Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
26 sport IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum Filosofija ġdida għat-timijiet nazzjonali CRISTIAN ANTONY MUSCAT Il-proċess sabiex it-timijiet nazzjonali jadottaw ċertu filosofija ta' logħob beda jingrana mhux ħażin. Il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia, li hu responsabbli sabiex jimplimenta ideat tekniċi u tattiċi, għadu kemm lesta workshop ta' tlitt ijiem fejn kellu ċ-ċans li jiltaqa' mal-kowċis u l-membri l-oħra fi ħdan is-settur tekniku. Hu spjega l-filosofija tiegħu tal-logħba fuq kull livell tat- timijiet nazzjonali bħala parti minn proġetti tekniċi li qed isiru mill-amministrazzjoni tal-MFA fit-tentattiv li ttejjeb il-wirjiet u r-riżultati tat-timijiet nazzjonali fuq livell internazzjonali. Dan il-pjan qed jitqies bħala wieħed fit-tul sabiex ikun hemm żvilupp pożittiv iktar ma jgħaddi ż-żmien. Mangia qal li hu flimkien mal-kollaboraturi tiegħu bdew jaqsmu l-ideat sabiex ikun hemm direzzjoni. L-ewwel sessjoni ta' dan il- workshop iffoka fuq il-prinċipji tal-futbol kif ukoll dwar suġġetti oħra li fihom hemm bżonn jidħlu ideat ġodda sabiex verament isir il- progress mixtieq. Mangia kompla jgħid li dawn il-kunċetti ġew spjegati lill-kowċis bl-akbar dettall. Hu sostna li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jaħdem mat-timijiet li ġejjin minn kategoriji differenti sabiex dawn il-pjanijiet jidħlu fis- seħħ. Mangia spjega li jrid jibda proċess gradwali qabel ma timijiet ta' taħt is-16-il sena sa taħt id-19-il sena jimu kif se jsir il-metodu ta' taħriġ. Ġie diskuss ukoll il-kriterju kif se jkunu magħżulin it-timijiet nazzjonali speċjalment permezz ta' scouting effettiv. Mangia saħaq li jinsab ħerqan sabiex jaħdem aktar mill-viċin mal- kowċis rispettivi fejn l-attenzjoni ddur fuq it-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena li se jkollhom l-ewwel impenji internazzjonali fil-jiem li ġejjin. Dan il-workshop li sar fiċ- Ċentru Tekniku tal-MFA huwa preludju għall-ewwel impenji tat- tim nazzjonali tal-kbar li se jkun qed jaffronta lil Ġibiltà fis-26 ta' Marzu u l-Ażerbajġan erbat ijiem wara. Dawn il-partiti ta' ħbiberija se jsiru fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Għal Devis Mangia dan se jkun id-debutt uffiċjali tiegħu u se jkun assistit minn Davide Mazzotta u Guillermo Giacomazzi filwaqt li Alessandro Zinnari għandu l-kariga ta' kordinatur tekniku. It-tim ta' taħt il-21 sena, immexxi minn Silvio Vella se jkompli bl- impenji tiegħu fi Grupp 8 tal- kwalifikazzjoni b'żewġ logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Ukrajna fis-27 ta' Marzu u kontra l-Fillandja ħamest ijiem wara. Dawn il-logħbiet se jsiru fil-Gozo Stadium. Ix-xahar id-dieħel it-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena se jilgħab żewġ partiti ta' ħbiberija fic-Centenary Stadium kontra l-Montenegro fl-10 ta' Marzu u fit- 12 ta' Marzu. Il-plejer tal-pool ewlieni f 'Malta Lydan Debono qed jipprepara bis-sħiħ biex jieħu sehem f 'ħames tournaments ġewwa l-Ingilterra matul din is-sena fejn fihom se jkun qed jikkompeti kemm ma' plejers professjonali kif ukoll ma' dawk amateurs. Huwa nnifsu tana iktar dettalji: "Dawn huma serje ta' tournaments fejn fihom jinkisbu ammont ta' punti li fl-aħħar tat- tournaments, it-total tiegħek jaf ikun biżżejjed biex joffrulek l-istatus ta' 'professional'. Sabiex tagħmel hekk, trid tiġi mal-awqa 16 tal-amateurs. It-tournaments ħa jsiru ġewwa Bournemouth mit-13 sal-15 ta' Marzu, Walsall mill-15 sas-17 ta' Mejju, Hull mill-14 sas-16 ta' Awwissu, Tynemouth mill-25 sas- 27 ta' Settembru u l-aħħar wieħed ġo Isle of Man mit-23 sal-25 ta' Ottubru. L-organizzazzjoni li tieħu ħsieb dawn it-tournaments isejħulha l-IPA (International Pool Association). Jekk jirnexxieli nagħmel dan il- pass, ovvjament jinfetħuli ħafna bibien ġodda fis-snin li ġejjin. Bħalissa qed nitħarreġ fuq tliet sigħat kuljum sabiex inżomm il- livell li jirrikjedi biex nikkompeti f 'dawn it-tournaments. Nixtieq nirringrazzja lil San Ġwann Boċċi Klabb fejn fih inqatta' sigħat sħaħ nipprepara biex nitla' għal dawn it- tournaments u fl-aħħar u mhux l-inqas lill-isponsors tiegħi li mingħajrhom din l-opportunità ma kinitx issir realtà." Preparamenti intensivi għal Lydan Debono għal ħames tournaments fl-Ingilterra