Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum 'Qalulna li t-trasport mhux ilaħħaq' Pazjenti anzjani jitħallew l-art f'Mater Dei ... iżda l-Ministeru tas-Saħħa jisħaq mal-ILLUM li s-servizz ġie miżjud biex ilaħħaq mad-domanda YENDRICK CIOFFI Minkejja li qraba lmentaw mal- gazzetta ILLUM dwar kif pazjenti anzjani tħallew l-art f 'Mater Dei fil-ġurnata li suppost ġew irrilaxxati, għax ma kienx hemm biżżejjed trasport, il-Ministeru għas-Saħħa ċaħad li jista' jkun hemm xi problemi, anzi insista li s-servizz ġie miżjud biex ilaħħaq mad-domanda. Kienu diversi qraba li fl-aħħar ġimgħat ilmentaw mal-gazzetta ILLUM dwar it-trasport mill-isptar Mater Dei għall-anzjani qraba tagħhom. Kien hemm min kellu jħallas minn butu għat-trasport, għax inkella, l-anzjani kienu se jispiċċaw iqattgħu lejl ieħor Mater Dei mingħajr bżonn. Persuna partikolari li tkellmet mal-ILLUM spjegat kif ommha, li tuża s-siġġu tar-roti u li hi residenta f 'dar tal-anzjani tal-Gvern, kienet ilha jumejn rikoverata f 'Observation Ward 2, biswit id- Dipartiment tal-Emerġenza. Is-Sibt, fl-10:00am, infurmawhom li kienu se jibagħtuha u kif inhi l-prassi, il-pazjenta kienet se titwassal sad-dar tal-anzjani fejn hi residenta. Sas-6pm, il-pazjenta kienet għadha bilqiegħda fuq is-siġġu tar-roti tistenna li jiġu għaliha biex iwassluha lura. "Wara tmien sigħat ġew jgħidulna li ma kinux se jibagħtuha għax it-trasport ma setax ilaħħaq mad- domanda," qaltilna bint il-pazjenta. "Kellna nħallsu taxi apposta. La ma kellhiex għaliex toqgħod l-isptar, ma xtaqniex inħalluha lejl ieħor. Ngħiduha kif inhi, ma kinitx fl- isbaħ ward." Il-Ministeru jwieġeb... Dwar dan, il-gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill- Ministeru għas-Saħħa, tistaqsi jekk irċevewx jew inkella hux qed jirċievu ilmenti simili. Anke jekk il-Ministeru ma weġibx għal din il-mistoqsija, insista li fil-preżent, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, id-Dipartiment tas- Saħħa juża total ta' seba' ambulanzi u tmien vannijiet tail li għat- trasport tal-pazjenti. Is-Sibt jintużaw total ta' sitt ambulanzi u tliet vannijiet tail li, filwaqt li l-Ħadd jintużaw ħames ambulanzi u vann. "In-numru ta' ambulanzi li jintużaw għat-trasport tal-pazjenti ġie miżjud biex jilħaq mad- domanda tas-servizz," saħqet magħna kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa. Pressjoni wkoll fuq l-ambulanzi... Iżda jidher li dan mhux każ iżolat u apparti fuq it-trasport tal-pazjenti anzjani, jidher li l-pressjoni qed tiżdied inkluż fuq is-servizz tal- ambulanzi. Minkejja dak li qalet magħna l-kelliema tal-Ministeru tas-Saħħa, xufiera tal-ambulanzi lmentaw mal-ILLUM li ma hemmx biżżejjed ambulanzi. "Allaħares kellu jinqala' xi ħaġa kbira," qalilna wieħed mix-xufiera waqt li tkellem fuq il-pressjoni li għandhom. Anke jekk il-pazjenti li jkollhom bżonn jew jużaw is-siġġu tar-roti normalment ma jitwasslux bl- ambulanzi meta joħorġu mill- isptar, iżda bil-vannijiet apposta kif imsemmi aktar qabel, is-servizz tal-ambulanza jkun hemm bżonnu f 'każ ta' pazjenti li jkollhom bżonn jinħarġu fuq stetcher. "Mhux qed ngħidlek li ma naqduhomx, imma dawn ġieli jkollhom jistennew għax l-ambulanzi jkunu stand by biex jintużaw f 'każijiet ta' emerġenza," insista magħna x-xufier. Dwar dawn il-każi, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal-eks Kap Eżekuttiv ta' Mater Dei, Ivan Falzon, li min-naħa tiegħu spjega kif it-trasport tal-anzjani ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Isptar Mater Dei, kif jaqa' s-servizz tal- ambulanza, jiġifieri tal-112. Kien għalhekk li talabna ngħaddu l-mistoqsijiet lill-Ministeru għas- Saħħa kif konnha diġà għamilna. NOTA: Meta l-ILLUM għamlet kuntatt ma' Falzon, dan kien għadu Kap Eżekuttiv hekk kif temm il-kariga tiegħu jumejn ilu biss.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020