Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
27 sport Maurice Formosa u Marie Claire Aquilina jittrijonfaw ġewwa l-Imġarr illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 It-Trustmoore National Point Series, organizzata mill- Assoċjazzjoni Maltija tal- Mountain Bike, ingħatat bidu fil- jiem li għaddew b'numru rekord ta' parteċipanti li ħadu sehem f 'diversi kategoriji, fosthom il- Klassi Novice, kategorija ġdida maħluqa bl-għan li tattira aktar parteċipanti lejn l-isport. L-ewwel tellieqa saret f 'Ta' Lippija, l-Imġarr. B'kundizzjonijiet kważi perfetti, b'xi it tajn u u it tlugħ tekniku, ma kien hemm l-ebda limitu għall-isforz magħmul minn dawk li ħadu sehem. Jikkompetu maċ- ċiklisti lokali, kien hemm ukoll grupp ta' ċiklisti mil-Latvja li regolarment iżuru Malta f 'dan iż-żmien tas-sena għall-kamp ta' taħriġ. L-ewwel ma bdew kienu l-kategoriji tal-Under 12s, Under 15s u Novice li kollha kemm huma kellhom tliet dawriet fuq rotta it iqsar. Kien hemm ukoll parteċipazzjoni fil-Kategorija tal-E-Bikes, iżda sal-ħin meta ġie ppubblikat dan ir-rapport ir- riżultat kien qed jiġi rivedut. Elite Maurice Formosa (e Cyclist) ta' prestazzjoni mill-aqwa meta ħareġ mill-ewwel fuq quddiem. Formosa kien ħerqan biex jiżgura distakk komdu fuq l-14- il parteċipant f 'din il-Kategorija. Warajh kienu Brandon Sultana (Gozo CC), Jason Vella (Agones SFC) u Mark Zammit (Mosta AF Sign CC) li wkoll kienu determinati li jwaqqfu t-tentattivi ta' Formosa. B'distakk ta' kważi żewġ minuti, il-battalja kompliet għat-tieni u t-tielet postijiet tal- podju - ġlieda attiva li saret bejn Sultana, Vella u Zammit li kollha taw prestazzjonijiet notevoli. Madankollu fl-aħħar kienu Sultana u Vella li ħadu posthom fuq il-podju, fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Sport L-ikbar kategorija għall-ġurnata, kienet dominata miċ-ċiklisti Latvjani - Udris Haralds u Urlvis Bernzis. Fit-tielet post daħal Ack Hili (Agones SFC). It-trio kienu fuq quddiem il-ħin kollu, għalkemm il-postijiet spiss kienu qed jinbidlu matul it-triq. Masters 40+ Iċ-ċiklista veteran tat-Tim Beria Racing Italia Patrick Scicluna, iddomina t-tellieqa mill-bidu nett. Hu kiseb vantaġġ ta' kważi erba' minuti fuq Paul Zarb (e Cyclist) li daħal fit-tieni post. Fit-tielet post daħal il-barrani Eduard Rens. Masters 50+ Enrico Brandamante (Agones SFC) kien ir-rebbieħ ċar f 'din il- kategorija. Parteċipant regolari, huwa żamm il-vantaġġ mill-bidu nett. Hu ġie segwit minn David Pace u d-debuttant fis-Serje - Raphael Fenech Adami. Juniors Kienet battalja mill-qrib fl- ewwel tliet dawriet għal Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio) u l-Għawdxi Stefan Scerri, bi it sekondi jisseparaw it-tnejn. Id-dawriet definittivi kienu r-raba' u l-ħames meta Chetcuti kiseb vantaġġ ta' kważi minuta fuq Scerri, li kellu xi problemi tekniċi. Fit-tielet post kien Darren Sultana (Gozo CC). Nisa Din it-tellieqa rat l-akbar parteċipazzjoni f 'din il-kategorija għal dan l-aħħar żmien. Minkejja bidu xejn notevoli, Marie Claire Aquilina (Team Greens) kompliet turi l-ħila tagħha meta rebħet it- tellieqa b'vantaġġ komdu. L-ikbar sorpriża tat-tellieqa kienet Fiona Darmanin Tedesco (Mosta AF Sign Studio) li minkejja li kienet qed tikkompeti ma' ċiklisti ta' Team Greens, Danica Bonello Spiteri u Lara Buttigieg, żewġ nisa li regolarment ħadu posthom fuq il-podju fl-istaġun li għadda, tat prestazzjoni determinata biex spiċċat fit-tielet post. L-esperjenza indiskutibbli ta' Bonello Spiteri ppermettielha li tgħaddi lil Darmanin Tedesco b'distakk ta' żewġ sekondi biss. L-Assoċjazzjoni esprimiet il- gratitudni tagħha lejn l-Awtoritajiet għall-appoġġ tal-avveniment. Fit-tentattiv tagħha li tillimita l-użu tal-plastik, l-Assoċjazzjoni, ipprovdiet dispensers tal-ilma li ppermettew lill-parteċipanti jimlew il-fliexken tagħhom stess mingħajr il-bżonn li jintużaw tazzi li wara jintremew. "Nittamaw li t-tellieqa tal-Ħadd tipprovdi bidu tajjeb għall-istaġun - rajna 77 parteċipant jieħdu sehem - l-akbar grupp li qatt kien hemm sa issa. Ninsabu sodisfatti wkoll li naraw li l-kategorija tan-Novice tiġi milqugħa tajjeb u li l-għan tal- Assoċjazzjoni - dak li jattira aktar membri lejn l-isport, ġie milħuq," spejga Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association. "Il-livell kompetittiv fil-kategoriji kollha jidher li qed ikompli jiżdied. Dan ukoll jippermetti li l-ispettaturi li kienu preżenti jgawdu l-azzjoni tajba". Il-Cross Country National Point Series, huma sponsorjati minn Trustmoore Corporate Services u appoġġjati minn Malta Nutrition, Powerbar, H20nly u Magri Cycles li offrew appoġġ tekniku matul it- tellieqa. It-tellieqa li jmiss se ssir nhar il-Ħadd 23 ta' Frar fil-Miżieb. Iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq www.maltamountainbike.org. mt. Parteċipazzjoni rekord fil-bidu tat-Trustmoore Cross Country National Point Series