Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport Cynthia Frendo Duca tkompli tagħmel isem għal pajjiżna ... din id-darba fil-Kosovo Open illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Cynthia Frendo Duca - fost l-aqwa bowlers li qatt ipproduċa l-bowling f 'pajjiżna u li fil-jiem li għaddew, ħadet sehem fil-Kosovo Open fejn temmet fir-raba' post waqt li kklassifikat bħala l-aħjar mara. Hija nnifisha tatna iktar dettalji rigward is-sehem tagħha f 'dan it-tournament prestiġjuż: "Ftit tal-jiem illu tlajt il- Kosovo, biex nilgħab ġo tournament Kosovo Open. "Bħala tournament ma kienx wieħed mill-akbar, fejn kien hemm xi 60 parteċipant ġejjin mill-Maċedonja, is-Slovenja, it-Turkija, il-Kosovo, il- Bulgarija, Ċipru u l-Albanija. Lgħabt l-ewwel squad il-Ħamis filgħaxija, u lgħabt verament tajjeb, fejn kisbt skor ta' 231 scratch average. Kelli kważi logħba perfetta fejn tfajt il-logħba ta' 279, hekk kif fid-disa' frame tfajt shot verament tajjeb u ħallieli 'solid' 9 pin. B'dan ir-riżultat ikkwalifikajt mill-ewwel għall-finali. Il- Ġimgħa erġajt lgħabt squad oħra u erġajt lgħabt logħob għoli u konsistenti. Sal-finali bqajt dejjem fl- ewwel post u kuntenta ngħid li ħadd ma rnexxielu jaqbiżni. Fil-finali peressli kont mal-aqwa erba' plejers, qbiżt l-ewwel fażi u mort direttament għat-tieni fażi. F'din il-fażi, kellna biss tliet logħbiet, u minn 14-il plejer jgħaddu biss erba' plejers għas- semi-finali, għalhekk ma tantx kien hemm spazju għal żbalji. Il-logħob tal-plejers l-oħra kien għoli. Fl-ewwel logħba tfajt logħba tajba ta' 221. Fit-tieni logħba ħarġitli logħba inqas tajba, il-ballun ma bediex jagħmel dak li xtaqt nara, u għalekk kelli bżonn inbiddel ftit il-logħba. Sfortunatament ukoll, fallejt spare importantissimu. Kif bdejt it-tielet logħba, erġajt bdejt nara li l-ballun ma kienx qed ikollu daqqa tajba mal-pins u bdejt inħalli dejjem xi 'corner pins'. Għamilt aġġustament tajjeb ħafna u rnexxieli nagħlaq logħba oħra tajba ta' 221 biex irnexxieli ngħaddi għall-fażi li kien imiss - is-semi-finali. Għas-semi-finali għaddejna jien u tliet irġiel oħra. Sfortunatament, il-logħob ma ġiex kif xtaqtu jiena, u tlift is-semi-finali b'10 pins, biex b'hekk ġejt fir-raba' post f 'dan it- tournament waqt li kklassifikajt bħala l-aħjar mara."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020