Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum Jinkwetani l-marċ li jsir disco YENDRICK CIOFFI Jekk hawn surmast li huwa magħruf mad- dilettanti tal-festi f 'Malta, bla dubju ta' xejn li huwa Ray Sciberras. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet miegħu biex issir tafu aħjar. Jekk ġeneralment il-mużiċisti jew l-artisti jkollhom storja fil-familja għal Ray Sciberras dan mhux il-każ għax kien l-ewwel persuna fil-familja li qabad strument b'idejh. Spjega kif missieru, li qatt ma kellu idea tal-mużika u lanqas ma kien midħla tal- każin, kien ħadu jitgħallem il-banda fil- Każin San Ġorġ ta' Bormla, fejn trabba. Dak iż-żmien kellu għaxar snin. "Tant kemm lanqas kont naf fejn sejjer li lanqas kelli xi strument favorit," qalilna s-surmast. Interessanti li l-ewwel strument li daqq Sciberras illum kważi ġie estint mill-baned Maltin u jissejjaħ saxhorn. "Dak iż-żmien l-istrumenti li kienu jagħtu l-każini ma kinux bħal dawk li jagħtu llum. Kien kollu msewwi. Imbagħad kienu tawni kurunetta u bdejt nitgħallem fuqha." Mill-Banda San Ġorġ, Sciberras sab ruħu fil-banda tal-Forzi Armati u hemm beda jdoqq il-baxx. Qatt ma ħares lura. Fl-1990 sar surmast tal-Banda Maria Mater Graziae ta' Ħaż- Żabbar u minn hemm ġew oħrajn. Staqsejtu jekk hux il-mużiċisti kollha jistgħu jsiru surmast ta' banda jew ta' orkestra, b'Sciberras mill-ewwel jisħaq li għalih il-kelma surmast hija xi it jew wisq goffa għax tfisser li persuna taf kollox. "Il-baned kulma jkollhom bżonn huwa direttur, min imexxi l-banda. Id-direttur ma hemmx għaliex ikun kompożitur, strumentalista, mużikoloġista jew kantant. Irid ikun kapaċi jmexxi banda," spjega. "Naturalment jekk tkun direttur u jkollok studju tajjeb fl-armonija, fl-orkestrazzjoni jew tkun kompożitur huma affarijiet li se jgħinuk," kompla jisħaq waqt li spjega li llum il-ġurnata l-baned ifittxu dawn il- kwalitajiet. Hawnhekk semma l-mibki tenur Pawlu Axiak. Meta Sciberras kien imur l-iskola St Joseph ta' Raħal Ġdid, Axiak rah interessat fit-teorija tal-mużika u beda jimbottah 'il quddiem u ħajru jagħmel l-eżamijiet ta' barra, baqa' jistudja ma' għalliema oħra sakemm ġab il-kwalifiċi li għandu llum fl- armonija u l-kompożizzjoni. Imma surmast jagħmel effett? Iżda surmast jagħmel differenza? Banda jew orkestra tgħaddi mingħajru? Beda jispjega li r-rwol tad-direttur mhux minn dejjem kien daqshekk importanti. Fi żmien Mozart, id-direttur ma kienx persuna ċentrali fil-mużika sinfonika. Ħafna drabi, bħal Mozart, kien idoqq xi harpsichord u xi kultant jagħmel sinjal b'idejh lill-bqija tal- orkestra. Fil-bidu tas-seklu 20, fi żmien Toscanini, l-irwol tad-direttur sar importanti ħafna. Diretturi kbar, bħal von Karajan taw dimensjoni ġdida lil dawn l-irwol u llum id-direttur sar indispensabbli. Fi kliemu, dawn bdew jagħtu interpretazzjoni ġdida lil ċertu xogħlijiet li qabel kienu jinstemgħu mod u taħt idejhom bdew jinstemgħu mod ieħor. "Inti quddiemek ikollok 60 ruħ, bl- istrument f 'idejhom u f 'moħħhom kollha għandhom ċertu mod ta' kif jaħsbu li dik il-mużika għandha tindaqq. Jekk tħallihom waħedhom se jkollok konfużjoni. Hawn jidħol id-direttur. Jgħaqqadhom kollha f 'daqqa u jġibhom jaħsbu l-istess," spjega. "Għalhekk isiru l-provi. Anke jekk qed idoqqu l-istess biċċa mużika, id-direttur jagħti l-interpretazzjoni tiegħu biex ma tkunx bħal ta' ħaddieħor." Sciberras kompla jinsisti li hawn mużika, bħal ngħidu Mozart jew Beethoven li jsiru kuljum fid-dinja. "Jekk qed tagħmilha bħal ta' qablek ma għandekx interess li ġġib in- nies jisimgħuk. Aqbad żewġ CDs tal-istess sinfonija. Il-ħin qatt ma jkun l-istess," kompla jisħaq. 