Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum RAĠUNIJIET GĦALFEJN ADRIAN GĦANDU JITLAQ DELIA It-tmiem ta' Delia issa jinsab fil-qrib, jekk mhux issa l-probabbilità hija li dan iseħħ f'elezzjoni ġenerali li bih fit-tmun, il-PN għandu ċans illi jitlef bil- kbir. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-ħames raġunijiet għalfejn ikun jaqbel għall- PN u għalih innifsu li Delia jirriżenja ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa bħal diversi ġimgħat matul l-2019 is- suġġett tad-diskussjoni kien il-Partit Nazzjonalista, speċifikment it-tmexxija ta' Adrian Delia. Min jgħid li Delia għandu jibqa' u min jgħid li għandu jitlaq, hekk kif l-aħħar sondaġġ xjentifiku tal-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna, MediaToday, juri li Delia kien qed jikseb 13% biss tal-fiduċja bħala Kap, persentaġġ miżeru mqabbel ma' aktar minn 62% li kien qed igawdi Robert Abela. Kieku saret elezzjoni meta sar is-sondaġġ, il-Partit Nazzjonalista kien jitlef bi 80,000 vot meta tikkunsidra dawk illi qalu li jafu kif se jivvutaw. Fil-fatt, skont dan is- sondaġġ, 49.2% qalu li jivvutaw Labour kieku ssir elezzjoni issa, 23.8% qalu li jivvutaw PN u 17.2% ma jafux. Dan ifisser li hemm 25% differenza, ikbar mill-persentaġġ ta' dawk li qed jgħidu li ma jafux kif jivvutaw u li ġeneralment ikunu maqsumin bejn iż-żewġ partiti. Fl-isfond ukoll ta' telfa madornali fl-2019 ta' 42,656 vot fl-2019, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ħames raġunijiet għaliex Delia ftit għandu raġuni għajr li jirriżenja. In-numri konsistentament kontrih Konsistentament, Delia wera li mhuwiex kap popolari. Nibdew bil-fatt elettorali tal-2019, maqsum f 'żewġ elezzjonijiet u nkomplu billi nħarsu lejn ix-xejriet fis-sondaġġi tal-Kamra tal- Aħbarijiet tagħna. Fl-2019 Delia sofra telfa rekord ta' 42,656 vot f 'elezzjoni li għalkemm kienet tal- Parlament Ewropew xorta poġġiet is-suba' fuq il-ferita, hekk kif eluf ta' votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti ma vvutawx. Din kienet issottolineata ħafna aktar fl-elezzjonijiet lokali fejn il-PN saħansitra tilef lokalitajiet tradizzjonalment Nazzjonalisti bħall-Belt Valletta, is-Siġġiewi, l-Għarb u San Pawl il-Baħar. Reġa' tilef ukoll Birkirkara u l-Mosta, xi darba lokalitajiet b'maġġoranzi Nazzjonalisti kif ukoll l-Imsida u l-Mellieħa, anke jekk bi ftit. Delia tilef bil-qawwi lokalitajiet bħall- Pietà, xi darba b'maġġoranza Nazzjonalista, il-Qala u anke San Ġwann. Din l-elezzjoni lokali rriduċiet lill-PN f 'partit 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020