Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
18 opinjoni IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum Il-pilastri għall-edukazzjoni Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol I l-qasam edukattiv huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta' kull soċjetà. L-edukazzjoni hija l-bażi sana ta' ħajjit- na. L-edukazzjoni tgħin biex persuna tiżviluppa bis-sħiħ il-potenzjali tagħha u għalhekk tibni lill-persuna biex tkun kapaċi taffaċċja l-ħajja fid-diversi aspetti tagħha. L-edukazzjoni hija essenzjalment vjaġġ eċitanti, interessanti u informattiv fil-ħajja tagħna. L-edukazzjoni titkellem dwar il-fu- tur, fejn irridu mmorru bħala pajjiż. Fl-aħħar snin f 'pajjiżna f 'dan is-settur rajna żviluppi kbar u wkoll sar ġid kbir. Saru diversi riformi li ħallew impatt fuq dan is-settur. Mhux biss riformi diretti fis-settur, imma wkoll riformi li għenu bil-kbir biex il- qasam edukattiv ikollu qabża fil-kwalità. Sar ħafna, imma għad hemm ukoll ħafna xi jsir biex inkompu ntejbu u nsaħħu. L-istess jista' jingħad dwar is-settur tax- xogħol. Nazzarda ngħid li l-introduzzjoni taċ-childcare b'xejn li l-Gvern daħħal f 'April tal-2014, kienet miżura waħda b'saħħitha li l-iktar għamlet differenza fil-ħajja tan-nies. Sistema li kienet imwiegħda fil-manifest elettorali li l-għan tagħha huwa li l-Gvern jipprovdi servizzi ta' ħarsien tat-tfal b'xejn lil ġenituri jew persuni li jkollhom il-kustodja tat-tfal li jkunu qed jaħdmu jew jistudjaw. Dan għen biex nisa jerġgħu jidħlu fil-qasam tax-xogħol tagħhom, jew ukoll biex ikomplu l-karriera tagħhom. Is-sistema skolastika ġiet imġedda billi tneħħew l-eżamijiet ta' nofs is-sena u minflok rajna d-dħul ta' learning outcomes u assessjar matul is-sena. Tajjeb li jingħad li bit-tneħħija tal-eżamijiet ta' nofs is-sena l-għadd ta' sigħat ta' tagħlim żdiedu b'medja ta' ħamsin siegħa għal kull student u studenta. Fuq dan il-punt irrid ngħid li jien konxju ħafna minn dak li qed jgħidu l-għalliema biex ikun hemm iktar titjib u qed nimpenja ruħi li dak li qed jgħidulna l-għalliema fuq il- learning outcomes u l-assessjar matul is-sena nagħti kasu bis-serjetà. Tneħħew il-ħlasijiet biex student joqgħod għall-eżami tas-SEC u l-MATSEC – allura dawn l-eżamijiet huma b'xejn. Titjib ieħor rajnieh fit-trasport tal-iskejjel li permezz ta' rifoma issa t-trasport huwa wkoll b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u l-iskejjel Indipendenti. Żewġ miżuri li għenu biex jitnaqqas il-piż finanzjarju minn fuq il-familji u għalhekk, tjiebet il-ħajja tagħhom. Kien hemm l-introduzzjoni ta' suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel kollha tal-Istat bi flessibbilità favur l-istudent fejn tidħol l-għażla li ma ssibhiex f 'pajjiżi oħrajn fl-Ewropa. Infetħu għexieren ta' workshops ġodda, sar investiment f 'laboratorji, infetħu childcare centres u skejjel ġodda. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li tjiebu l-kundizzjonijiet tal-gradi tal-għalliema li kienu tħallew lura immens matul is-snin u ngħatat spinta lill-Università, inkluż fl-infrastruttura tagħha, u sar l-istess fl- MCAST, fejn qed isir xogħol kbir. Sar ħafna tajjeb. L-impenn tiegħi fil-qasam edukattiv huwa li nkompli nibni fuq it-tajjeb li sar u fejn hemm x'jissewwa, insewwuh biex naċċertaw irwieħna li ħadd ma jaqa' 'l barra mis-sistema edukattiva. Se nara li jissokta x-xogħol fuq l-iskejjel, nibqgħu għaddejjin bil-bini ta' childcare centres, skejjel u faċilitajiet oħra. Se nara li l-ħidma tal-għalliema tkompli titjieb u l-professjoni ta' għalliem tkun iktar stmata u rrispettata. Se nara li s-sigurtà fl- iskejjel tkompli tissaħħaħ. Bħal kollox fil-ħajja naf li mhuwiex kollox ward u żahar u naf li jkun hemm min qed iħoss li mhuwiex parteċipi f 'dan is-suċċess. Imma kif għidt, l-impenn tiegħi huwa li nara lil dan is-settur jikber u jissaħħaħ, għall- ġid ta' dawk kollha li huma nvoluti – fuq quddiem nett