Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945
Il-Professur tal-Università u l-ak- kademiku George Vital Zammit saħaq mal-ILLUM li l-isem tal-Par- tit Nazzjonalista huwa l-inqas prob- lema li għandu l-Partit bħalissa, apparti li l-istess isem għandu ap- partenenza fl-istorja tiegħu u anke tal-pajjiż. "Ma narax li b'xi mod se jbiddel xi ħaġa mis-sitwazzjoni preżenti," insista l-Professur. "Żgur li dak ma għandux ikun il-punt tat-tluq." Anke jekk bħalma qalu Deputa- ti mal-ILLUM, l-isem jew il-kulur iswed fl-arma jistgħu jkunu inter- pretati ħażin barra minn xtutna, kollox għandu sfond storiku u jekk dawn jinbidlu, il-PN ma jkun qed jindirizza xejn. Kien hawn li saħaq li r-riforma li l-Partit Nazzjonalis- ta għandha ssir fuq iż-żewġ binarji importanti, jiġifieri dak ammin- istrattiv u finanzjarju u anke dak politiku. Insista li l-ewwel u qa- bel kollox, il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jaħdem biex isaħħaħ l-aspett amministrattiv u finanzjarju tiegħu waqt li insista li d-dejn huwa kważi kważi "mazra ma' għonq il-Partit Nazzjonalista." Madanakollu kom- pla jisħaq li din mhijex l-uniku problema li għandu l-Partit Nazz- jonalista. "Kieku kien partit midjun u rebbieħ fiha u ma fihjiex. Imma l-Partit Nazzjonalista huwa midjun u tellief," insista l-Professur u għal- hekk insista li jeħtieġ riforma serja fuq l-aspett politiku tal-pajjiż, mhux biss fuq policies iżda anke jrid isib it-triq ta' kif se jiffunzjona bħala partit magħqud. Insista li l-Partit Nazzjonalis- ta, forsi għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, dejjem kien partit li fih kien hemm idea kif ukoll ilħna dif- ferenti u forsi dan jirrifletti wkoll l-aspett demokratiku li huwa parti mill-identità tiegħu. "Il-PL huwa differenti f 'dan is- sens. Il-core vote tal-PL (jiġifieri dawk li dejjem jivvotaw lill-PL) huwa akbar minn dak tal-PN. L-elettorat tal-PL huwa aktar le- ali lejn il-mexxej, il-partit u anke l-midja tiegħu," kompla jispjega Vi- tal Zammit. Anke jekk il-PN dejjem kien dif- ferenti mill-PL minn dan l-aspett, il-Professur insista li l-partit jeħtieġ jaġixxi bħala partit magħqud. "Hemm ħitan li għadhom ma twaqqgħux. Nies li mhux qed jiġb- du ħabel wieħed," insista l-Professur. Insista wkoll li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jilqa' fih ukoll demm ġdid. Kien hawn li ssemmiet ir-riżenja ta' Mark Anthony Sammut minn Pres- ident tal-Eżekuttiv tal-PN, riżenja li l-Professur iddeskrivieha bħala "tel- fa" għall-Partit. Ikkritika wkoll il-fatt li apparti l-Moviment Żgħażagħ Partit Naz- zjonalista twaqqfet fergħa oħra taż-żgħażagħ "Team Start." Għaliex tkompli tifframmenta lill-Partit?" staqsa l-Professur.Temm jisħaq li l-Partit Nazzjonalista jrid iħares ħarsa ġewwiena biex jiem kif se jibda jikseb il-kunsens fuq livell nazzjonali. 11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 jiġbed lejh uċuħ u ideat ġodda L-isem huwa l-inqas problema li għandu l-PN bħalissa L-eks editur tal-gazzetta ILLUM u l-editur online tal-MaltaToday, Kurt Sansone saħaq li ma jarax problema li partit politiku jibdel ismu. Spjega kif bidla fl-isem tista' tkun att simboliku f 'qafas iktar wie- sa' ta' aġġornament politiku u strut- turali. Madanakollu, kompla San- sone: "l-isem għandu jkun ispirat mill-valuri u d-direzzjoni politika li jrid jimxi fiha l-PN. Huwa l-aġġor- nament tal-ħsibijiet politiċi li għan- du jindika x'isem irid jaddotta l-PN u mhux bil-kontra." Kien għalhekk li saħaq li l-isem Partit Nazzjonali tal-Poplu jista' jkun kompromess tajjeb. Mistoqsi x'għandha tkun l-ak- bar bidla li għandu bżonn bħalissa l-Partit Nazzjonalista, Kurt Sansone beda biex jisħaq li l-PN għandu kriżi ta' identità li ilha ġejja miż- żmien meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea. "Jeħtieġ li l-membri tal-PN iwieġbu l-mistoqsija xi tfisser tkun Nazzjonalist illum. Għaliex persu- na għandha tissieħeb u tappoġġja l-politika tal-PN?" insista