Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
31 sport illum • IL-ĦADD 19 ta' Jannar 2020 possibbli sabiex niksbu riżultati tajbin' jilagħbu l-futsal. Irridu nattiraw aktar plejers jilagħbu din il-logħba tant sabiħa. Jien se nagħti sehmi sabiex dan kollu jseħħ. Kont ferm kuntent li l-MFA wriet appoġġ sħiħ fija. Għandi responsabbiltà li nkompli fuq ix-xogħol tajjeb li għamel VicHermans. Kif għedtlek nixtieq li ntejbu r-riżultati tagħna. Tahseb li l-MFA qed taghti importanza lill-futsal lokali? Jekk jirnexxielna nagħmlu dan il-proġett tat-tim ta' taħt id-19-il sena, l-MFA lesta li tgħin mill-aħjar li tista' sabiex tiżviluppa din il-logħba f 'pajjiżna. Dan hu proġett ambizzjuż li fiduċjuż li se jitwettaq u b'hekk naraw żieda fil- parteċipazzjoni tal-plejers. Issa qed tippreparaw għat-turnament internazzjonali li se jsir f 'Jannar. Ma' min se tkunu qed tikkompeti u kif miexja l-preparazzjoni? Aħna se nkunu qed nipparteċipaw fir- rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Futsal EURO 2022. Aħna bħala tim nazzjonali tlajna biex nilagħbu fi Grupp C mal-Polonja, l-Iżvezja u l-Greċja. Għallinqas kellna x-xorti li se nkunu qed nospitaw dan it-turnament internazzjonali li se jsir bejn id-29 ta' Jannar u l-1 ta' Frar 2020. Se nkunu qed nerġgħu nilagħbu kontra l-Iżvezja wara li kienu rebħulna 5-1 it taż-żmien ilu. Se nkunu qed nippreparaw bis-sħiħ għal dan it-turnament tant li mhux se jkun hemm logħob tal-kampjonat Elite matul ix-xahar ta' Jannar. Għalhekk għandi xahar sħiħ inħarreġ il-plejers li se nsejjaħ u nkunu lesti naffaċċjaw lil dawn l-avversarji tagħna. Hu veru li jkun hemm xi klabbs li forsi jgergru li t-tim nazzjonali jieħu xi plejers minn tagħhom iżda din hi xi ħaġa normali fil-pajjiżi kollha, anke fil-futbol. Aħna min-naħa tagħna se nagħtu l-aħjar tagħna sabiex niksbu riżultati pożittivi. Kemm taħseb li huma importanti t-training camps bħala tim nazzjonali? Naħseb li t-training camps huma importanti għalkemm mhux faċli tagħmilhom b'mod frekwenti. Normalment il-kowċ tat-tim nazzjonali jkollu l-plejers tiegħu għal it żmien u jrid jagħmel mill- aħjar li jista' sabiex jieħu l-massimu mis- sessjonijiet qosra ta' taħriġ li jkollu. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk is- segwaċi tal-futsal sabiex jiġu jagħtukom l-appoġġ neċessarju waqt dawn il-logħob internazzjonali. Il-fatt li se nilagħbu f 'darna tiswa ħafna. Kif nafu s-sapport li nagħtu lill-plejers jiswa ħafna u għalhekk inħeġġeġ lid-dilettanti kollha tal-futsal sabiex jiġu jarawna u jtuna l-kuraġġ. Jien flimkien mal-plejers li se nsejjaħ se nagħmlu dak kollu possibbli sabiex niksbu riżultati tajbin. Naħseb li t-training camps huma importanti għalkemm mhux faċli tagħmilhom b'mod frekwenti