Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
13 intervista illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 disco jew marċ li jsir bil-kant Ma nara xejn ħażin fiha, imma qisek qed taqla' ħaġa biex iddaħħal xi ħaġa oħra. Imbagħad ikun hemm min iġiblek l-iskuża li n-nies ma għadhomx jiġu," qalilna Sciberras, iżda insista li fl-aħħar mill- aħħar jekk qed nagħmlu Għasar solenni, qed nagħmluh "għall-Mulej," u mhux għan-nies. "Sakemm tneħħi Għasar ta' Nani, ta' Diacono jew Bugeja u għamilt ieħor modern mhux ħażin lanqas. Probabbilment qabel l-Għasar ta' Diacono, kien hemm ieħor. Din hija xi ħaġa li tevolvi. L-importanti li jsir u jsir sewwa," qalilna. "Ovvjament skont xi tneħħi. Nieħdu Bormla. Jekk tneħħi wieħed mis-salmi forsi jkun hemm nofs tużżana li jindunaw. Imma jekk tneħħi l-antifona jew il-quddiesa l-kbira anke d-dubbien jinduna." Madanakollu, insista li ma jaqbilx ma' min jgħid li din il-mużika ma għadhiex relevanti. "Bħalma għandek lampier antik li fil-festa toħorġu biex tiddandan bih, anke l-mużika tal-festa trid tiddandan biha. Anke l-Latin. Lanqas jien ma nimu, imma huwa l-lingwa tal-Knisja. Imbilli l-erbat ijiem tal-festa nħalluhom bil-Latin u ma nimux kollox mhux se taqa' d-dinja," insista s-surmast. Kien hawn li saħaq li reġa' hawn ċertu qawmien fejn tidħol il-mużika sagra. Ma jiddejjaq xejn li jkun hawn min, pereżempju, ibiddel l-Għasar u jagħmlu bil-Malti, iżda saħaq li l-mużika trid tinkiteb ġdida u mhux taqbad il-mużika ta' Nani jew Diacono u tuża lilha. "Il-Malti joqgħod ma' mużika ġdida. Mhux tippostja l-Malti b'mużika bil- Latin. L-idjoma ma taqbilx. Il-mużika ta' Diacono mal-Malti ma toqgħodx," qalilna Sciberras. 'B'marċ ma għandekx tgħajjar u ddejjaqni l-mużika mal-piroteknika' Staqsejtu jekk tinkwetahx il-mużika moderna fil-knisja jew inkella marċ li jinbidel f 'disco. "Iva. Tinkwetani. Jinkwetani l-marċ li jsir disco jew marċ li jsir bil-kant għax x'aktarx li biex ngħajru lil dak jew lill-ieħor. Il-banda għandha ħafna aktar x'toffri u ma għandhiex għaliex taqa' għal dawn il-livelli biex bil-mużika ninsulentaw u nweġġgħu lil ħaddieħor," saħaq Sciberras. "Flok tisma' l-banda u tieħu gost bil-marċi tiegħek tara b'dak il-marċ kif se tweġġa' lil ta' faċċata." Ma waqafx hawn. Lil Sciberras idejqu wkoll il-fatt li tintuża l-mużika mal- piroteknika. "Jiena ma naċċettax li l-1812 ta' Tchaikovsky tinstema' sabiħa għax hemm il-murtali telgħin magħha. Jekk xejn, bil- kontra," insista s-Surmast. "Ninkwieta nara banda ddoqq live fuq planċier b'żewġ tużżani nies quddiemha u mbagħad mijiet ta' nies f 'xi għalqa jaraw spettaklu pirotekniku, b'mużika rrekordjata." Mill-banda l-oħra saħaq li ma jiddejjaq xejn li l-banda ddoqq mużika moderna. "Il-banda hija versatili ħafna," insista s-surmast. "Jien stess inħobb mużika ta' films, musicals jew medleys. Fl-1992 kont għamilt medley ta' Queen. Din is-selezzjoni għadha tindaqq sal-lum. Nirrikonoxxi li l-Queen kellhom mużika tajba. Bħala rock band kienu eċċezzjonali." Għamel spunt ieħor. "Il-mużika hija tan- nies. Jekk se mmur fil-pjazza u nagħmel kunċert bil-banda mhux bħal meta qiegħed fit-teatru. Hemm gosti differenti. Ikun hemm min jiġi bilfors għax ikun mistieden. Għalhekk trid tvarja l-programm biex tolqot il-gosti ta' kulħadd," saħaq Sciberras. "Skont fejn tkun ukoll. Altru qed tagħmel programm organizzat bin-nies bilqiegħda u altru qed iddoqq fil-festa, taħt kampnar, bil-qniepen idoqqu u ddoqq biċċa mill- Aida. Ma jkunx jagħmel sens." 