Illum previous editions

ILLUM 19 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 letteratura illum • IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 'hemm' Fir-rokna letterarja ta' din il-ġimgħa, Kevin Saliba jirrifletti dwar il-proża ta' Walid Nabhan b'enfasi fuq l-aħħar ġabra ta' novelli tiegħu 'Bejn Bejnejn'. L-analiżi tixtarr il-qagħda bejjiena tal-kittieba awtoeżiljati, jiġifieri d-dilemma ta' bejn "hawn" u "hemm" u l-iħirsa fejjieqa li din bilfors tnissel fihom. kemm aħna nitwerrċu", jgħidilna f 'Ir-Rewwixta tal-Ħebża. Wieħed mill-aqwa kittieba tagħna Nabhan jagħmel dan kollu b'sengħa liema bħalha mhux biss fit-tfassil tan-narrattivi iżda wkoll fis-sengħa tal-kitba, l-iżjed bil-ħakma tiegħu fuq il-lessiku Malti. B'din il-ġabra Nabhan reġa' wera ruħu – minkejja xi għeltijiet ekonomiċi fil-binja tas-sentenzi – bħala wieħed mill-aqwa kittieba tal-ilsien Malti ta' żmienna. Dan aktarx joħroġ l-iżjed fid-dieher fl-aħħar novella Bejn Bejnejn fejn saħansitra jagħrbel – bħala Malti barrani – "is-swidija etimoloġika" tal-għerq neonatali għ-r. F'din in-novella l-influwenza ta' Sant il-kittieb ma tinħassx biss fil-ħażna lingwistika tal-awtur iżda wkoll fid-diversi referenzi li jagħmel għall-proża "makakka" tiegħu meta jiddiskuti l-iżviluppi soċjoekonomiċi ta' pajjiżna. Forsi f 'dan it-test aħħari hemm ukoll il-preżenza tal-ħares, ġaladarba din l-analiżi skjetta tisfa mħassra mil-laptop ħesrem bla ma jilħaq jaqraha ħadd ħlief forsi l-fatati, sewwasew bħal kif kienu għoddhom spiċċaw uħud mill- famużi "drammi għall-kexxun" ta' Sant id-drammaturgu. Ngħid għalija, jekk l-analiżi tan-novella Bejn Bejnejn hija korretta għandi d-dispjaċir niem illi llum – voldieri sitt snin wara dika t-titjira aħħarija – 'qas biss it-tjur ma jridu jibqgħu "hawn". Biss, li forsi ma fehemx Nabhan – jew inkella ma jridx jiem li fehem – huwa li dad- diskorsi dwar "hawn" u "hemm" u dwar l-iħirsa u l-istranizzi li spiss ikewnu f 'moħħna jonqoshom xi ħaġa. Jonqoshom dik l-aħħar kelma li kien widdibna biha Darwish: "l-eżilju mhux biss kunċett ġeografiku. Tista' tisfa mtarraf f 'pajjiżek, ġo darek, ġo kamartek." Ngħid dan b'nofs ċajta iżda mhux bid-daħka, ma jmurx id- daħka tiegħi tkun bħal dik li daħak wieħed missier lil ibnu – ħares ieħor f 'ras Nabhan – fuq bejt mistħajjel f 'Amman. Għax bejnietna Walid: id-daħka tiegħu bdiet bin-nelħ... imbagħad "inbidlet f 'sogħla u s-sogħla fi dmugħ."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 January 2020