Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport 'Għamilt ħafna sagrifiċċji ... għalhekk, illum, ta' 18-il sena qed nilgħab mat-tim tal-kbar ta' Gżira Athleta' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? Għażilt il-basketball għax meta kont għadni nattendi l-iskola primarja, l-għalliema kienu jqassmulna biljetti tal- lotterija. Jien kont ġejt it-tieni u rbaħt xi vouchers, flimkien ma' ballun tal-basketball. Mhux biss, wieħed mill-kbarat tal-klabb kien offrielna xahar sessjonijiet ta' taħriġ b'xejn li ħajjarni nibda dan l-isport. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudji tiegħek, u mat-taħriġ u l-logħob li jkollok ma' Gżira Athleta? Peressli jien għadni student, ma nsibhiex daqshekk diffiċli biex inqassam il-ħin tiegħi bejn l-iskola u l-isport. Kif qed tħares lejn il-futur tat-tim ta' Gżira Athleta? Inħares lejn Gżira Athleta fil- futur għal iktar avvanz u rebħ ta' trofej. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ ta' Gżira Athleta? Bħal kull plejer ieħor tat-tim, għandi relazzjoni tajba mal-kowċ kemm fuq il-court u anke barra minnu. U dik mal-kumitat ta' Gżira Athleta? Għandi rispett kbir lejn il- kumitat bħalma għandhom huma lejja. X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat-tim nazzjonali tal- basketball? Kelli bosta esperjenzi mat- tim nazzjonali tal-basketball s'issa, fosthom, fl-2015 meta ġejt magħżul biex nirrappreżenta t-tim nazzjonali tal- U16 f 'San Marino fejn irbaħna l-midalja tal-bronż. Fl-2017 erġajna rbaħna l-midalja tal-bronż f 'kategorija oħra ġewwa Ċipru bis-saħħa tal- kowċis Andrea Paccarie u Ruben Baldachino. Fl-2018 ġejt magħżul biex nattendi s-sessjonijiet ta' taħriġ mat-tim nazzjonali tal- kbar, li kienet esperjenza li tgħallimt ħafna minnha. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli kkunsidra li jmur jilgħab barra minn Malta? Mal-bidu tal-istaġun li għadda, kelli opportunitajiet diversi biex immur nilgħab barra minn Malta imma minħabba diversi raġunijiet ma mortx. Fost dawn insemmi l-iskola, post fejn noqgħod u l-età tenera. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill-president ferm ħabrieki Pawlu Sultana? Il-Malta Basketball Association għandha tmexxija ferm tajba mill-president Pawlu Sultana li jagħmel minn kollox biex imexxi dan l-isport iktar 'il quddiem flimkien mas- Segretarju Ġenerali Joseph Muscat. Nirringrazzjahom bis-sħiħ talli rrinovaw il-court l-antik u wettqu l-proġett tat- training courts il-ġodda, kif ukoll bl-għajnuna tad-direttur fil- kumitat Ottavio Terribile, ħadmu ħafna biex il-courts ikunu aktar aċċessibbli għan-nies. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-court fil-Padiljun f 'Ta' Qali li fihom tilagħbu f 'Malta speċjalment meta kkumparati ma' dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali? Meta tiġi biex tikkumpara r-riżorsi tal-courts ta' Malta ma' dawk ta' barra minn xtutna, issib differenza kbira fosthom spazju, arja kkundizzjonata u sistema tas- sound. Il-media f 'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball? Fil-fehma, tiegħi l-media f 'Malta ma tagħtix biżżejjed pubbliċità lill-basketball bħalma jagħmlu fil-futbol. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball f 'Malta kemm fil-kamp maskili kif ukoll fil-kamp femminili jkun jista' jgħix esklussivament permezz tal-basketball? Fl-opinjoni tiegħi, plejer tal- basketball f 'Malta kemm fil-kamp maskili, kif ukoll f 'dak femminili ma jistax jgħix esklussivament permezz tal-basketball. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil-basketball lokali u mhux biss għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil- basketball. Messaġġ lil dawk it-tfal li jixtiequ jibdew karriera fil- basketball u li din il-logħba hija waħda li trid titħarreġ sew għaliha u meta tkun żgħir trid titgħallem il-fundamentali tagħha sew għax hija logħba ta' ħsieb ukoll. Trid issegwi l-logħob reali mhux biss fuq youtube. Trid tara kif tintlagħab u ssaqsi nies li jafu l-logħba sew għax waħdek iebsa biex titgħallimha. Jien kelli ħafna għajnuna minn missieri minn meta kont żgħir u dejjem qagħad miegħi biex kull sessjoni ta' taħriġ insegwiha u nerġgħu nagħmluha flimkien nhar ta' Ħadd fil-ħarġa tagħna biex jien navvanza iktar. Għalhekk, illum, jien ta' 18-il sena qed nilgħab fit-tim tal-kbar ta' Gżira Athleta. IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum Nathan Xuereb - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f'dawn l-aħħar snin, u li żgur li għandu futur mill- isbaħ quddiemu f'dan l-isport li tant iħobb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020