Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 ta' FRAR 2020 Il-PN għandu jbiddel ismu? L-ILLUM tistaqsi fil- Partit u lil hinn minnu YENDRICK CIOFFI Bħal-lum ġimgħa, il-gazzetta ILLUM żvelat li l-eks Ministru Nazzjonalista, responsabbli mir- riforma fil-Partit Nazzjonalista, qiegħed jipproponi bidla fl- isem tal-Partit Nazzjonalista biex jibda jissejjaħ: "Partit Nazzjonali tal-Poplu." Kif kien mistenni, din l-aħbar qajmet diskussjoni sħiħa fost l-attivisti u l-partitarji tal-Partit Nazzjonalista, b'diversi jkunu dawk li marru fuq il-midja soċjali biex jisħqu li ma jaqblux u oħrajn biex jinsistu li biex il-PN isir verament "il-Partit Nazzjonali tal-Poplu" jeħtieġ li jattira lejh uċuħ ġodda u aktar żgħażagħ. Wara ġimgħa ta' diskussjoni, il- gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' kandidati u esponenti tal-Partit Nazzjonalista u anke opinjonisti biex tistaqsihom dwar x'jaħsbu dwar din il-proposta, x'għandha tkun l-akbar bidla fil-Partit Nazzjonalista u jekk kwalunkwe riforma tistax tħalli l-effett meħtieġ b'Adrian Delia Kap tal-Partit Nazzjonalista. L-eks President tal-Partit Nazzjonalista u eks kandidat għall- Kap Nazzjonalista, Frank Portelli, saħaq mal-gazzetta ILLUM li l-proposta biex jinbidel l-isem tal- Partit hija biss waħda kożmetika u li fi kliemu "ma tbiddel xejn." "Ħadd mhu se jivvota lill-Partit Nazzjonalista għax biddel ismu," saħaq Portelli waqt li insista li biex dan iseħħ l-affarijiet iridu jinbidlu b'mod serju. Insista li r-riforma fil-Partit Nazzjonalista trid twassal biex dan jerġa' jibda joffri tama fi żmien meta fi kliemu, il-poplu, inkluż il- Laburisti "huma mxebbgħa." Huwa għamel referenza għall- fatt li l-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed ikun investigat dwar "omiċidju" u anke dwar l-aħbar li faqqgħet din il-ġimgħa, jiġifieri li Konrad Mizzi, ħmistax wara li rriżenja minn Ministru għat-Turiżmu, ingħata kuntratt ta' konsulenza mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu b'paga ta' €6,700 fix-xahar. "Il-PN irid joffri lill-poplu ideat ġodda, onestà u integrità" insista Portelli. "In-nies iridu jaraw futur sabiħ quddiemhom." Iżda l-mistoqsija tiġi waħedha. Jista' l-Partit Nazzjonalista joffri dan li qed jgħidu Portelli, sakemm Adrian Delia jibqa' Kap tal-Partit Nazzjonalista u fuq rasu jibqgħu mdendla l-allegazzjonijiet li ppubblikar dwaru Daphne Caruana Galizia? Lil Frank Portelli dan ma tantx jinkwetah. Fi kliemu, dan kollu huwa riżultat ta' "hate blogging." "Il-każ huwa magħluq. Il- Metropolitan Police ma sabu xejn kontra Adrian Delia. Ma sabu xejn biex setgħu jieħdu passi," insista Frank Portelli waqt li tenna dak li jisħaq dwaru kull darba li tkellem ma' din il-gazzetta, jiġifieri li Adrian Delia kien elett bil-voti tal-kunsilliera u wara, għall-ewwel darba, tat-tesserati tal-Partit Nazzjonalista. 'Ħadd mhu se jivvota lill-PN għax ibiddel ismu' L-eks President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech ukoll ma taqbilx li l-Partit Nazzjonalista jbiddel ismu. "Il-Partit Nazzjonalista għandu storja u ismu hekk għandu jibqa'," saħqet Fenech. Mistoqsija dwar x'taħseb li għandha tkun l-akbar riforma fil-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech insistiet li hi ma għadhiex involuta fl-ebda struttura tal- Partit Nazzjonalista u għalhekk ma tafx x'diskussjonijiet qed isiru inetrnament dwar din ir-riforma fil-Partit Nazzjonalista. Kien għalhekk li Fenech saħqet li ġaladarba ma tafx x'diskussjonijiet qed isiru, ikun prematur jekk tikkummenta dwar dan. Tkompli f 'paġni 10 u 11 Il-Partit Nazzjonalista għandu storja u ismu hekk għandu jibqa' Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' eks Ministri, eks uffiċjali, kandidati u esponenti tal-PN u anke opinjonisti dwar l-isem il-ġdid li qed ikun propost għall-Partit Nazzjonalista u x'jaħsbu li għandha tkun l-akbar riforma f'dan il-Partit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020