Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport 'Nieqaf nilgħab meta saqajja ma jibqgħux ituni' CRISTIAN ANTONY MUSCAT David Farrugia - plejer ewlieni tat-table tennis f 'pajjiżna, li rebaħ diversi unuri f 'dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna. Huwa nnifsu tana iktar dettalji rigward il-karriera tiegħu sa issa f 'dan l-isport li tant u tant iħobb. "L-interess fil-logħba tat-Table Tennis beda minn età żgħira, propju mill-bidu tas-sekondarja. Dak iż-żmien kont nattendi l-iskola Sekondarja San Albert il- Kbir, ġewwa l-Belt Valletta. Waqt il-brejk konna ninġabru ċorma ħbieb u mmorru nħaffu lejn il- canteen sabiex nilħqu l-aħjar mejda tat-Table Tennis. Konna nagħmlu l-brejk kollu nilagħbu din il-logħba kif konna nafu aħna. Meta kont wasalt fir-raba' sena tas-sekondarja, ġejna infurmati mis-surmast li waqt lezzjoni tal-attività fiżika, minflok il- lezzjoni tas-soltu, kien ser ikollna dimostrazzjoni minn akkademja tat-Table Tennis minn ġewwa l-istess Belt. Aħna, li kien wieħed mill- isports favoriti tagħna, konna minn ta' quddiem sabiex nattendu, u nkunu nistgħu nitgħallmu xi punt jew tnejn minn din l-attività. Tabilħaqq, jingħad li konna impressjonati mhux it bid- dimostrazzjoni li wrewna. Rajna affarijiet li lanqas qatt ma konna noħolmu li nagħmlu. Ġejna offruti xi dokumenti ta' informazzjoni rigward din l-akkademja, u jien li kont interessat ferm f 'din l-opportunità li nitgħallem iktar fuq dan l-isport, infurmajt lill-ġenituri tiegħi li xtaqt nattendi. Huma aċċettaw bi ħġarhom u bdejt nipprattika t-Table Tennis ġewwa din l-akkademja wara l-iskola, darbtejn fil-ġimgħa. Il-kwalità tal-logħob beda jitjieb wara biss it sessjonijiet. Fl-ewwel turnew ġewwa l-istess Akkademja, fis-sezzjoni tiegħi, ġejt ikklassifikat fit-tielet post. Kien suċċess kbir għalija, kien l-ewwel turnew li dħalt fih u ġejt it-tielet wara biss tliet xhur nipprattika dan l-isport. Sfortunatament, dan kellu jkun perjodu qasir, filwaqt li jien xtaqt inkompli nipprattika dan l-isport, kelli niffoka wkoll fuq l-iskola. Peress li jien kont eleġibbli li nagħti l-eżamijiet tal-livell ordinarju mir-raba' sena tas- sekondarja, kelli ntemm din l-esperjenza fit-Table Tennis propju hemm, wara biss it xhur nipprattikah. L-interess f 'dan l-isport xorta baqa' hemm, u għalkemm minħabba ħafna ċirkostanzi ma stajtx inkompli nipprattikah, għamilt wegħda miegħi nnifsi li nerġa' nibda hekk kif inlesti l-istudji tiegħi fl-informatika. Hekk kif kont wasalt lejn l-aħħar it xhur tal-istudji tiegħi, bdejt ninforma ruħi fuq il-possibilità li nerġa' nibda nipprattika dan l-isport għalkemm ta' età mhux daqshekk żgħira. Għall-ewwel fittixt għall-istess akkademja li kont nattendi meta kont iżgħar ġewwa l-Belt Valletta. Iżda din l-akkademja ma kinetx għadha teżisti, u minflok, iż- żewġ coaches li kienu jgħallmuna kienu qegħdin jgħallmu ġewwa akkademji separati. Minħabba d-diffikultajiet ta' parkeġġ u aċċess fil-Belt Valletta u l-fatt li akkademja minnhom ġiet imwaqqfa proprju it minuti 'l bogħod mid-dar tiegħi, malli rċevejt ir-riżultat finali tad-degree tiegħi, infurmajt lill-head coach ta' din l-akkademja li xtaqt nibda nipprattikah mill-ġdid. Hu mill-ewwel ikkuntattjani bid-dati u l-ħinijiet ta' meta nista' nibda, u wara assenza ta' ħdax-il sena erġajt bdejt nipprattika dan l-isport ġewwa t-Top Spin Table Tennis Academy