Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
11 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 tu jitfa' dell ikrah fuq il-Gvern. Din it-tip ta' dixxiplina tista' tidher kerha jew li "qed tpaxxi" lill-avverrsarju bħalissa. Imma ladarba tindara se ssir kejl li bih ikollu jibda jiġi ġġudikat mhux biss il-Gvern, imma anke l-Op- pożizzjoni • Dan il-preċedent qed ipoġġi ħafna pressjoni fuq l-Op- pożizzjoni li hija mmexxija minn persuna b'ħafna delliji- et fuqha, mhux l-inqas akkużi illi kien parteċipi f 'ħasil ta' flus li kienu ġejjin minn xibka ta' prostituzzjoni. F'daqqa waħda jidher li l-Gvern Laburista qed imexxi fil-qasam tal-governan- za, l-akbar dgħufija tiegħu, u l-PN isegwi. Din hija sitwazzjo- ni perikoluża għall-PN speċjal- ment jekk il-Labour għandu jew se jkollu informazzjoni li titfa' lil Delia f 'dellijiet akbar. Jekk il-Labour ibiddel il-governan- za f 'karta rebbieħa u ma jkunx hemm traġedji ekonomiċi fil- pajjiż, id-disfatta tal-PN fl-elez- zjoni ġenerali li jmiss taf tkun fatali. • L-akbar żvantaġġ ta' mossi bħal ta' Justyne hija l-aljenazzjoni li dawn jistgħu joħolqu fost il-votanti Laburisti l-aktar iddedikati lejn il-par- tit. L-istampa tista' tidher bħala waħda illi fiha l-PL qed iċedi wisq u qed ikun wisq akkoljenti lejn ir-rieda tal-avversarju. Fil- waqt li dan huwa vera, l-effett jista' jkun pożittiv għall-Gvern, eventwalment. Daphne Caruana Galizia u l-konċiljazzjoni • Bil-passi lejn il-konċil- jazzjoni mal-aktar persuni li għandhom antipatija lejn il-Par- tit Laburista, issa u storika- ment, Abela qed jibni immaġini tiegħu li hija Prim Ministerjali. Ta' Prim Ministru li joħroġ l-id tal-ħbiberija. Dawn il-mossi se jgħinu mhux ftit biex jonqsu l-firdiet u biex il-Parlament Ew- ropew ikun ħafna iktar ħanin fil-ġudizzju tiegħu lejn pajjiżna. Fil-fatt ir-rebħa lura tal-fiduċja fil-pajjiż f 'istituzzjonijiet Ew- ropej hija l-akbar rebħa li jista' jagħmel Abela. • It-ton iktar konċiljator- ju u inqas ostili ta' Abela jista' jwassal biex jintefa' ftit tal-il- ma fuq in-nirien u t-temper- atura politika fil-pajjiż tkompli nieżla għan-normalità. Huwa importanti li l-pajjiż jitbiegħed mill-mumenti ta' tensjoni li għadda minnhom bejn No- vembru u Diċembru tas-sena li għaddiet jekk irid ikompli jikber ekonomikament. • Mill-ġdid, bħal fil-każ ta' Justyne Caruana, l-akbar problema li ġabet deċiżjoni bħal din hija li tirrabbja lill-għeruq tal-PL. Fil-fatt il-pass li ma jit- naddafx il-monument tal-As- sedju mill-fjuri u x-xemgħat li jitħallew biex titfakkar Daph- ne Caruana Galizia, intlaqgħet ħażin minn ħafna Laburisti. • 'Allura aħna kellna raġun'. Hekk kien hemm min ir- risponda fir-rigward tal-konċil- jazzjoni ta' Abela. U dan huwa minnu. Jista' jkun li l-PN kif ukoll Repubblika u Occupy Justice għamlu rebħa morali u ngħataw raġun fuq diversi punti kruċjali. Dan jeħtieġ ikun aċċet- tat. Minkejja li dan qed idejjaq xi ftit lil bosta fil-PL iżda, Abe- la qed jagħmel kalkolu illi elet- toralment dawn il-mossi ftit li xejn se jaffetwawh filwaqt li se jpoġġuh fuq skala morali ogħla. Jirriżenja l-Kummissarju tal- Pulizija • Għalkemm il-Kummis- sarju ngħad li rriżenja minn jed- du, il-fatt li Abela qed jingħata jew ta lilu nnifsu opportunità biex jibda mill-ġdid hawnhekk huwa pass fid-direzzjoni t-ta- jba. Il-Kummissarju Cutajar kien ikkritikat bil-qawwi l-aktar minħabba nuqqas pjuttost gra- vi ta' komunikazzjoni kif ukoll li ma deherx illi saru investi- gazzjonijiet intensivi biżżejjed meta kienu żvelati ċertu stejjer bħall-Panama Papers, kif ukoll dettalji dwar 17 Black. Ma' dawn tgħaqqad l-istorja ta' Egrant u allegazzjonijiet marbutin mal- Bank Pilatus. Ħafna drabi, sforz inazzjoni jew inkella nuqqas ta' informazzjoni, kien jidher li mhux qed isir biżżejjed. • Bidla fir-riedni tal-Ko- rp tal-Pulizija possibbilment jaf twassal għal aktar żblokki fil- każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-investigazzjoni fl-alle- gazzjonijiet ta' ħasil ta' flus kon- tra Adrian Delia u dawk kontra Keith Schembri. • Minkejja kollox iżda Cutajar huwa maħbub fil-Korp, l-aktar minħabba li kellu relazz- joni tajba mal-unjins u jidher li kien qed itejjeb il-kundizzjoni- jiet tal-pulizija. Taħt it-tmexxija ta' Cutajar kellna rekords ta' qab- diet ta' droga u ġie solvut assas- sinju politiku, l-unika li qatt ġie solvut fil-fatt. Allura huwa nat- urali li r-riżenja tiegħu qajmet xi ftit ta' rabja u frustrazzjoni, l-aktar fost dawk li jappoġġjaw lill-PL. • Id-diskors ta' Abe- la kien ftit differenti qabel ma l-membri tal-Partit Laburista għażluh bħala Mexxej Laburista. Fil-fatt Abela kien aktar pożittiv dwar il-Korp tal-Pulizija u kien qal li mhux se jinqatgħu l-irjus fir-riforma li ser issir fil-Korp. Wisq deċiżjonijiet li jidhru illi jmorru kompletament kontra l-idea tal-kontinwità hemm fejn jirrabbjaw ħafna lill-elettorat Laburista. ABELA