Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum Riżultati pożittivi fl-edukazzjoni u x-xogħol OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL M eta jkollok pjan u viżjoni, b'determinazzjoni, dedikazzjo- ni u ħidma koordinata, tikseb ir-riżultati. Riżultati li kienu ppubblikati dan l-aħħar iqawwulna qalbna li d-direzzjoni li qed nieħdu kemm fil-qa- sam edukattiv u wkoll fil-qasam tax-xog- ħol, qed iħallu l-effett mixtieq. Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea 'Country Report Malta 2020', ippubblikat fis-26 ta' Frar, huwa wieħed minn dawn il-pubblikazzjonijiet li qed insemmi, li meta taqrah tara dak li nkiseb f 'dawn iż-żewġ oqsma. Ir-rapport jirrikonoxxi kif l-ekonomija ta' Malta għal dawn l-aħħar snin qed tesperjenza tkabbir ekonomiku u wkoll ħolqien sostnut ta' impjiegi. Jgħid li r-rati tal- impjieg qed ikomplu jikbru kemm għan-nisa u wkoll għall-irġiel, filwaqt li tikkonferma li r-rati tal-qgħad fit-tul u l-qgħad fejn jidħlu ż-żgħażagħ jinsabu taħt il-medja Ewropea. Il-parteċipazzjoni ta' nisa żgħażagħ fis-suq tax-xogħol kibret b'mod sinifikanti, fattur li għen ħafna fih iċ-childcare f 'pajjiżna. U hawn tara kif miżura li ħa dan il-Gvern, li jgħin lin-nisa li riedu jkomplu l-esperjenza tagħhom fuq il-post tax-xogħol wara twelid, ħadmet sew. Ir-rata tal-qgħad niżlet għal 3.4% fit-tieni kwart tal-2019. Ir-rapport jenfasizza l-fatt li fl-2018 ir-rata tal-impjiegi f 'Malta laħqet il-75.5% u li b'rata ta' 5.7%, it-tkabbir fl- impjiegi huwa l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata tal-qgħad hija wkoll ta' 3.7% - livell baxx rekord, inkluż ir-rata għal żgħażagħ bejn il-15-24 (9.1%). Il-kwota ta' żgħażagħ (15-24) li mhumiex f 'impjieg, qed jieħdu edukazzjoni jew forma ta' taħriġ hija ta' 7.3%, ħafna anqas mill-medja Ewropea ta' 10.5%. Ir-rata tal-qgħad fit-tul (1.1%) ukoll hija livell baxx rekord. Ir-rata ta' impjiegi ta' gradwati fil-VET (Vocational Education and Training) f 'pajjiżna hija wkoll ħafna iktar mill-medja Ewropea (91% mqabbla mal-79.5% fl-UE fl- 2018). B'mod ġenerali wkoll qed ikun hemm iktar studenti li jagħżlu suġġetti VET fl- iskejjel sekondarji – ir-rata kibret minn 23% fl-2016 għal 55% fl-2019. Malta ħadet passi biex ittejjeb ir-relevanza fis-suq tax-xogħol għal initial VET. In-numru ta' apprentistati tal-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) żdiedu għal 950 fis- sena akkademika 2019-2020, 130 iktar mis- sena ta' qabel. Fl-2019 l-MCAST żiedet ukoll sitt apprentistati ġodda fuq bażi ta' degree fil-livell sitta ta' Baċellerat. Dan iwassal lill-istudenti biex jiksbu kwalifikazzjoni rikonoxxuta fl-istess ħin li jgħaddu minn esperjenza ta' xogħol. Ir-rapport jinnota li n-numru ta' studenti ġodda fl-edukazzjoni terzjarja qiegħed jikber sew. Mill-2013 għall-2017, in-numru ta' studenti ġodda fl-edukazzjoni terzjarja żdied bi 23.3%, persentaġġ li jirrifletti fatturi demografiċi u wkoll miżuri li ttieħdu biex ikun hemm aktar faċilità ta' aċċess. Malta żviluppat diversi inizjattivi biex tippromwovi ħiliet fil-qasam diġitali. Fl- 2017 kien hemm aktar żgħażagħ (16-19) li rrappurtaw li għandhom livell ogħla ta' ħiliet diġitali meta mqabbel mal-medja Ewropea (74% f 'Malta – 57% fl-UE). Għaddejja wkoll ħidma mal-edukaturi biex ikunu mgħejjuna jdaħħlu teknoloġija diġitali fis-sistema ta' tagħlim biex ikunu mtejba aktar ir-riżultati u l-prestazzjonijiet tal-istudenti. Nilqa' dawn ir-riżultati pożittivi filwaqt li ninnota setturi oħra li fihom kien hemm titjib sinifikanti b'riżultat tal- implimetazzjoni ta' miżuri u wkoll inizjattivi oħra, speċjalment fir-rata tas-sehem tan- nisa fis-suq tax-xogħol u wkoll fil-kwota ta' ħaddiema low-skilled u studenti li jabbandunaw is-sistema edukattiva. Intenni dak li għidt diġà. Il-ħidma tagħna se