Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
14 letteratura IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum Worstward Ho u l-iskandlu tat-tliet rumanzi Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Tul dawn l-aħħar jiem intqal ħafna, ġieli forsi żżejjed, rigward ir-riżultati "xokkanti" tal-Premju Nazzjonali tal- Ktieb 2019. L-aħbar prinċipali kienet li l-ġurija – illi jiena kont nagħmel parti minnha – din id- darba m'aġġudikat ebda premju fil-kategorija tar-rumanzi. Fost ħafna botti u risposti, b'xorti ħażina, waqgħet ħafna attenzjoni xejn f 'lokha fuq l-aġġudikanti. Ġrew għadd ta' diċeriji dwar il- motivi malinni li seta' kellhom. Kien hemm il-biki u t-theżżiż tas- snien. Saħnu xi rjus – fosthom tiegħi jiddispjaċini ngħid. Qam it-taħqiq. Intefa' t-tajn u sfajna fil- merdaq. Bosta qalgħu ħafna minn żniedhom. Saħansitra tqattgħu l-karti bejn ħbieb, kollegi u persuni assoċjati magħhom. Intant, saru diversi ġesti ta' solidarjetà mal-kittieba li – kontra l-aspettattivi ta' bosta – fallew milli jerbħu l-Premju. Għaldaqstant, bil-kontra tas-soltu, l-aħbarijiet tkellmu ferm iżjed fuq it-telliefa milli fuq ir-rebbieħa. F'dan l-artiklu biħsiebni nikkonċentra l-iżjed proprju fuq dan il-fatt, iżda qabelxejn tajjeb li niaħ did-daqsxejn ta' parenteżi: premji bħal dawn għandhom ħabta jqajmu l-kontroversji. Kif innota l-kittieb Immanuel Mifsud, polemiċi bħal dawn iqumu barra xtutna fi premji ferm iżjed prestiġġjużi. Fl-2016 l-aħbar li Bob Dylan ingħata l-Premju Nobel għal-Letteratura żgur ma niżlitx tajjeb ma' kulħadd, l-iżjed fost dawk li dehrilhom li l-kantawtur ma kellu qatt ikun eleġibbli għal dan l-unur. Agħar minn hekk, fl-2018 dan il-Premju ma ngħatax kaġun ta' akkużi ta' kunflitt ta' interess, imġiba professjonali skorretta u saħansitra allegazzjonijiet ta' mġiba sesswali abbużiva kontra figuri kulturali ewlenin qrib l-Akkademja Żvediża. Is-sena li għaddiet, il-kontroversji ssukktaw wara li l-ġurija aġġudikat dan il-Premju lill-awtur Awstrijakk Peter Handke – propogandist u apoloġist magħruf tal-ġenoċidji mwettqa mir-reġim Serb ta' Slobodan Milošević. Il-fatt li f 'din l-istess edizzjoni dan il-Premju ngħata wkoll lill-awtriċi Pollakka Olga Tokarczuk donnu it li xejn mewwet it-tisbit tas-saqajn. Forsi eqreb lejna, il-Premju Booker tas- sena li għaddiet ma kienx nieqes mill-battibekki, l-iżjed għax ċerti kummentaturi ma rawhiex f 'lokha li l-ewwel rebbieħa mara ta' ġilda skura kellha taqsam dan il-Premju m'awtriċi oħra. Lura għall-Premju tagħna, id- deċiżjoni tal-ġurija li ma taġġudikax il-Premju fil-kategorija tar-rumanzi – u dan minkejja li kienet siltet tliet kandidati potenzjali minn sbatax – qajmet ħamba liema bħalha, l-iżjed fil-mezzi tal-midja soċjali. Ekku l-iskandlu tat-tliet rumanzi. Segwiet minnufih sensiela ta' battibekki – nammetti li aktarx affrattati – bejn l-aġġudikanti u diversi segwaċi ta' kittieba stabbilita. L-għagħa kompliet teskala l-għada stess wara malintiż bejn il-ġurija u l-ġurnalist tal-ġurnal MaltaToday Matthew Vella. Dan wassal biex stqarrija ġenerali skjetta mill-aġġudikanti dwar il-livell letterarju atroċi tar- rumanzi skwalifikati ttieħdet bħala valutazzjoni speċifika rigward it- tliet rumanzi magħżula. Xiljiet stil reductio ad absurdum Uħud qajmu oġġezzjonijiet rispettabbli. Jiddispjaċini ninnota wkoll illi bosta oħrajn imbagħad, fosthom ċerti kanvażers, ħarġu barra l-ħażż waħda nobis: qajmu allegazzjonijiet infondati rigward nuqqas ta' kompetenza, kapriċċi elitisti, ikonaklastiżmu, snobbiżmu u saħansitra antipatiji personali u politiċi. Xi ħadd, nittama li sempliċement biex jiċċajta, semma wkoll il-famużi 15-il minuta fama t'Andy Warhol. Bħal dak li qallu l-aġġudikanti jeħtieġu bilfors jagħmluha tal-enfants terribles – bħal xi Erostrate f 'Efesu – sabiex iniżżlu isimhom fir-rassenja tal- pantenon tal-letterati tal-pajjiż. Spikkaw fuq kollox, adirittura, xiljiet insensati stil reductio ad absurdum dwar preġudizzji sessisti minn ċerti feministi daqsxejn quatrième vague – aktarx l-ikbar watercooler moment tas-saga kollha. Kważi kulħadd iżarrad u jġib lil min iżarrad. Almenu l-kontroversji fil-Premji msemmija qabel kellhom imqar nikta sugu, iżda bosta kummenti li saru rigward dak tagħna kienu tant ċuċeski li 'qas biss ħaqqhom tweġiba. Biss biss ir-riżultati mħabbra fil-kategoriji l-oħrajn jitkellmu weħidhom. F'dan ir- rigward il-ġurija għamlitha ċara li din is-sena ddeċidiet li tikteb paġna ġdida billi twessa' daqsxejn l-iskop – u għaldaqstant il-prestiġju – tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Konna ilna snin inpespsu f 'widnejn xulxin li jenħtieġ ngħollu l-livell tal-prodott letterarju Malti. Biex imbagħad issa, meta ġejna għas- si u no u xi erba' sfrattafesti marru jdendlu l-ġonġol m'għonq il-qattus, donnu kważi kulħadd infexx jittoffa u jissotta. Issoponejna li pass bħal