Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 LOBBYIST EĊĊEZZJONALI TA' SETTUR KONTROVERSJALI joqtol settur li qed iħalli ħafna flus fil-bwiet tal-investituri li qed idawrulek din ir-rota ekonomika. Dan apparti li kif għidna daħħal biljun fil-kaxxa ta' Malta. Apparti dan kollu tibqa' teżisti f 'univers xi it jew wisq vag, id-dinja tal-għoti tal-finanzi/rigali mid-dinja tan- negozju lill-partiti. Minkejja li dan l-operat jibqa' oġġett ta' misteru, mhux xi sigriet li l-partiti jsibu ħafna appoġġ finanzjarju minn kuntratturi u żviluppaturi kbar. Imbagħad ġiet l-MDA U Sandro Chetcuti Ta' min wieħed jiakar li qabel l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) ma kienx hemm għaqda li tiġbor fiha lill-kuntratturi u li allura torganizza l-interessi tal-kuntratturi u żviluppaturi. Bla dubju l-membri tal-MDA huma kuntenti ħafna b'Chetcuti hekk kif daqs qatt qabel, il- vuċi tagħhom qed tasal. Din hija xi ħaġa leġittima u wieħed jiem li l-lobbying hekk isir. Il-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat fil- fatt kif Chetcuti ried jitlaq imma ħafna mill- membri ma xtaqux dan. U mhux ta' b'xejn! B'Sandro fit-tmun kien verament l-aqwa żmien għal ħafna żviluppaturi! Iqum l-iljun aħdar! Il-protesti ambjentali qatt ma naqsu tul is-snin, biżżejjed niakru dawk dwar il-binja tal- Hilton lura taħt Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant jew dik kontra r-razzjonalizzazzjoni taż- żoni ta' żviluppi taħt Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi. Imma f 'dawn l-aħħar snin kien hemm elenku ta' protesti kważi ma jaqtgħu xejn dwar l-ambjent. L-ewwel protesta kbira kienet dik kontra l-iżvilupp propost u għoti tal-art taż-Żonqor f 'Wied il-Għajn lil Sadeen, li jmexxu l-Università Amerikana ta' Malta. Fuq din il-kwistjoni bdiet tqum ħafna oppożizzjoni mill-eks Deputata Laburista Marlene Farrugia. Matul is-snin saru diversi protesti fil-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar kontra l-fatt li bdew jingħataw permessi għall-pompi tal-petrol, b'waħda minnhom tispiċċa f 'kontroversja qalila hekk kif il-pulizija dehru jużaw forza eċċessiva kontra dawk preżenti. Saru protesti kontra l-iżvilupp massiċċ tad-Db fil-Bajja ta' San Ġorġ u l-art tal-Corinthia, kif ukoll saru protesti f 'Gwardamangia wara li waqgħu djar hemmhekk. Saru wkoll protesti dwar l-aċċess f 'Manoel Island. U lbieraħ saret protesta mill-Moviment Graffitti wara l-mewt ta' mara. Dan juri li l-lobby tal-ambjent, minkejja li jibqa' ineffettiv f 'elezzjonijiet qed jikber fil-forza ta' pressjoni fuq il-politiċi u forza li qed twassal ħafna aħjar il-messaġġ u tqajjem ħafna aktar il-kuxjenza dwar l-ambjent u l-limitazzjonijiet fl-art li għandna. Naturalment mal-medda ta' żmien allura Sandro Chetcuti spiċċa f 'nofs l-għajn tal-kritika. Aktar kemm sezzjonijiet ta' nies ħassew li qed tiżdied l-art mibnija, aktar saret qalila l-kritika għal Chetcuti. Sandro l-ħaruf tas-sagrifiċċju? Imma Sandro l-ħaruf u qed jiġi kkritikat b'mod inġust? L-ewwel u qabel kollox Chetcuti huwa l-wiċċ tal-lobby u allura kull darba li jkun hemm rabja palpabbli bħalma kien hawn matul din il-ġimgħa jeħel ma' kulħadd hu, inizzjalment. Numru ta' stqarrijiet li għamel dejjem bħal donnu jibqgħu jiġru warajh, bħal pereżempju meta qal li l-kostruzzjoni hija t-tiġieġa li tbid il-bajd tad-deheb jew meta qal li kemm il-PL u anke l-PN rieduh joħroġ għall-elezzjoni. Lanqas laħqet għaddiet kwarta minn meta tħabbret il-mewt ta' Pace li ma kinitx qed iddur karikatura ta' wieħed mill-karikaturisti ewlenin ta' pajjiżna li turih b'idejh imċappsin bid-demm. Din kienet indikazzjoni ċara li hu se jerġa' jieħu t-tort inizzjali, li din id-darba kien ġustament qalil għax mietet persuna. Jiġifieri jinħass li r-rabja hija ġġustifikata. Li mhux huwa li l-kritika lejn il-politiku fost il-pubbliku ma jinħassx li hija ugwali ma' dik lejn Chetcuti. Wieħed ma jistax jinsa illi Chetcuti huwa prodott tal- politiku li kabbru, tah il-poter u akkomodah. Kieku ma kienx għall-politiku li nefaħlu r-riħ fil-poppa, żgur ma kienx jikber daqs kemm kiber. Wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li Chetcuti huwa lobbyist tajjeb ħafna għal settur li joħloq ħafna wġigħ ta' ras.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020