tissokta biex naraw lil dawn iż-żewġ setturi importanti ferm, dejjem jissaħħu għall-benefiċċju ta' kulħadd. * * * Issa dan ir-rapport jagħti ħarsa lejn is-suq tax-xogħol u l-impjiegi. Imma dan kompla jitieb kif wieħed jista' jara mill-aħħar statistika ppubblikata mill-Aġenzija Nazzjonali tal- Isatistika fuq informazzjoni pprovduta mill- Jobsplus. U dan ikompli jikkonferma l-ħidma sfieqa li qed issir. F'Settembru tal-2019, dawk irreġistrati b'xogħol fulltime żdiedu b'5.7% filwaqt li dawk b'xogħol partime bħala x-xogħol ewlieni tagħhom żdied b'2.9% meta mqabbla ma' Settembru tal-2018. Fuq perjodu ta' sena, f 'Settembru kien hemm ukoll (eskluż il-partimers) żieda ta' ħaddiema fis-suq tax- xogħol li telgħu għal it aktar minn 223,000 ruħ. B'rata ta' 6.3%, iż-żieda ta' ħaddiema nisa fis-suq tax-xogħol kienet akbar minn dik tal- irġiel li laħqet il-5.4%. Impjiegi rreġistrati fulltime fis-settur privat żdiedu b'10,979 għal 172,840, filwaqt li n-numru ta' persuni reġistrati bħala self-employed fulltime telgħu b'1,371 meta mqabbla ma' Settembru tal-2018. * * * Meta tara dawn ir-riżultati pożittivi, tipprova tiem kif l-Oppożizzjoni tipprova ddawwar pożittiv f 'negattiv u aktar minn hekk, tgħawweġ il-fatti. Din il-ġimgħa kelli nirrispondi għal stqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar pubblikazzjoni oħra – dik tal-PISA. Skont ir-riżultati tal-PISA, l-iskejjel tal-istat tejbu r-riżultati tagħhom fl-2015 u fl-2018 meta mqabbel mal-2009, meta taħt amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista l-iskejjel tal-istat kellhom l-agħar riżultati. Taħt l-amministrazzjoni preżenti, l-iskejjel tal-istat irreġistraw titjib konstanti fit-tliet oqsma, jiġifieri fix-xjenza, fil-matematika, u fil-litteriżmu, bl-amministrazzjoni tibqa' impenjata dejjem aktar favur aktar titjib. Dwar l-early school leaving, huwa evidenti li l-Oppożizzjoni mingħaliha li s-sitwazzjoni għadha kif kienet meta kien fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista. Dakinhar, Malta kellha l-agħar sitwazzjoni fost il-membri fl-Unjoni Ewropea. Dan inbidel, tant li minn sitwazzjoni ta' rata ta' school leaving ta' 21.7% fl-2012, Malta rnexxielha tkun il-pajjiż fost il-membri kollha fl-UE li l-aktar irnexxielu jnaqqas in-numru ta' early leavers, bir-rata tal-2018 tkun dik ta' 17.5%. Hawnhekk ukoll, waqt li l-Gvern jinnota dan it-titjib, jibqa' impenjat biex inqas żgħażagħ ikunu early leavers. L-Oppożizzjoni nsiet issemmi riżultati oħra sbieħ li Malta qed jirnexxilha tikseb fl-edukazzjoni. Ma semmietx li l-ammont ta' żgħażagħ li jtemmu l-istudji terzjarji telgħu minn 26.3% fl-2012 taħt l-amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista għal 34.2% fl-2018 taħt l-amministrazzjoni preżenti. Lanqas ma ssemmi li l-ammont ta' persuni mhux fl-edukazzjoni, lanqas fix- xogħol u lanqas fit-taħriġ (NEETS) naqas drastikament—minn 14% fl-2012 għal 9.5% fl-2018. L-Oppożizzjoni lanqas ma ssemmi li l-Kummissjoni Ewropea nnifisha, f 'waħda mill-pubblikazzjonijiet tagħha, irrikonoxxiet it-tiġdid li qed iġġib magħha 'My Journey' fl-iskejjel sekondarji tagħna, u li biha, skont il-Kummissjoni, l-edukazzjoni saret aktar relevanti u ser tkun qed tkompli tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-early leavers. Hija ħasra li l-Oppożizzjoni ma tirrikonoxxix li qed isir titjib, imma tkompli tiżgwida l-pubbliku. Il-Gvern ser jibqa' jaħdem biex aktar tfal u żgħaġagħ jiksbu l-milja possibbli tagħhom tul il-vjaġġ edukattiv bla ma jingħalqulhom bibien ta' opportunitajiet tul ħajjithom. * * * F'Jum il-Mara, nestendi l-isbaħ xewaqt lill- qarrejja nisa kollha ta' dan il-ġurnal. Owen Bonnici Mill-2013 għall-2017, in-numru ta' studenti ġodda fl-edukazzjoni terzjarja żdied bi 23.3%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020