jinkludi lill-Kottonera, għandu biss membru wieħed tal-kabinett, jiġifieri Chris Agius. Dan il-fatt ħoloq rabja fil-Kottonera għalkemm in-nuqqas ta' Ministru f 'dan id-distrett huwa biss twittija tat-triq għal Abela nnisfu, biex joħroġ hu fuq il-lista tat-tieni distrett fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ħarsa ġeografika tal-Kabinett ta' Robert Abela. Id-distretti numru wieħed, sebgħa, erbgħa u ħamsa bl-aktar membri tal-Kabinett Alex Muscat 2,431 vot Clayton Bartolo 1,261 vot Michael Farrugia 3,560 vot Ian Borg 5,566 vot Roderick Galdes 2,757 vot Rosianne Cutajar 2,757 vot Stefan Zrinzo Azzopardi 459 vot (1833 Silvio Schembri 3,950 vot 13