Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
28 sport IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum Maurice Formosa u Marie-Claire Aquilina jkomplu fit-triq tar-rebħa ġewwa l-Miżieb Hekk kif l-istaġun tal-2020 jkompli għaddej, il-Malta Mountain Bike Association kompliet tattira folla tajba kif wieħed seta' jara ġewwa l-Miżieb. Dan hekk kif it-tieni tellieqa tas-serje Trustmoore Cross Country rat kważi 90 parteċipant. Ta' inkoraġġiment, kien il- preżenza b'saħħitha minn rikkieba żgħar li ħadu sehem fil-kategoriji tal-Under 12 u l-Under 15. Dan inkluda kontinġent imdaqqas minn klabbs Għawdxin-Gozo Cycling Club, Shamrock Stars u TriGozo. Il-korsa tal-Miżieb hija famuża għad-dawriet tekniċi, toroq dojoq u t-telgħat wieqfa. Din is-sena, l-Assoċjazzjoni ddisinjat ir-rotta mill-gdid li kienet tinkludi numru ta'taqsimiet ġodda. Din il-bidla żieded l-isfida għal parteċipanti li ppruvaw jassiguraw post fuq quddiem. Elite Minkejja bidu mgħaġġel li rat lil Mark Bonnici (Agones SFC), Mark Zammit (Mosta AF Sign Studio) u Etienne Bonello (Team Greens) fuq quddiem, Maurice Formosa (The Cyclist) ftit wara ħa postu fuq quddiem sabiex iżomm postu fuq quddiem fil- klassifika tal-Elite. Madankollu, Formosa xorta għandu jżomm l-attenzjoni tiegħu lejn Brandon Sultana (Gozo Cycling Club) li qed itejjeb il-prestazzjoni tiegħu ma' kull tellieqa. Nhar il-Ħadd, minuta biss isseparat lit-tnejn. Sultana wkoll kellu jsostni prestazzjoni assertiva minn Mark Zammit li b'mod ċar kien qed jipprova jagħmel tajjeb għad-diżappunt tal-ewwel tellieqa fejn tilef fuq post tal- podju għal milli-sekondi. Fit-tmiem tas-sitt dawra tal- korsa, kienu Formosa, Sultana u Zammit ħadu l-ewwel, it-tieni u t-tielet postijiet rispettivament. Sport L-akbar kategorija tal- ġurnata rat 21 parteċipant jieħdu sehem. Din it-taqsima ma kinitx mingħajr azzjoni - partikolarment minħabba n-numru ta' problemi tekniċi u panċers tul it-triq. L-ewwel dawra rat lil Ariel Cruz (Shamrock Stars) imexxi l-grupp segwit minn Saviour Spiteri Peregin u James Hutchins (Mosta AF Sign Studio). Madankollu, l-postijiet kienu qed jinbidlu u dan wassal biex Hutchins spiċċa l-ewwel. Huwa kien segwit minn Cruz u Gordon Zahra (BRC Wheel Wizard). 40+ Iċ-ċiklista tal-Agones SFC, Dennis Dolci ħa postu fuq quddiem segwit minn Ramon Grech (Agones SFC) u l-veteran tat-Team Berria Racing Italia, Patrick Scicluna. Matul l-erba' dawriet, madankollu kien Scicluna li rreġistra l-aħjar ħinijiet u kompla jirreġistra t-tieni rebħa tiegħu għall-istaġun. Fit-tieni post Ramon Grech (Agones SFC) għamel l-almu tiegħu biex jagħti battalja tajba lil Scicluna. Fit-tielet post daħal Dennis Dolci, li ħa l-ewwel podju tiegħu għall-istaġun. 50+ Ir-rikkieb tal-Agones SFC, Enrico Bradamante, irreġistra rebħa b'vantaġġ ta' kważi erba' minuti fuq Gejtu Catania li daħal fit-tieni post. Wara Catanja kien David Pace. Pace, li okkupa t-tieni post għall-ewwel nofs tat-tellieqa, ltaqa' ma' problemi tekniċi li rawh jiġri parti tajba mill-aħħar dawra iżda xorta rnexxielu jġib it-tielet post. Nisa Ħabta minuri fil-bidu tat- tellieqa rat lill Marie Claire Aquilina (Team Greens), li kellha postha fuq quddiem, taqa' lura u ċ-ċiklista l-oħra tat-Team Danica Bonello Spiteri tieħu l-vantaġġ inizjali. Madankollu, id- determinazzjoni u l-ħila ta' Aquilina ratha terġa' tieħu postha fuq quddiem sabiex tirbaħ it-tellieqa b'vantaġġ ta' sitt minuti fuq Bonello Spiteri. Kien hemm distakk idjaq bejn Bonello Spiteri u Fiona Darmanin Tedesco (Mosta AF Sign Studio) b'din tal-aħħar ittemm it-tellieqa inqas minn minuta u nofs wara u tieħu t-tielet post. Juniors Kienet tellieqa bejn Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio) Darren Sultana (Gozo CC). It- tellieqa rat lil Chetcuti jżomm postu fuq quddiem biex jirbaħ it-tellieqa. It-tellieqa laqgħet ukoll grupp tajjeb ta'ċiklisti jipparteċipaw fil- kategorija Novice u numru ta' żgħażagħ taħt l-età ta' 15 u 12-il sena. Dawn il-kategoriji kellhom korsa iqsar iżda madankollu xorta offriet sfida tajba. Il-midalji ġew ippreżentati lir-rebbieħa fi tmiem it-tellieqa. Preżenti għaċ-ċerimonja kien ir-rappreżentant tal-isponsor ewlieni – Trustmoore, Stefan Sluijter li ħa sehem ukoll fil- Kategorija tal-Isport. Hu esprima s-sodisfazzjon tiegħu mhux biss għall-korsa iżda wkoll għall-organizzazzjoni u l-atmosfera. "Wieħed jista' jara b'mod ċar ix-xogħol siewi li qed jagħmlu l-membri tal-kumitat kif ukoll xi ċiklisti li qed jagħtu l-ħin tagħhom b'mod volontarju sabiex jagħmlu żgur li l-esperjenza tat-tellieqa tkun tal-aqwa livell u memorabbli għar-rikkieba. Konna partikolarment sodisfatti naraw ħafna Għawdxin jaqsmu l-fliegu, fi żmien il- Karnival, jieħdu sehem. Il-futur tal-isport qed jipprometti," spjega Pierre Zammit Endrich, president tal-Malta Mountain Bike Association. Il-Malta Mountain Bike Association Cross Country National Point Series qed tiġi sponsorjata minn Trustmoore Corporate Services u appoġġjata minn Malta Nutrition (Powerbar) u The Cyclist li pprovda assistenza teknika matul it-tellieqa. It-tielet tellieqa tat- Trustmoore Cross Country National Point Series isseħħ il-Ħadd li ġej, il-15 ta' Marzu ser tinżamm ġewwa l-Park Nazzjonali tal-Majjistral. Iktar informazzjoni tinsab fuq www.maltamountainbike.org. It-Trustmoore Cross Country National Point Series jirritorna għat-tieni tellieqa CRISTIAN ANTONY MUSCAT