Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
13 intervista illum • IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 Laburista hija li jibqa' moviment' "Ma ġie maħnuq xejn…il-kandidati marru fuq kull programm possibbli. Ftit wara li għalqu n-nomini fil-fatt kienu fuq Dissett…" Din il-gazzetta tirrimarka iżda kif dibattiti bejn iż-żewġ kandidati ma sarux. Micallef jirrikonoxxi u jfakkar li din kienet elezzjoni għal Mexxej Laburista. "Jiddibatti mela, imma mal-Kap tal- Oppożizzjoni. Jiena niem li għall-midja hija aktar intriganti li jsir dibattitu bejn iż-żewġ kandidati imma għall-partit dik ma kinitx prijorità," sostna. 'Il-ġurnalist għandu responsabbilità xi jġorr' Il-gazzetta tirrimarka illi sar attakk fuq il-midja minn diversi attivisti rrabjati daqslikieku l-kriżi li l-pajjiż kien fiha kienet grazzi għall-midja indipendenti. Huwa jgħid li hemm ġurnalisti serji mbagħad hemm oħrajn li, skontu, jisparaw bl-addoċċ u lanqas jammettu li żbaljaw. "Il-ġurnalist ukoll għandu responsabbilità xi jġorr," jinsisti Daniel Josè Micallef. Għal it ħin huwa jitkellem dwar l-effett tal-midja u kif fl-aħħar snin rajna popli li jagħżlu mexxejja li l-midja tkun qed tgħid li huma ħżiena. Hu jsemmi lil Boris Johnson u Donald Trump, li ffaċċjaw u għadhom jiffaċċjaw kritika kbira mill-midja b'mod ġenerali. Isemmi l-fatt illi nhar l-elezzjoni ta' Mexxej ġdid kien hemm influss kbir ta' midja, lokali u barranija, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ssegwi u tirrapporta. 'Assolutament ma naqbilx li Abela daħak bin-nies fuq il-kontinwità' L-ILLUM tinnota ċerta sodisfazzjon fil-partit u lil hinn, speċjalment fost dawk il-floating voters li kienu voċiferi fuq fatti u stejjer marbutin mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Sodisfazzjon illi l-affarijiet mixjin 'il quddiem u qed isiru bidliet li kienu ilhom biex isiru, anke jekk ċerti deċiżjonijiet dejqu mhux it lil bosta Laburisti, l-aktar il-pass ta' konċiljazzjoni bejn Repubblika u Occupy Justice. Minkejja dan, ma jħossx li Abela daħak xi it bin-nies, meta hu wiegħed il- kontinwità? "Assolutament ma naqbilx. Jiddependi lejn liema angolu kont qed tħares lejn il- messaġġ ta' Abela meta tkellem dwar il- kontinwità." Hu jisħaq li l-messaġġ tal-Prim Ministru kien ta' kontinwità, filwaqt li għamel referenza għal fejn hemm bżonn bidla. Ifakkar li mhux biex issir imma illi huwa mistenni u ġust li l-PM jirriorganizza lill-Gvern kif l-aħjar illi jemmen hu. Micallef faħħar id-deċiżjoni ta' Abela li jpoġġi lil Clyde Caruana bħala Chief of Staff u jfakkar illi kienu nies minn kull affiljazzjoni politika li faħħru din id- deċiżjoni. 'L-ewwel impressjoni tal-PM Abela hija pożittiva ħafna' Il-gazzetta tistaqsi lil Micallef jagħti l-ewwel reazzjoni għall-ewwel it ġranet ta' Abela bħala Prim Ministru. "Naħseb li l-ewwel impressjoni hija waħda pożittiva ħafna, anke l-mod kif aġixxa ma' dawk li kienu fil-kamra tal- għadd tal-voti u kienu qed jappoġġjaw lil Fearne," saħaq. Huwa qal li Abela wera kuraġġ politiku u sostna illi f 'Abela qed jara kwalità essenzjali ta' mexxej li jisma' u jaġixxi fuq dak li jisma'. 'Partit ħaj u b'saħħtu' Huwa temm isostni li l-partit ħa l-elezzjoni bis-serjetà u għamel kollox biex il-proċess ikun trasparenti. Ifakkar li l-organizzazzjoni mxiet fuq l-istess linji ta' elezzjoni ġenerali b'rappreżentanti tal-kandidati f 'kull kamra tal-vot u sistema elettronika li turik ir-riżultati u numri, live. "Din is-sistema nħadmet f 'dawn il-ġimgħat. Aħna ridna nwasslu l-informazzzjoni f 'real time. Kif kienet ibbażata s-sistema hija li ladarba jkunu vverifikati l-voti jittellgħu live," spjega. Micallef temm isemmi l-persentaġġ ta' nies li marru jivvutaw, 92.5%, persentaġġ li jsejjaħlu 'eċċezzjonali'. "Dan huwa simbolu ta' partit ħaj u b'saħħtu." Finalment, mistoqsi hux se jkun qed joħroġ għall-elezzjoni, Micallef ma tantx wera ħafna entużjasmu. "Il-karigi ma jagħmlux bija. Nibqa' naħdem fil-Partit Laburista."