Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 Il-Purċissjoni tal-Misteri terġa' tingħata l-ħajja fil- Birgu wara aktar minn 50 sena Fl-ewwel minn sensiela ta' artikli matul dan ir-Randan, il-gazzetta ILLUM iżżur il-Birgu fejn qed jerġgħu jingħataw il-ħajja diversi tradizzjonijiet antiki marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa YENDRICK CIOFFI Ir-Randan daħal ġmielu. Għall- Insara huwa żmien ta' ġabra, ta' riflessjoni u ta' preparazzjoni għall-Għid il-Kbir. Iżda daqstant ieħor, partikolarment għall- Maltin, huwa żmien miżgħud bi tradizzjonijiet li jinżlu għasel ma' ħafna dilettanti, partikolarment dawk li għalihom, ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa huwa l-isbaħ żmien tas-sena. Fl-ewwel minn sensiela ta' artikli sal-Għid il-Kbir, il-gazzetta ILLUM niżlet il-Birgu fejn il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira reġgħet tat il- ħajja lil tradizzjoni li kienet ilha mejta 'l fuq minn 50 sena, jiġifieri l-purċissjoni tal-misteri. Għal min hu midħla taċ- ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa jaf li kull Ġimgħa fir-Randan huwa ddedikat lil wieħed mill-ħames misteri tat- tbatija, jiġifieri l-orazzjoni fl-Ort tal-Ġetsemani, il-flaġellazzjoni, l-inkurunazzjoni bix-xewk, it- tgħabbija bis-salib u l-mewt ta' Ġesu fuq is-salib. L-aħħar Ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira, issir imbagħad it-tiira devota ta' Marija Addolorata, jew id-Duluri kif insibuha l-Maltin. Fil-fatt, f 'diversi knejjes li għandhom il-vari tal-Passjoni, il- vari ma jinħarġux kollha f 'salt, iżda jinħarġu waħda waħda kull ġimgħa. F'dari, kull nhar ta' Ġimgħa, kienet issir il-purċissjoni tal-misteri, jiġifieri kull nhar ta' Ġimgħa kienet toħroġ purċissjoni b'dik il-vara li tirrappreżenta l-misteru li f 'dik il- ġimgħa jkun qed jiġi mmedidat. Biex nagħtu eżempju, fl-ewwel Ġimgħa tar-Randan kienet tinħareġ il-vara tal-Ort, fit-tieni Ġimgħa l-Marbut, fit-tielet Ġimgħa l-Ecce Home, fir-raba' Ġimgħa r-Redentur u fil-ħames Ġimgħa l-Vara l-Kbira, kif insejħulhom aħna l-Maltin. Din it-tradizzjoni kienet popolari b'mod partikolari l-Belt Valletta, ir-Rabat u anke fil-Kottonera, iżda maż-żmien inqatgħet u l-vari, anke jekk mhux kullimkien, kienu sempliċiment jinħarġu waħda waħda fil-knejjes, iżda minn din is-sena, fil-Birgu, din it-tradizzjoni reġgħet ingħatat il-ħajja. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Joseph Schembri, wieħed mill- organizzaturi taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Birgu li spjega kif din it-tradizzjoni kienet ilha snin li nqatgħet, tant li fi kliemu, lanqas ħafna mill-anzjani fil-Birgu ma jiakruha. Spjega kif meta din il-purċissjoni kienet għadha ssir, il-vari kienu jitniżżlu mill-Oratorju tal-Kurċifiss sal-Kolleġġjata ta' San Lawrenz fejn kienet tkun iċċelebrata quddiesa, iżda l-istatwi ma kinux jitħallew fil-Knisja u kienu jerġgħu jittellgħu lura u jintrefgħu fin-niċċa tagħhom biex imbagħad kienu jitniżżlu kollha f 'salt u jintramaw nhar l-Erbgħa tat-Tniebri, jiġifieri l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan kien isir minħabba l-Kwaranturi Solenni (jiem ta' adorazzjoni), li fil-Birgu għadhom sal-lum il-ġurnata jibdew nhar Ħadd il-Palm u jkomplu sat-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa. Imkien aktar f 'Malta ma ssib Knisja li tiċċelebra l-Kwaranturi f 'dawn il-jiem. Anke jekk dawn għadhom isiru sal-lum, il-vari ma għadhomx jerġgħu jittellgħu lura fl-Oratorju, iżda jitħallew armati fil-knisja, biex hekk, it