Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
27 sport illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 Suċċess għal Jude Zammit fl-Ispartan Valmorel Races fl-Alpi CRISTIAN ANTONY MUSCAT Riċentement l-atleta ewlieni Malti Jude Zammit, ħa sehem b'suċċess fl-Ispartan Valmorel Races, Super 10K u Sprint 5K. Dawn huma tiġrijiet bl-ostakli bid-differenza li jsiru fir-reġjun Franċiż Auvergne-Rhone-Alpes b'għoli ta' 1400 metru. Kollox seħħ fl-Alpi, litteralment fuq is-silġ. Ir-rotta kellha aktar minn 20 ostaklu matul it-traġitt kollu. Ċerti ostakli kienu jinkludu piżijiet tqal, titla' fuq ħitan għoljin, tiddendel mal-ħadid u ħafna iktar. Meta int tonqos milli tissupera ostaklu, l-atleta jeħel penali ta' 30 burpees li jridu jsiru qabel ma tkompli t-tellieqa. Jude Zammit innifsu tana iktar dettalji: "Biex ngħidlek il-verità, kont ili nipprepara għal dan l-avveniment minn xhur qabel. Ovvjament f 'Malta m'għandniex silġ u għalhekk biex nipprepara kelli nfittex xi tip ta' art li għandha l-istess karatteristiċi. It-traġitt it-twil kien jinkludi tlajja' li kienu ferm wieqfa b'ħamrija ratba, tafal jiżloq u ramel. Fejn għandu x'jaqsam l-ostakli, tħarriġt f 'gym fejn tista' tipprattika l-crossfit. Minkejja kollox ma stajtx nipprepara għat-temperaturi taħt iż-żero u s-silġ li kien hemm f 'ċerti żoni li kienu jlaħħqu sa rkupptejja. Minkejja li ma kontx imdorri b'din it-tip ta' art, xorta rnexxieli noffri sfida lill- avversarji tiegħi u b'hekk ksibt it-tielet post fil-kategorija tiegħi fiż-żewġ tipi ta' tiġrijiet. B'dawn ir-riżultati, ikkwalifi- kajt għall-Ispartan Oberndorf European Championship li se jsiru f 'Settembru li ġej." It-traġitt it- twil kien jinkludi tlajja' li kienu ferm wieqfa b'ħamrija ratba, tafal jiżloq u ramel. Fejn għandu x'jaqsam l-ostakli, tħarriġt f'gym fejn tista' tipprattika l-crossfit