Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Bi pjaċir kbir ngħid li ktibt l-istorja bħala l-ewwel champion ta' dawn il-Kampjonati Ewropej' illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Fil-jiem li għaddew ġew organizzati l-Kampjonati Ewropej tas-Seniors tat-Ten- Pin Bowling ġewwa Vjenna fl- Awstrija. Proprju, il-bowler ewlieni Malti, Mark Spiteri, irnexxielu jsir l-ewwel champion ta' dawn il- kampjonati u hu nnifsu tana iktar dettalji rigward din l-esperjenza unika fil-karriera glorjuża tiegħu f 'dan l-isport li tant iħobb: "Din kienet l-ewwel darba li dawn il-kampjonati waqgħu taħt il-kappa tal-Federazzjoni Ewropeja tat-Ten-Pin Bowling (ETBF). Qabel kienu jiġu organizzati kampjonati simili però, ma kinux jiġu sanzjonati mill-ETBF u fil- fatt kien jista' jipparteċipa kulħadd fihom. Bi pjaċir kbir ngħid li fil-kampjonati ta' qabel li kienu jissejħu ESBC kelli tliet midalji tal- fidda, mid-darbtejn li pparteċipajt fl-2015 ġewwa Bologna fl-Italja u fl-2016 ġewwa Copenhagen fid- Danimarka. Din is-sena setgħu jieħdu sehem massimu ta' erba' atleti minn kull pajjiż. F'Malta, is-selezzjoni saret billi ntgħażlu l-ewwel erba' atleti li kkawalifikaw fil-kampjonati nazzjonali tas-Seniors, u li huma miuħa għall-atleti ta' 'l fuq minn 50 sena. Il-kontinġent Malti kien kompost minn Sue Abela li kienet l-unika atleta femminili Maltija, Dennis Mercieca, Kenneth Arpa, Giancarlo Tolu u jien Mark Spiteri. Kont ilni xi xahrejn li bdejt inbati b'uġigħ kbir fi spallti, u meta rajt li ż-żmien kien qed jagħfas u kien għad baqa' biss ġimagħtejn biex nitla' nirrappreżenta lil pajjiżi, qabadni paniku, għax bilkemm stajt ngħolli idi. Ibbukkjajt sessjonijiet ta' fiżjo-terapija Ċiniża u acupuncture biex forsi nirkupra, u kont inkwetat ferm li ma stajtx nagħti l-massimu tiegħi. Il-kompetizzjoni kienet maqsuma f 'erbgħa: Tim tad- doppju, tim ta' b'erbgħa, u s-singles. Meta jingħad il-logħob kollu, l-ewwel 24 parteċipant jgħaddu għall-fażi tal-Masters fejn hemm jiġi ddeterminat min eventwalment ikun iċ-champion. L-ewwel kategorija kienet id- Doubles u miegħi lagħab Dennis Mercieca. Ikklassifikajna fl- 14-il post, pin wieħed biss taħt l-Ingliżi u l-Ispanjoli u dan minn 47 tim. It-tim l-ieħor kompost minn Kenneth Arpa u Giancarlo Tolu kklassifika fil-35 pożizzjoni. Barra minn hekk, jien u Dennis ksirna r-rekord nazzjonali tat-tim doppju tas-seniors b'punteġġ ta' 494, fejn għelibna r-rekord tagħna stess li kien ta' 484 fil-kampjonati tad-dinja ġewwa Las Vegas fl- 2019. Lgħabt medja tajba (212). Fit-tim ta' b'erbgħa, erġajt lgħabt konsistenti (medja ta' 211), u kklassifikajna fit-12-il post minn 22 tim, filwaqt li fis-singles erġajt lgħabt medja ta' 207 fejn ġejt fit-22 post minn 96 atleta. Meta ngħaddew il-punti kollha li lgħabt fit-tliet kategoriji, tellajt total ta' 3793 pins li hija medja tajba ta' 210 u rnexxieli nasal fit-13-il post u b'hekk ilħaqt it- tragward li kelli f 'rasi, li ngħaddi mal-aqwa 24 biex inkun nista' nilgħab il-masters. Il-Masters jintlagħbu fuq sistema ta' knock-out fuq l-aħjar minn tliet logħbiet, u jinkludu ħames stadji. Stadju 1 – Top 9 – 24 knock- out ta' tliet logħbiet fejn minn 16 jinqalgħu tmienja. Stadju 2 - It-tmienja li jgħaddu mill-ewwel stadju jingħaqdu mal- aqwa 1-8 biex jerġa' jkun hemm 16-il atleta, fejn minnhom jerġgħu jinqalgħu tmienja. Stadju 3 – Mill-aqwa tmienja jinqalgħu