it din tilbes il-libsa tal- Ġimgħa Mqaddsa. "Anzjan li jiakar dawn il- purċissjonijiet irrakkontalna dak li kien isir u ħadna interess u ddeċidejna li nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-purċissjoni tal-misteri," spjega magħna Schembri. Hawnhekk ta' min isemmi kif tradizzjonalment, is-settijiet tal- vari tal-Ġimgħa Mqaddsa kienu jirrappreżentaw biss dawn il- misteri u anke x-xbieha ta' Marija Addolorata. Maż-żmien żdiedu vari oħra, inkluż il-Veronika u Kristu Mejjet, jew il-Monument kif insibuh aħna l-Maltin. Illum l-aktar settijiet tradizzjonali huma dawk tal-Belt, il-Kottonera u r-Rabat. F'lokalitajiet oħra żdiedu wkoll aktar vari, bħal ngħidu aħna l-Aħħar Ċena f 'Ħal Qormi, id- Difna f 'Raħal Ġdid u l-Katidral ta' Għawdex, jew l-Inżul mis-Salib fil- Qala. Allura x'qed isir fil-Birgu? Joseph Schembri spjegalna kif kull nhar ta' Ġimgħa, fis-6:00pm, qed tinħareġ il-vara li tirrappreżenta dak il-misteru li jkun qed jiġi mmedidat dakinhar u titniżżel proċessjonalment sal-Kolleġġjata ta' San Lawrenz. Mill-Oratorju tal-Kurċifiss, fejn l-istatwi jinżammu matul is-sena, il-purċissjoni titla' lejn il- Pjazza u tinżel minn Triq Nestu Laiviera għall-Kolleġġjata fejn tkun iċċelebrata quddiesa. Sa issa, inħarġu proċessjonalment l-istatwi tal-Ort u l-Marbut. Nhar il- Ġimgħa l-purċissjoni ssir bl-istatwa tal-Ecce Homo. Schembri spjegalna kif il-Ġimgħa ta' wara, il-purċissjoni se tkun qed issir bil-vara tal-Veronika, minħabba l-fatt li r-Redentur inħareġ purċissjoni nhar Ras ir- Randan u għalhekk diġà jinsab fil- Knisja. Ikompli l-proġett tal-vestwarju l-ġdid Għal min hu midħla tal-festi jaf li waħda mill-karatteristiċi tal- istatwi fil-Knisja Kolleġġjata ta' San Lawrenz tal-Birgu hija l-fatt li l-istatwi huma mlibbsa vestwarju tad-drapp, fuq stil Spanjol. Kemm l-istatwa titulari ta' San Lawrenz, l-istatwa antika ta' San Ġużepp u anke l-istatwi kollha tal- Ġimgħa l-Kbira huma mlibbsa bid- drapp. Joseph Schembri spjega kif dan il-proġett tal-vestwarju l-ġdid fuq l-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira beda s-sena li għaddiet. Fil-fatt, is-sena li għaddiet, sar l-ilbies ġdid għall-istatwa tal- Veronika. Schembri kompla jispjega kif din is-sena qed jiżżanżan il- vestwarju l-ġdid tal-istatwi tal-Ort u tar-Redentur. Aktar tradizzjonijiet li ngħataw il-ħajja Iżda l-purċissjoni tal-misteri mhijex l-uniku tradizzjoni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa li reġgħet ngħatat il-ħajja fil-Birgu. Joseph Schembri fakkarna li s-sena li għaddiet, għall-ewwel darba wara 140 sena, fit-toroq tal-Birgu rritornat il-purċissjoni s-sewda, purċissjoni devozzjonali li ssir nhar l-Erbgħa tat-Tniebri b'relikwarju storiku li jinsab meqjum fil-Kolleġġjata tal-Birgu u li jkun espost biss it sigħat fis-sena. Dan ir-relikwarju fih xejn inqas minn 20 relikwa relatati mal- passjoni ta' Kristu. Dan kien inġib Malta bis-saħħa tal-inkwiżitur Paolo Passionei. Fil-fatt, qabel niżel għall-ewwel darba fil-Kolleġġjata ta' San Lawrenz, dan ir-relikwarju kien ittieħed fil-kappella tal-Palazz tal-Inkwiżitur minn fejn bdiet it- tranżlazzjoni. Mis-sena li għaddiet, din il- purċissjoni reġgħet bdiet issir mill- istess Kappella sal-Kolleġġjata. Oriġinarjament, f 'din il- purċissjoni kienu jieħdu sehem l-iskjavi li kienu jaħdmu fuq ix- xwieni tal-Ordni ta' San Ġwann. Ritratt: Gabriel Treeby Coleiro L-istatwa tal-Ort fl-ewwel Purċissjoni tal-Misteri wara ħafna snin Il-Purċissjoni s-Sewda: ir-relikwarju antik li jintuża waqt il-Purċissjoni s-Sewda