Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum era.org.mt Environment & Resources Authority Hexagon House, Spencer Hill, Marsa. CAREER OPPORTUNITY CHIEF EXECUTIVE OFFICER Jobs Plus Permit No. 136/2020 The Role • • • Engage with all key stakeholders. The Person • • • • • Experience of policy and strategy development with results-oriented mind-set; • • The candidate should have a Bachelor's Degree (MQF Level 6) as recognized by NCFHE. Preference will be given to individuals who are also in possession of a Masters' Degree (MQF level 7) in management or equivalent; • Vitae via email on vacancies.era@era.org.mt by noon of 13th March, 2020 (CET). Human Resources Unit Environment and Resources Authority Email: vacancies.era@era.org.mt Kif wasalna sa hawn L-INĊIDENTI LI SUPPOST WISSEWNA! ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa kienet iddominata mill-inċident, hawn min diġà qed isejjaħlu qtil - għax fil-fatt huwa riżultat ta' negliġenza - ta' Miriam Pace. Pace, mara lil hinn mill-għajn pubblika li f 'dawn il-jiem spiċċat fiċ-ċentru ta' kontroversja u rabja palpabbli li nħasset, b'mod speċjali fuq il-midja soċjali. Parzjalment, ir-rabja trid titpoġġa f 'kuntest ta' qirda ambjentali madwar il-pajjiż u aktar minn hekk f 'kuntest ta' inċidenti simili s-sena l-oħra, li kienu bħal twissija għal dak li ġara din il-ġimgħa. Minkejja illi jingħad li l-ambjent ma jrebbaħx elezzjoni, jidher illi kellha tkun traġedja li ħasdet ħajja ta' omm illi fetħet l-għatu fuq frustrazzjoni u antipatija liema bħalha fil-pajjiż, lejn is-settur tal- kostruzzjoni illi jitqies minn bosta li ngħata wisq konċessjonijiet u wisq arja mill-Gvern. Il-gazzetta ILLUM qed tagħti it ħajja lil dan il-kuntest billi tagħti ħarsa lejn l-inċidenti li ġraw qabel dan - fl-2019 -biex tibda tiem aħjar ir- rabja kurrenti ta' bosta'. • Nhar l-24 ta' April 2019 tard billejl taqa' dar fi Gwardamangia • Knaten u ġebel mill-binja li waqgħet jispiċċaw fit-triq • Il-poplu jqum ixxukkjat u fit-triq il-Pulzija twissi biex in-nies joqogħdu 'l bogħod għax jista' jkun li taqa' parti oħra tad-dar • Tibda diskussjoni dwar l-industrija tal-kostruzzjoni, l-abbuż li jkun għaddej fiha u l-inkonvenjent • Persuna li tgħix fil-blokka tgħid li rnexxielha ssalva l-pet tagħha imma mill-bqija tilfet kollox • Kienu diġà saru rapporti lill-Pulizija dwar konsenturi li bdew jidhru fil- faċċata tal-blokka • Il-kuntrattur kien fuq il-post iżda ma jweġibx dwar ilmenti li setgħu saru lilu dwar il-konsenturi • Fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident, imma kien l-ewwel twissija għal dak li ġej! • Ġar jgħid li sa mnalla ma kinux reqdin in-nies għax kieku kienu jispiċċaw mirdumin • Ix-xogħol fuq l-iżvilupp maġenb din il-binja kien ilu għaddej mill-2017 • Nhar it-8 ta' Ġunju, Malta tqum għall-aħbar li waqgħet blokka ta' erba' sulari fil-Mellieħa • Din id-darba hemm mara anzjana maqbuda fil-kollass u allura tinxtered il-biża' li dan l-inċident ħalla vittma • Ħdejn il-blokka kien hemm xogħol ta' skavar • Tal-Protezzjoni Ċivili jagħmlu tfittxijiet biex jaċċertaw li ħadd mhu qiegħed taħt it-terrapien • L-anzjana li nqabdet kienet taħt xokk u s-salvataġġ tagħha ħa xi ftit tal-ħin • Mara u tifel li jgħixu fl-istess blokka u li kienu fuq ajruplan lesti biex jitilqu, kellhom jinżlu u jmorru l-isptar ħdejn il-ġara tagħhom • Mill-ġdid tqum kontroversja u dibattitu dwar l-abbużi fis-settur tal- kostruzzjoni u l-kuntratturi u l-MDA jibdew iħossu l-pressjoni tal-kritika mill-pubbliku • Ħamest ijiem wara l-Mellieħa, jerġa' jseħħ inċident fi Gwardamangia hekk kif jaqa' ħajt • Mill-ġdid din il-proprjetà li parti minnha waqgħet tinsab bieb ma' bieb ma' sit ta' kostruzzjoni fejn kien qed isir skavar • Id-diskussjoni tiħrax bil-pressjoni tikber tant li l-politiċi u l-MDA kellhom bilfors jiċċaqalqu fuq bżonn ta' riforma. Xhur wara titħabbar riforma fil-qasam tal-kostruzzjoni • F'dan il-każ il-perit kien wissa lill-kuntrattur biex ma jibdiex ix-xogħol iżda dawn il-pariri waqgħu fuq widnejn torox • Sandro Chetcuti dakinhar ukoll kien fuq il-post jitkellem mar-residenti tat-triq • Wieħed mir-residenti qal li kienu ilhom ftit li dehru konsenturi • Mara, Miriam Pace, tmut fir-raba' u l-agħar inċident tal-kostruzzjoni li seħħew • Id-dar taqa' u Pace tispiċċa mirduma taħt saffi sħaħ ta' ġebel u terrapien • Id-diskussjoni taħraq tinbidel f'rabja kbira u protesti kontra l-lobby tal- kostruzzjoni li jieħu ħafna mit-tort għal dan l-inċident L-ewwel twissija fi Gwardamangia Mara anzjana maqbuda fit- tiġrif ... it-tieni twissija Ħamest ijiem wara ... bini ieħor jaqa' Traġedja f'Santa Venera

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020