Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 films illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 Carmel Bonnici Tassew kont affaxxinajt ruħi bil-kbir meta rajt għall-ewwel darba l-film ta' stennija ta' biża' u twerwir, e Innocents (1961) b'atmosfera tassew gotika, ibbażat fuq in- novella klassika ta' Henry James e Turn Of e Screw miktuba fl-1898. Xogħol atmosferiku tal-epoka Vittorjana dan kien maħdum apposta bla kulur, iżda bis-Cinema Scope biex inissel f 'dak li jkun dehxa kiesħa, sens ta' konfużjoni u stagħġib. Minkejja l-ħafna produzzjonijiet li ħarġu fil-passat anki b'lingwi differenti, The Innocents jibqa' l-kapulavur uniku u assolut li verament qabad l-essenza palpabbli li ried jesprimi l-awtur. Din il-ġrajja b'iħirsa mill-passat li jabitaw f 'żewġt itfal innoċenti li kienu jammirawhom issa ġiet trasferita għall- Istat ta' Maine fl-Amerika u fil-passat riċenti f 'The Turning. F'dar kbira statali, fil-kampanja ta' Maine tasal Kate Mandell (Davis) governattriċi ġdida żagħżugħa biex tieħu ħsieb żewġt itfal orfni disturbati, Flora (Prince) u ħuha ikbar minnha Miles Fairchild (Wolfhard). Malajr tinduna li din id-dar hi msaħħra u li kemm it-tfal u kemm Mrs. Grove (Marten), is-seftura, qed jaħbu sigrieti oskuri u malinni. Min bħali japprezza l-kontenut tax-xogħol tal-1961, se jobsor li sar dnub kardinali li din in-novella klassika u kulta ġiet irriċiklata fil-modern, qisha xi produzzjoni minn dawk tal-biża' li ħarġu bil-gzuz dan l-aħħar, bil-ftuħ meħud minn The Shining (1980), bil-karozza ta' Kate mill-għoli għaddejja fi triq twila qalb is-siġar u b'mużika simili u b'dar kbira u lussuża pupilla bħal dawk kulturali li jżuruhom il-pubbliku. Inħoss li l-atmosfera vitali Vittorjana, tant neċessarja tal- ktieb intilfet. Għaż-żgħażagħ imfarfrin li m'għandhomx ħjiel tal-film ta' aktar minn 50 sena ilu, dan għandu jgħaddi bħall- oħrajn ta' dan l-aħħar. Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema minn din il-ġimgħa DOOLITTLE Atturi Ewlenin: Mackenzie Davis; Finn Wolfhard; Brooklyn Prince; Barbara Marten; Joely Richardson. Direttrici: Floria Sigismondi. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 94 min. Ċert.15 Il-ħrejjef ta' Hugh Loing dwar Doctor Doolittle ilhom aktar minn 100 sena jpaxxu lill-qarrejja ta' kull età. Il-kapaċità ta' dan it-tabib/ veterinarju eċċentriku li jiem l-annimali u anki jitkellmu miegħu qabbdet l-immaġinazzjoni ta' kulħadd fil-letteratura, radju, fuq il- palk, televiżjoni u anki fil-films. Infatti, fuq il-liżar ċinematografiku, Rex Harrison interpreta din il-parti f 'Doctor Doolittle (1967), fl-1998 reġa' nħadem bl-attur Eddie Murphy u f 'Dr. Doolittle 2 ta' 3 snin wara Eddie reġa' inkariga ruħu għal dan l-irwol. Issa kien imiss lil Robert Downey Jr. li b'viżjoni aktar diversa jidħol għal din il-parti b'mod iżjed stramb u sarkastiku u fl-istess ħin inġenjuż. Wara t-telfa ta' martu Lily seba' snin qabel, Dr. John Doolittle, tabib renomat u anki veterinarju, jissakkar ġewwa bħal eremit fid-dar statali tiegħu waħdu mal-annimali ħbieb tiegħu. In-neċessità li joħroġ minn hemm tasal meta ż-żagħżugħa Regina Victoria (Buckley) timrad serjament u John, kontra qalbu, ikollu jsalpa b'vapur lejn gżira misterjuża biex hemm ifittex il-kura meħtieġa għaliha. Fil-vjaġġ epiku tiegħu flimkien mal-annimali ħbieb u t-tfajjel Tommy Stubbins (Harry Collett) jiġi wiċċ imb wiċċ ma' avversarji tal-passat, fosthom Dr. Blair Mudfly (Sheen) rival aħrax tiegħu minn żmien l-iskola, waqt li jiskopri annimali oħra u anki mostri. Doolittle jipprovdi avventuri tal- istess tip tas-serje e Chronicles Of Narnia. Minkejja li l-presenza tal- annimali hija sodisfaċenti l-film hu nieqes teknikament minn edittjar komformi waqt li hu ffullat b'ħafna intriċċi. Diversi atturi ta' fama bħal Emma ompson, Mali Ramek, John Cena, Selena Gomez, Ralph Fiennes, Kumail Nanjiani, eċċ. sellfu leħinhom lill-annimali diversi li fil-maġġorparti jieħdu post il-protagonist. THE TURNING Atturi Ewlenin: Robert Downey Jr.; Antonio Banderas; Michael Sheen; Jim Broadbent; Jessie Buckley. Vuċijiet Ewlenin: Emma Thompson; Rami Malek; John Cena; Selena Gomez; Ralph Fiennes; Octavia Spencer. Direttur: Stephen Gaghan. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul:101 min. Ċert. U

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020