Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
08 analiżi IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum ROBERT ALOISIO Qassis twil, irqiq, xipli, u marradi imma "wiċċu sabiħ u bajdani u jagħti fir-roża". Qatt ma studja biex isir għalliem, imma San Ġorġ Preca, magħruf aħjar bħala "Dun Ġorġ", kien konvint mill-missjoni tiegħu li jgħallem. Ġera ma' Malta kollha jgħallem, u waqqaf il-M.U.S.E.U.M, soċjetà Kattolika ffurmata minn lajċi biex jitgħallmu u jgħallmu, li llum tinsab ukoll f 'sitt pajjiżi oħra. Bin spettur sanitarju u għalliema, Ġorġ Preca, twieled nhar it-12 ta' Frar 1880, is-seba' wild fost disa' aħwa, fil-kapitali Valletta. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tal-Ħamrun, fejn kien mar jgħix meta kellu madwar tmien snin. Ta' tnax-il sena ta l-eżami għal- Liċeo imma m'għaddiex. Għadda mat-tieni darba, f 'Settembru tal- 1892, meta kienu għaddew biss 51 minn 131 kandidat. Kuljum kien jimxiha mill-Ħamrun għal-Liċeo l-Belt, u lura, jekk ma jiddubbax rikba ma' xi karrettun taż-żibel! Kien tajjeb fil-lingwi, u studja l-Latin, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ingliż. Kellu kaligrafija sabiħa u kien ġie ppremjat għaliha. Iż-żmien tal-Liċeo Kien għadu l-Liċeo meta fil-ħin tar-rikreazzjoni Preca kien jinżel ix-Xatt tal-Belt, jitla' fuq l-iskejjen barranin li kien ikun hemm, u jitħallat mal-baħrin Griegi, Ingliżi, Taljani u Franċiżi bil-ħsieb li jgħallimhom xi it reliġjon. L-intelliġenza u s-simpatija kienu jallegraw lil dawn l-irġiel li kienu jkunu ilhom ħafna ma jaraw art. Ħafna minnhom kienu jiggustawh u jibqgħu impressjonati b'dal- ġuvnott ġentili li tant kien ifittex b'ħerqa l-ġid ta' għajru. Filgħaxija bħala abbati l-Ħamrun kien ilaqqa' lit-tfal wara l-barka u joqgħod jgħallimhom id-duttrina taħt id- direzzjoni tas-sagristan. Fiż-żmien tal-Liċeo, billi għażel il-Latin, sab ruħu ma' numru ta' żgħażagħ li kienu fit-triq tas- saċerdozju. Ta' 16–il sena hu wkoll daħal is-Seminarju jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Xi sena wara, iltaqa' ma' wieħed mill-għalliema tiegħu tal-Liċeo, Dun Ercole Mompalao, ħdejn il- Mall tal-Furjana, li fost affarijiet oħra qallu, "Preca, int għad tikber u nies li jirrispettaw 'l Alla jidħlu f 'familjarità miegħek u inti magħhom. Int għad issib xortik permezz tagħhom u huma għad isibu xortihom permezz tiegħek". U hekk kellu jkun. Il-"ħbieb tal-futbol" Għall-ħabta tal-1906, Preca ndiehes ma' grupp ta' żgħażagħ 140 SENA MINN TWELIDU SAN ĠORĠ PRECA