immexxija minn Edward Baldacchino. Din l-opportunità ġabet magħha sfidi ġodda u impenn differenti. Kont għadni niakar xi it punti milli kont tgħallimt fil- passat, u li kienu ta' bażi tajba biex wara it sessjonijiet komplejt fejn ħallejt meta kont iżgħar. Kien għad baqa' xogħol kbir sabiex nitgħallem ċerti tekniki li ma kontx tgħallimt qabel, minħabba l-perjodu qasir li kont għamilt nitgħallem. Ma kinitx daqshekk faċli fil- bidu, speċjalment minħabba d-differenza tal-età minn sħabi tal-istess kategorija tiegħi, fl-istess akkademja. Però bl-għajnuna tal-coaches f 'din l-akkademja, Edward Baldacchino u Daniel Bajada, il-livell beda tiela' u ma domtx biex bdejt nikseb riżultati importanti ġewwa l-istess akkademja. Kull tliet xhur isir turnew ġewwa l-akkademja, u turnew wara l-ieħor bdejt nikseb riżultati tajba. Wara biss sena li kont erġajt bdejt nitgħallem, ġejt infurmat mill-head coach Edward Baldacchino li kien intenzjonat li jinvolvini biex nirrappreżenta lit-Top Spin ma' tim fit-tielet diviżjoni tal-kampjonat tat-Table Tennis ta' Malta. Ingħatajt sfidi ġodda b'dan il- pass importanti fil-karriera tiegħi. Minn hemm bdejt ukoll nipparteċipa f 'xi turnew li jiġi organizzat mill-istess Assoċjazzjoni Maltija. Ta' min jgħid li kemm il- kampjonat kif ukoll it-turnej tal- MTTA ħassejthom diffiċli mhux ħażin. Ma kontx imdorri nilgħab ġo swali hekk kbar, u l-pressjoni u l-eċċitament kienu jkunu qed jilagħbu logħba importanti wkoll. Wara it xhur, bdejt inħossni iktar kunfidenti li nilgħab il- logħba tiegħi u li ma nħallix fatturi oħra jikkundizzjonawni. Kont qiegħed inħoss li dawn l-isfidi ġodda kienu qedgħin jgħinuni ntejjeb il-livell tiegħi. Fil-fatt ir-riżultati bdew ġejjin bil-mod il-mod, u f 'wieħed mit- turnej ta' Malta, ikklassifikajt it- tieni fil-plate event tal-adulti. Dan ir-riżultat għeni sabiex nemmen iktar fija nnifsi u nistinka iktar. Ir-riżultati ma waqfux hemm, u fl-istaġun li għadda, it-tim li kont qed nifforma parti minnu u li kont ukoll il-captain tiegħu, ikklassifika fl-ewwel post fit-tielet diviżjoni. Dan kien unur kbir għalija, li mhux biss irbaħt din id-diviżjoni, imma wkoll li mexxejt dan it-tim f 'isem it-TopSpin Table Tennis Academy għal din ir-rebħa importanti. L-isfidi ma waqfux hemm, u għalkemm ma kienx possibbli li nkompli mmexxi dan it-tim fit-tieni diviżjoni minħabba raġunijiet ta' iktar studju biex intejjeb il-karriera tiegħi fl- informatika, ġejt fdat b'tim ieħor fit-tielet diviżjoni, u li għalkemm għadna fil-bidu tal-istaġun, diġà jidher promettenti ħafna u qed nokkupaw wieħed mill-postijiet ta' quddiem. Il-kampijiet ta' taħriġ li qed jiġu organizzati mit-TopSpin kif ukoll il-kowċis barranin li jiġu matul is- sajf biex jgħinuna fit-taħriġ, qed jgħinuni ħafna biex intejjeb il- kwalitajiet tal-logħba tiegħi. Għaldaqstant, nirringrazzja lill- head coach Edward Baldacchino tal-għajnuna kollha, kif ukoll talli tani l-opportunità li ngħin ukoll fl-amministrazzjoni ta' din l-istess Akkademja. Fl-istess waqt nirringrazzja lill- kowċis kollha ta' din l-Akkademja, b'mod speċjali lil Matthew Micallef u lil Daniel Bajada għall-għajnuna siewja li dejjem tawni, u talli dejjem emmnu fil- kapaċitajiet tiegħi." IL-ĦADD 26 ta' Jannar 2020 • illum Dan ir-riżultat għeni sabiex nemmen iktar fija nnifsi u nistinka iktar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020