l-ġurnal- ist. Insista li fl-aħħar snin, il-PN ħa direzzjonijiet li jikkontradixxu dak li xi darba kien jemmen fih. Qal li l-PN kien il-Partit li jemmen fid- dritt li persuna tagħmel l-għażliet tagħha b'mod ħieles, iżda mbagħad il-pożizzjonijiet tiegħu, f 'dawn l-aħħar snin, fuq drittijiet ċivi- li bħad-divorzju u l-unjoni ċivili, tbiegħdu minn dan it-twemmin. Iżda ma waqafx hawn. Insista li l-PN kien jemmen fl-intrapriża privata u l-privatizzazzjoni iżda ħadha qatta' bla ħabel kontra dawn il-proċessi fil-qasam tal-enerġija u s-saħħa, fejn ma kkritikax biss il-korruzzjoni iżda l-prinċipju nnif- su. "Il-PN kien partit li jemmen fil- uħ bil-liberalizzazzjoni, is-sħubija ta' Malta fl-UE, imma li donnu llum qed jistkerrah lill-barranin li qed jaħdmu fostna," saħaq Sansone. Bħal kważi kull persuna li tkell- met magħna, Sansone insista li l-PN jeħtieġ isolvi dawn il-kontra- dizzjonijiet u għalhekk il-ħtieġa li jinfetaħ għal ġenerazzjonijiet żgħar u jisma' x'għandhom xi jgħidu. L-ILLUM staqsietu jekk kwakunkwe riforma hux se tintefa' fid-dell sakemm Adrian Delia jibqa' Kap Nazzjonalista. Sansone ma tantx dar mal-lewża. "Il-figura ta' Adrian Delia tibqa' kif jgħidu bl-In- gliż, the elephant in the room. Sfor- tutatament, Delia ma ħallix it-tim- bru tiegħu fuq il-partit," insista Sansone. Kien għalhekk li insista li "riforma mingħajr kaptan konvint ma tirnexxix." Iżda, saħaq ukoll li dan ma jfissirx li jekk jinbidel Delia, ir-rota se tibda ddur. "Il-problema ta' partit politiku kbir f 'kuntest duopolistiku Malti hi li jeħtieġ jiġbed lejh firxa wiesgħa ta' nies u biex jagħmel dan irid ikollu mhux biss mexxej tajjeb iżda anke jrid jassigura li dak li qed jipprova jbiegħ ma jkunx imnawwar iżda jappella għan-nies. "Il-PN għandu bżonn riformi fl-istrutturi tiegħu u fil-politika tiegħu, l-ewwel u qabel kollox. Fl-istess ħin għandu bżonn kap li kapaċi jġib flimkien in-nies biex jaħdmu għall-istess għan u ideal," insista Sansone. "Delia jista' ma jkunx il-persuna ideali biex imexxi din il-bidla. Il-problema hi li nħe- la wisq żmien u bl-elezzjoni biss sentejn 'il bogħod mhux mument tajjeb biex tibdel il-kaptan." L-isem għandu jkun ispirat mill-valuri u d-direzzjoni politika Il-kunsillier tal-Partit Nazzjon- alista Justin Schembri ma jaqbilx li jinbidel l-isem tal-Partit Nazzjonal- ista u mal-ILLUM insista li l-bidliet fil-Partit Nazzjonalista ma jistgħux ikunu bidliet kożmetiċi bħal bdil fl-isem jew fl-emblema, imma jridu jkunu bidliet li verament jagħtu dehra ġdida lill-Partit "fil-mod kif jippreżenta ruħu u fil-mod kif jersaq aktar lejn l-aspirazzjoniji- et tal-poplu." Għalhekk, ikompli Schembri, din il-bidla għandha ġġib magħha "bidla fil-mentalità." Dwar x'jaħseb li għandha tkun l-akbar bidla fil-Partit Nazzjonalis- ta, Schembri saħaq li l-PN irid jas- pira lill-poplu u dan billi l-ewwel u qabel kollox ikun aktar pożittiv fil- mod kif jersaq lejn in-nies. "Nemmen li wasal iż-żmien li jkollna Partit aktar żagħugħ. Għal- hekk wasal iż-żmien li fih il-PN verament jibda jaħdem fuq grupp ta' kandidati żgħażagħ u oħra- jn ġodda biex ikunu huma l-wiċċ tiegħu fl-elezzjoni li jmiss," insista Schembri. "Il-poplu jidher li ilu jistenna PN differenti fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali." Appella biex il-kandidati validi li għandu l-PN jibdew jingħataw aktar opportu- nitajiet biex jaħdmu ma' Deputati veterani. "Taħt Delia tista' ssir ri- forma serja?" staqsiet l-ILLUM lil Schembri fid-dawl tal-allegazzjoni- jiet li saru u li għadhom imdendla fuq rasu. "Adrian Delia dejjem wieġeb kull mistoqsija," weġibna. Insista li din mhijiex il-kwistjoni ewlenija. Saħaq li r-riforma bdiet fi żmien Simon Busuttil u mhux se tieqaf ma' Adri- an Delia. "Il-PN irid jibqa' jevolvi u jirrifor- ma sakemm ikun lest li jiggverna u allura sakemm ikollu l-maġġoranza warajh," insista l-kunsillier. Il-bidliet fil-Partit Nazzjonalista ma jistgħux ikunu kożmetiċi