'Bdejt mill-banda u tibqa' parti minn ħajti' Ray Sciberras ma jidderiġix biss baned, iżda huwa wkoll is-Surmast tal-Cappella Diacono u għalhekk jidderieġi wkoll l-oskestra. X'jippreferi? "Jiena bdejt mill- banda. Il-banda hija parti minn ħajti. Il- banda sabiħa. L-isfortuna hija li jkun hemm min jieħu impressjoni ħażina tal-banda għax jismagħha f 'xi marċ ta' filgħodu, kulħadd idoqq kif irid, min fis-sakra. Iżda meta banda qed iddoqq bilqiegħda, hija armata tajba u bin-nies addattati, il- banda hija sabiħa daqs l-okestra. Ma tistax tħallathom għax differenti," qalilna. Fil-fatt Sciberras ħadem f 'diversi baned. Beda assistent surmast tal-banda ta' Bormla, ta' Santa Katarina taż-Żurrieq, San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq u San Gejtanu tal- Ħamrun. Kif spjegalna fl-1990 sar Surmast tal-Banda Mater Gratiae ta' Ħaż-Żabbar u it wara ta' San Gejtanu tal-Ħamrun u ta' Bormla. Wara xi għaxar snin sar ukoll surmast tal-banda Beland taż-Żejtun u tal- Mosta Santa Marija. "Mit-Tnejn sal-Ġimgħa ridt immur kuljum f 'xi każin tal-banda... Jiena dejjem kont nisħaq li banda ma għandhiex tinżamm biss għall-festa. Il-banda nippruvaw nużawha matul is-sena kollha u nsibu kull skuża biex indoqqu. Kont attiv ħafna." Mill-1992 beda jgħallem ukoll il-mużika f 'De La Salle u għalhekk il-mużika saret l-impjieg prinċipali tiegħu. Kien hawn li staqsejtu jekk tistax tgħix biss bil-mużika f 'Malta, bis-surmast jisħaq li trid tkun iffortunat. "Lill-istudenti hekk ngħidilhom; jekk jirnexxilkom issibu xogħol fil-mużika aħtfuh għax sabiħ. Iżda mhux faċli. Aħna żgħar," qalilna. Illum il-ġurnata Sciberras naqqas ħafna mill-baned, anke għax ġietu l-proposta li jieħu f 'idu l-Cappella Diacono li issa ilu jmexxi mill-2016. "Il-mużika sagra minn dejjem kont inħobbha iżda qatt ma kont midħla tagħha minħabba l-baned," kompla jisħaq. Għal Sciberras dan kien unur għax kien ifisser li jmexxi l-mużika fil-ġranet tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla, belt twelidu. "Minn meta kont żgħir kont immur il-quddiesa tal-festa, imbagħad meta qed tidderiġiha inti xi ħaġa sabiħa wisq," qalilna. Kien hawn li ddeċieda li jitkellem mal-baned biex fis-skiet, mingħajr ħafna pompa, jgħaddi l-bakketta lil ħaddieħor. Mhux kulħadd aċċetta, bħall-banda Beland u l-banda Santa Marija tal-Mosta. 'Bħalma fil-festa tarma lampir tal-fidda biex tiddandan bih, hekk ukoll il-mużika' Qlibna d-diskors u bħala surmast tal- Cappella Diaconi staqsejtu x'jaħseb dwar il-mużika fil-knejjes fil-ġranet tal-festa. Għadha relevanti? Dan il-ħafna tul u Latin għadu jagħmel sens? Sciberras beda jwieġeb billi saħaq li dan l-aħħar reġa' kien hawn qawmien ta' din il- mużika sagra, wara snin li xi it jew wisq bdiet tingħata l-ġenb. "Mhux għax il-mużika ma kinitx tajba jew rilevanti. Bdiet issib oppożizzjoni interna. Eżempju jkollok kappillan li jkollu mentalità li tkun favur tip ta' mużika oħra. L-ILLUM tiltaqa' ma' Ray Sciberras, surmast u kompożitur magħruf mad-dilettanti tal-festi f'Malta. X'jaħseb dwar il-baned illum? Il-mużika sagra fil-festi għadha relevanti? X'jippreferi jikteb: innu jew marċ funebru? Kif jikkomponi?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020