Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945
23 films illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 The Personal History, Adventures, Experiences And Observations Of David Copperfield kien l-isem komplut tat-tmien volum ta' Charles Dickens. Bħal Oliver Twist, żgur b'inqas intensità, The Personal History Of David Copperfield bi preċiżjoni jaqbad il-ħajja Vittorjana kif kien midħla tagħha u josservaha l-awtur stess. Dan il-film jiffoka fuq David Copperfield, bniedem sinċier u ta' qalb tajba sa minn meta twieled, tfarfar u kiber. F'ħajtu David jiltaqa' ma' nies bħalu ta' qalb ħanina, ma' dawk kiefra, mal-fqar u anki fl-aħħar mal-ġid. Bit-tir tiegħu li jsir kittieb jiġi wiċċ imb wiċċ ma' karattri Ingliżi diversi ta' żmien ir-Reġina Vittorja, waqt li matul ħajtu jfittex ħbiberija, li jkun stmat daqs ħaddieħor, imħabba u familja. Matul dan ix-xogħol hu stess jirrakkonta mumenti speċifiċi ta' ċerti perjodi fil-ħajja tiegħu. Id-direttur Taljan Armando Iannucci, bi bravura qabad it-ton propizju tal- perjodu tant li tħoss nostalġija ħerqana għal dak iż-żmien. Il-karattri ħelwin, anki xi ftit eċċentriċi, kif forsi kien jarahom Dickens verament ikomplu jagħtu lil din il-produzzjoni awtentiċità u sbuħija. David Copperfield inħadem bosta drabi kemm għaċ-ċinema u kemm għat- TV fosthom il-film grandjuż tal-1935. Din il-verżjoni ġdida hi mimlija talent multi-razzjali. Minkejja s-sbuħija u l-kuluri verament attraenti, ma jonqsux ix-xeni ta' xogħol iebes u tbatija, fosthom l-aktar l-isfruttar tat-tfal jaħdmu bla heda qishom ilsiera, kundizzjoni komuni li dejjem niktet lill- awtur. taċ-ċinema minn din il-ġimgħa A BEAUTIFUL DAY IN THE NEIGHBOURHOOD Atturi Ewlenin: Dev Patel; Aneurin Barnard; Peter Capaldi; Daisy May Cooper; Rosalind Eleazar; Hugh Laurie; Tilda Swinton. Direttur: Armando Iannucci. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 119 min. Ċert.P.G. Ġieli joħorġu ċertu films li wara li wieħed jarahom joħroġ miċ-ċinema tassew sodisfatt u b'burdata ħafna aktar allegra milli daħal. Xi xogħlijiet ta' dan il-ġeneru magħruf bħala feel good movies, insibu films bħal Groundhog Day, Paterson, La La Land u ħafna u ħafna oħrajn. A Beautiful Day In e Neighbourhood joqgħod tassew f 'din il-kategorija. Mhux hekk biss, imma din il- produzzjoni hija ispirata minn artiku li deher fl-1998 Can You Say...Hero? ta' Tom Junod ippubblikat fil-magazin Esquire. Mill-1968 sas-sena 2001, Fred Rogers (Hanks) fi programm televisiv għat-tfal tal-PBS jismu Mr. Rogers' Neighborhood, kien kontinwament inissel kliem ta' mħabba, ħniena u għerf biex dawk it-tfal li jkunu qed isibuha diffiċli fil-ħajja tagħhom forsi minħabba influwenzi ħżiena, familji ddivorzjati jew taħt vizzji oħra, jisimgħu lil min jista' jidderiġihom fid-direzzjoni t-tajba. Mr, Rogers kien bil-paċenzja u s-sabar kollu jisma' l-ilmenti tagħhom, jiimhom u jagħdirhom. Dan il-programm serva ta' bażi soda u ta' serħan il- moħħ lill-miljuni ta' Amerikani. Fl-1998, Lloyd Vogel (Rhys), ġurnalist ċiniku ta' Esquire waqt riċeviment tat-tieġ t'oħtu jiġġieled bil-ponnijiet ma' missieru, Jerry (Cooper) billi kien abbanduna lil ommu ma' nisa oħrajn. L-għada, l-edittriċi tar-rivista qabbditu jmur Pennsylvania jintervista lil Fred Rogers, eroj kbir għal ħafna nies. Rogers, bniedem ġenjali, sinċier, ħanin u karitattiv qagħad jisma' t-tilwima li Lloyd kellu ma' missieru billi hu stess m'aċċetta l-ebda apoloġija mingħandu. In- natura u d-diċenza ta' Rogers tassew tissorprendih u anki tgħinu biex jirranġa ma' missieru meta dan ikun fi stat batut. Żgur li ħadd ma kien addattat għall-parti ta' Fred Rogers daqs Tom Hanks, attur simpatiku, umli, li tista' tafda fuqu, tant maħbub mill-Amerikani. Il-parti eċċellenti tiegħu hija mera ta' qaddis jimxi fl-art. L-irwol ta' Matthew Rhys bħala l-ġurnalist Lloyd Vogel, tieħu iżjed ħin minn dik ta' Hanks. A Beautiful Day In e Neighbourhood hu xogħol li jgħolli l-ispirtu ta' min jarah, b'andament tassew ħelu u divertenti li kważi jimplika atmosfera reliġjuża! THE PERSONAL HISTORY OF DAVID COPPERFIELD Atturi Ewlenin: Tom Hanks; Matthew Rhys; Susan Kelechi Watson; Chris Cooper; Wendy Makkena; Maryann Plunkett; Christine Lahti. Direttrici: Marielle Heller. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 109 min. Ċert. P.G.