erbgħa, u l-erbgħa li jibqa' jgħaddu għas-semi-finali Semi Finali – minn erbgħa jgħaddu tnejn Finali – l-aħħar tnejn Fi stadju wieħed ġejt kontra l-Iżlandiż Freyr Bragason. Kelli l-ewwel logħba iebsa imma rnexxieli nirbaħlu b'pin wieħed biss għal skor ta' 172-171. It-tieni logħba tiegħi kienet ħafna aħjar, u rbaħtha 226-211, biex għaddejt mal-ewwel 16. Stadju 2 – l-avverasarju tiegħi kien iċ-champion Ġermaniż Peter Knopp, wieħed mill-aqwa bowlers Ġermaniżi, u li rebaħ it-titlu nazzjonali diversi drabi kif ukoll kien European Champion fil- passat. Irbaħtlu ż-żewġ logħbiet 223-214 u 219-183, biex b'hekk għaddejt mal-ewwel tmienja. Stadju 3 – It-Taljan Marco Reviglio kien l-aktar atleta li pprendejt. Fil-fatt it-tnejn li aħna bdejna nibżgħu minn xulxin għax iltqajna diversi drabi fil- Kampjonati tal-Mediterran u anke fil-Kampjonati tad-Dinja. Reviglio fil-fatt mhux biss huwa champion nazzjonali imma anke champion tal-Mediterran, kif ukoll kien parti mit-tim rebbieħ Taljan li s-sena l-oħra rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Irġiel. Irnexxieli nirbaħlu l-ewwel logħba 225-212, però mbagħad kelli logħba fejn sofrejt tliet splits, u rebaħli 222- 159. Għamilt il-kuraġġ, għax wara kollox, jien ukoll kont champion tal-Mediterran u anke rbaħt midalja tal-bronż fil-kampjonati tad-dinja. Reviglio lagħab logħba tajba ta' 236, iżda jien lgħabt aħjar għax għalaqt 257 biex mhux talli rbaħt lit-Taljan, iżda aċċertajt ruħi mal-aqwa erbgħa, u midalja ċerta. Fis-semi-finali, ltqajt mal- Iskoċċiż Andy Gillespie li kien qed jilgħab logħob kbir. Rebaħli l-ewwel logħba, iżda mbagħad jien għalaqt tajjeb b'logħob ta' 236 u 261 u sibt ruħi fil-finali. Hawnhekk, kelli naffaċċja lill- Awstrijakk Manfred Panzenboeck, li kellu ħafna appoġġ peress li kien qed jilgħab ġewwa daru. Iżda issa kelli kunfidenza kbira li kont wasalt s'hawn u erġajt għalaqt tajjeb b'punteġġ ta' 241 u 257 biex b'hekk sirt iċ-Champion tal- Ewropa tas-Seniors, flimkien ma' Tuula Tamminen tal-Finlandja li hija ċ-Champion tan-nisa. Fil-karriera tiegħi, irbaħt diversi unuri, fejn irbaħt ukoll midalji tad-deheb fil-logħob tal- Mediterran. L-emozzjoni li tħoss meta tisma' l-innu nazzjonali Malti huwa indeskrivibbli. Nixtieq ukoll nifraħ lil Sue Abela li rebħet midalja tad-deheb fl-All Events u anke midalja tal-fidda fis-Singles. Nixtieq nirringrazzja lit-tliet atleti rġiel l-oħra Dennis Mercieca, Kenneth Arpa u Giancarlo Tolu li baqgħu l-ħin kollu warajja jappoġġjawni. Inrodd ħajr speċjali wkoll lill-mara tiegħi, Liliana, li għalkemm ma kinitx Vjenna miegħi, naf li kienet qed issegwini b'mod dirett il-ħin kollu, u tinforma lill-familja tiegħi li ma tantx jimu fil-logħba tal-bowling, għalkemm dejjem appoġġjawni. Apprezzament kbir imur lejn SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti tas-sapport finanzjarju. U fl-aħħar iżda ċertament mhux l-inqas lill-Eden Superbowl talli joffrulna fejn nitħarrġu, u lill-Malta Tenpin Bowling Association li bis-saħħa tagħha, stajt nirrappreżenta lil pajjiżi f 'dan l-Ewwel Kampjonat Ewropew tas- Seniors. Bi pjaċir kbir ngħid li ktibt l-istorja bħala l-ewwel champion ta' dawn il-kampjonati, kif ukoll din kienet l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta fuq livell Ewropew tal-irġiel. U kien pjaċir ikbar li għamilt unur lil pajjiżi!" Mark Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020