Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
30 sport IL-ĦADD 19 ta' Jannar 2020 • illum 'Se nagħmlu dak kollu possibbli Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futsal? Bdejt nipprattika l-futsal mis-Serbja fejn ta' spiss konna nilagħbu ġewwa kif ukoll barra. Hemmhekk lgħabt ukoll il-futbol ma' diversi timijiet fiż-żona tiegħi. Ġejt anke nilgħab f 'Malta iżda mbagħad qbadt il- futsal u bqajt f 'dan l-isport tant sabiħ. X'inhi d-differenza bejn il-futsal u l-futbol? Jien ngħid li huma simili iżda fl-istess ħin differenti. Jixbhu lil xulxin minħabba li hemm il-ballun u l-lasti iżda differenti minħabba d-daqs tal-court u fuq kollox il- veloċità li biha jintlagħab dan l-isport. B'konsegwenza ta' dan wieħed irid jieħu deċiżjonijiet ta' malajr għax issib l-avversarju tiegħek lest sabiex jisraqlek il-ballun. Il-futbol jintlagħab b'ritmu iktar kajman mill-futsal u dan jagħmel l-affarijiet differenti. Taħseb li wieħed jista' jilgħab il-futbol u l-futsal fl-istess ħin? Ħa ngħidu hekk ma nafx kemm tista' tkun possibbli. Hemm taħriġ li ħafna minnu hu l-istess għalkemm fil-futsal ikollok iktar pussess tal-ballun. Meta ġejt Malta liema kienu t-timijet li lgħabt magħhom? Jien lgħabt ma' żewġ timijiet. L-ewwel isseħibt ma' Balzan Youths imbagħad mort ma' Lija Athletic. Kif kienu dawn l-esperjenzi? Kienu esperjenzi sbieħ u interessanti. Meta bdejt ma' Balzan Youths, it-tim kien qed jilgħab fl-ewwel diviżjoni u kellu barrani wieħed biss. Ma kellniex staġun daqshekk faċli minħabba li kif nafu l-kampjonat tal-ewwel diviżjoni jkun dejjem bilanċjat u kumbattut. Fl-istaġun ta' wara mort ma' Lija Athletic fejn ukoll lgħabt fl-ewwel diviżjoni. Hawnhekk ġejna promossi għall-kampjonat Premier u nista' ngħid li kelli staġun ferm tajjeb. Is-sena ta' wara ġejna relegati u kien hawnhekk li ddeċidejt li nieqaf mill-futbol milgħub. Minn hemm qbadt il-karriera tal- futsal fejn lgħabt ma' Jeepers FC. Kif tiddeskrivi l-bidu tiegħek fil-futsal Malti? Jeepers kien tim ferm tajjeb u kont nieħu gost nilgħab magħhom. Dak iż-żmien il- futsal kien għadu jibda u kien jintlagħab barra. Aħna konna nilagħbu ħafna logħob fil-grawnd 5-a-side ta' Ħaż-Żabbar. Dak iż-żmien kien hemm madwar 60 tim li kienu jieħdu sehem f 'dan il-kampjonat maqsum f 'erba' diviżjonijiet. Bdejna mit- tielet diviżjoni u bqajna telgħin sal-ogħla kampjonat ta' dak iż-żmien. Kelli ċ-ċans ukoll li nipparteċipa fil- FutsalCup Ewropea fl-Iżvezja. Madankollu dak kien żmien ieħor. Taħseb li dak iż-żmien kien hawn iktar interess fil-futsal mil-lum? Bla dubju li qabel kien hawn iktar interess. Ma tistax tikkompara dak iż-żmien ma' dak tal-lum. L-affarijiet fil-preżent huma differenti. Illum għandna 12-il tim u kollha armati. Dak iż-żmien kien hemm diversi timijiet ta' ħbieb u l-kampjonat kien miuħ għal kulħadd. Illum il-ġurnata l-kwalità ta' plejers u logħob hu ferm aħjar. Int kont ukoll assistent kowċ ma' Luxol. Kif tiddeskrivi dan iż-żmien? Kienet esperjenza mill-isbaħ meta kont assistent kowċ ta' Luxol. Kelli ħafna sodisfazzjon u rbaħna l-kampjonat. Irnexxielna wkoll naqbżu r-rawnd preliminari tal-UEFA FutsalCup. Xi rrid ngħid iktar? Esperjenza mill- aqwa. Int kont ukoll assistent kowċ ma' VicHermans fit-tim nazzjonali Malti. Kemm tgħallimt mingħandu? Nista' nistqarr miegħek li tgħallimt ħafna. VicHermans kien kowċ ferm intelliġenti li kellu għarfien kbir tal-logħba. Hu kien FIFA instructor u għalhekk jaf il-logħba tal-futsal sew. Fil-verità jien kont ukoll assistent kowċ ma' Mark Marlow u Peter Pullicino li wkoll taw il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' dan l-isport f 'pajjiżna. X'inhi d-differenza li tara bejn li tkun kowċ u plejer tal-futsal? Id-differenza hi kbira. Meta int tkun plejer, taħseb biss fuqek innifsek filwaqt li tagħti l-aqwa tiegħek waqt il-logħba. Xogħlok hu li timxi mat-tattika li jtik il- kowċ u l-bqija dak kollox. Meta int tkun kowċ, l-istorja hi ferm differenti. Għandek ħafna preparamenti tas- sessjonijiet ta' taħriġ u fuq kollox trid tkun kapaċi żżomm atmosfera tajba fid- dressingroom peress li jkollok plejers b'karattru differenti. Minkejja kollox, ir- rwol ta' kowċ itik ħafna sodisfazzjon. Taqbel mal-format tal-kampjonat Malti fejn hu maqsum bejn il-kategorija Elite u dak amateur? Iva naqbel ma' dan il-format. Kif għedtlek, il-kwalità ta' logħob fil-kategorija Elite żdied ħafna u qed naraw futsal veloċi. Naqbel ukoll li nqasam għax qed nevitaw li naraw skors kbar bħal 23-0 jew 21- 5. Ix-xewqa ta' kulħadd hu li nattiraw aktar klabbs tal-futsal li jagħmlu l-qabża fil- kwalità u b'hekk ikollna aktar konkorrenza u timijiet b'saħħithom. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-faċilitajiet li hemm fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport f 'Pembroke? Fl-opinjoni tiegħi, il-faċilitajiet li hemm fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport huma tal- ogħla livell. Anke l-plejers jinsabu sodisfatti li mxejna mill-Padiljun Sportiv ta' Kordin għal hemmhekk. Qabel kellna court li kien iebes, il-logħob kien kajman u fuq kollox il-post hu xi it antik. Issa verament qed inħoss li qed jintlagħab l-aqwa futsal. Anke meta xi tim partikolari jsiefer biex jikkompeti barra minn Malta, ma jkunx hemm dik il-qabża fil-post fejn ikun qed tintlagħab il-kompetizzjoni. Issa li lħaqt kowċ tat-tim nazzjonali tal- futsal x'inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek? Fil-verità jien kelli ċ-ċans li nilħaq kowċ nazzjonali wara li spiċċa Mark Marlow iżda fl-aħħar mill-aħħar ma qbilniex fuq xi affarijiet u għalhekk iddeċidejt li nibqa' bħala assistent kowċ. Issa li ehemt mal- MFA dwar din il-kariga, ninsab ħerqan li nibda naħdem sabiex intejbu r-riżultati u l-wirjiet tagħna. Se nipprova nintroduċi xi plejers ġodda għax hemm bżonn. L-isfortuna hi li għandna numru limitat ta' plejers li Zeljko Anicic - esperjenza wiesgħa fil-futsal lokali u anke internazzjonali li wasslitu biex riċentement jinħatar bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-futsal