'Il-kompożizzjonijiet kollha qishom it-tfal tiegħi kollha' Sciberras huwa kompożitur. Kiteb marċi, marċi funebri u innijiet li huma popolari. Spjega kif beda mix-xejn. Jiakar kif meta kien żgħir kien jisma' xi biċċa mużika, jipprova jiktibha, jorkestraha u jistieden lil xi erba' bandisti tfal sħabu u jagħmlu attaparsi kunċert. "Flok nilgħab bil-karozzi, kont nilgħab bl-istrumenti." Fi kliemu aktar ma kienet tkun ikkumplikata xi biċċa mużika, aktar kien jaffaxxina ruħu u kien jistaqsi 'l hemm u 'l hawn biex jiem. Meta kien żgħir ma tantx kellu gwida, sakemm beda jitgħallem għand kompożituri bħal Carmelo Pace u Pawlu Grech. "Imma bdejt waħdi." L-ewwel ma kiteb kien marċ. "Ma niddejjaqx ngħid. Hawn min jaħseb li għax tikteb marċ tkun ta' klassi inferjuri. Anke Verdi kiteb il-marċi," saħaq Sciberras. Fl-ewwel wieħed għenu it is-Surmast Karmenu Vella. Iżda mat-tieni wieħed telaq għal rasu u it wara kiteb l-ewwel marċ funebru. F'Malta ssuq huwa żgħir u għalhekk kompożitur irid jistudja u jitgħallem iżjed biex ikun kapaċi jikteb kollox. "Trid tikkompeti. Illum mhux mal-Maltin biss imma mad-dinja," saħaq Sciberras. Meta staqsejtu, ma kienx kapaċi jagħżel kompożizzjoni favorita. "Il- kompożizzjonijiet kollha qishom it-tfal tiegħi. Dejjem nittama li l-isbaħ u l-aqwa għadni rrid niktibha." Il-marċ funebru huwa l-ħoss kiebi li jferraħ in-nies Jidher iżda li l-marċi funebri huma għal qalbu ħafna. Fi kliemu, il-marċ funebru huwa "l-ħoss kiebi li jferraħ in-nies." "Hawn min idoqqhom is-sena kollha. Anke wiċċhom tarahom. Iferraħ in-nies aktar minn marċ brijuż. Il-marċ brijuż sar il-ħoss li bih irrid ninkik u mhux biex nieħu gost bih," saħaq Sciberras. Ħaġa li tolqtok fil-kompożizzjonijiet ta' Sciberras hija l-ħlewwa. Il-mużika hija tal- widna u taraa. Apparti li fi kliemu, dan huwa l-akbar kumpliment li jista' jaqla', insista li importanti li takkwista stil. "Meta nikteb inżomm f 'moħħi li x-xogħol irid ikun familjari imma mhux mistenni fl-istess ħin," qal is-surmast. "Għandek proċess. Min qed jisma' x-xogħol tiegħek l-ewwel irid jiem. Imbagħad irid iħoss. Tkun tlajt livell ieħor. Immanipulajtu bil-ħoss, qabbiżtlu demgħa jew ġegħeltu jidħaq. L-aħħar livell huwa li ġġiegħlu jara meta dan mhu qed jara xejn. Il-pittura taraha u tibqa'. Il-ħoss smajtu u jitlaq. Għalhekk trid tolqot bih." 'Il-baned ma għandhomx jispiċċaw barranin f 'darhom stess' Fl-aħħar nett staqsejnieh dwar il- konkorrenza għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda. Waqt li faħħar l-għajnuna li qed jirċievu l-baned, anke permezz ta' fondi, ammetta li hemm ċertu rħula li qed ibatu. "It-tfal ma għadx għandhom il-każin tal-banda biss," saħaq Sciberras waqt li appella lill-każini biex ikunu aktar stretti. "Tifel ta' nursery tal-futbol ma jitħalliex jilgħab jekk ma jmurx għat-taħriġ. Il- baned huma aktar laxki." Fl-aħħar nett temm jappella biex il- baned ma jispiċċawx barranin f 'darhom stess. Illum il-każini tal-banda ma għadhomx tal-banda biss iżda wħud minnhom għandhom ukoll in-nar jew l-armar u jinkwetah il-fatt li xi drabi, il- banda ma għadhiex il-prijorità.