l-istudent u l-professjonist. Waħda mill-prijoritajiet tiegħi se tkun li nisma'. U se nkun umli biżżejjed li nieħu pariri għal darba, darbtejn, tlieta fuq dan is-settur. U rrid nagħti kuraġġ biex inkomplu mexjin 'il quddiem. Lil dawk l-għalliema li qed ibatu biex ikomplu jsibu l-motivazzjoni ħalli jkomplu jgħallmu għax jemmnu li t-tekniċi mhux qed ikunu sensittivi għall-ħtigijiet tagħhom, jien irrid nismagħhom u ngħinhom fil-ħidma tagħhom. Lil dawk l-istudenti li mhumiex iħossu li s-suġġetti li qed jitgħallmu huma ta' importanza għalihom, jien irrid inkun hemm għalihom. Lil dawk il-ġenituri li qed jinkwetaw fuq il-vjaġġ edukattiv ta' wliedhom, jien irrid ngħinhom. *** Anki fl-ewwel jiem tiegħi f 'dan il- Ministeru, bdejt mill-ewwel bil-ħidma tiegħi biex nindirizza dawk li qed nara li huma l-prijoritajiet f 'dan is-settur. Huma erba' kmandamenti – ħa nsejħilhom hekk – kmandamenti li se jmexxuni f 'din il-ħidma. - Ħidma biex nara li iktar tfal u żgħażagħ imorru aħjar fl-iskola. Fejn hemm nuqqasijiet fis-sistema, dawn iridu jissewwew. Fejn hemm studenti tajbin, irridu nkomplu nħeġġuhom biex jirnexxu iktar u iktar. - Ħidma biex dawk it-tfal u żgħażagħ li soċjalment jaffaċjaw sfidi kbar, jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ biex jibqgħu fis- sistema edukattiva, jitħarrġu u jkunu mħejjin biex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol. Għalhekk aħna Partit Soċjal-Demokratiku wara kollox. Dawk li jaqbdu u jitilqu mill- iskola ta' sittax-il sena jridu jkomplu jonqsu. - Ħidma biex nara li l-poplu kollu jibqa' jitgħallem, jitħarreġ u jipparteċipa fit-tagħlim li jingħata, anke f 'età avvanzata. - Ħidma biex l-istadju ta' edukazzjoni terzjarja jew avvanzata – ikompli jagħmel isem għalih bħala pajjiż. *** Bdejt inżur l-ewwel skejjel bħala Ministru għall-Edukazzjoni. Għamilt żjara l-FEE Fest, avveniment fuq tlett ijiem organizzat minn Nature Trust fil-Hub għall-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli – fiera li hija organizzata bħala parti mill-programm EkoSkola u li saret fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, Blata l-Bajda. Għamilt ukoll żjara fl-iskola Primarja taż-Żurrieq – Kulleġġ San Benedittu flimkien mal-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca. Hawnhekk ħadt gost bilqiegħda mat- tfal fil-klassi, nieħu sehem magħhom u naqralhom f 'sessjoni tal-qari f 'attività msejħa qaritona. Din kienet okkażjoni marbuta mal-Jum Internazzjonali għall-Edukazzjoni. ll-qari huwa deċiżament aspett importanti biex wieħed isaħħaħ il-proċess edukattiv tiegħu u għalhekk l-impenn tagħna nkomplu nsaħħu s-settur edukattiv għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri. Bħala Gvern, aħna rridu niżguraw li nagħtu l-aħjar opportunitajiet possibbli għall-istudenti tagħna. Il-qaritona nazzjonali hija inizjattiva mill-aqwa li tkattar imħabba lejn il-qari fost l-istudenti, speċjalment minħabba li hija mod mill-aħjar biex isaħħu l-għarfien u l-vokabolarju tagħhom u jżidu aktar il-konċentrazzjoni, filwaqt li nsaħħu l-esperjenza edukattiva tagħhom permezz ta' forom differenti ta' letteratura. *** Laqgħa li kelli mal-Union tal-Għalliema (MUT), ħalliet ħafna frott. Ix-xorti riedet li saret ukoll fl-istess ġurnata li fiha mmarkajna l-Jum Dinji favur l-Edukazzjoni. Fil-Kumitat tal-MUT, immexxi mill- President ħabrieki Marco Bonnici, rajt ħafna mħabba lejn dan is-settur. M'għandi ebda dubju li kemm il-Gvern u kemm l-MUT jinsabu fl-istess direzzjoni fejn jidħol is-suċċess li rridu li ngħaddu minnu f 'dan is-settur. Naturalment se jkollna taħdidiet dwar il- kif, imma t-taħdidiet se jsiru dejjem fi spirtu ta' kordjalità, rispett u koperazzjoni. Ġenwinament nemmen li l-aqwa żmien għal pajjizna fis-settur edukattiv se nidħlu fih fix-xhur u snin li ġejjin. Irridu li pajjiżna jagħmel isem għalih f 'dan il-kamp u li isem pajjiżna jkun assoċjat ma' suċċess fil-kamp edukattiv. Owen Bonnici