Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

Edward Zammit Lewis 20 opinjoni Jum il-mara – mhux illum biss! N emmen li l-mara għandha tiġi ċċelebrata mhux biss fi 8 ta' Marzu iżda s-sena kollha. Se nagħżel li nuża dan l-ispazju biex nitkellem dwar ix-xogħol li qed nagħmel bħala Ministru biex naraw li n-nisa jkomplu jkollhom iċ-ċans li juru l-potenzjal tagħhom fis-setturi kollha. Waħda mill-affarjiet għal qalbi fid- dekasteru tiegħi, hija li naħdem biex in-nisa tal-lum, u ta' għada, ikollhom opportunitajiet daqs l-irġiel. Ma rridux nimbuttaw 'il quddiem mara sempliċiment għax hija mara, iżda għax hija kapaċi, u għax nemmnu li għal snin twal mara kienet tibqa' lura minħabba l-ġeneru. Dejjem ngħid li l-azzjoni hija iktar importanti mid-diskors. Fil-fatt, fil- Ministeru li mmexxi jiena, ta' kuljum naħdmu biex nipprattikaw politika li ma tħarisx lejn uċuħ, u li tirrispetta kull ġeneru. B'dan f 'moħħna, f 'dan il-Ministeru għandna madwar 55% tal-ħaddiema li qegħdin f 'pożizzjonijiet importanti, li ta' kuljum jieħdu d-deċiżjonijiet, li huma nisa. Insemmi wkoll kif fil-bank tal- ġudikatura, għandna iktar minn nofs, (56%) tal-ġudikanti li wkoll huma nisa. Bħal-lum ġimgħa fakkarna ż-'Zero Discrimination Day', ġurnata li fl-opinjoni tiegħi tirrelata sew ma' Jum il-Mara. Huwa b'hekk li jiena kburi li qed immexxi 'l quddiem liġi dwar l-ugwaljanza, li nbdiet mill-predeċessur tiegħi, illum Kummissarju Ewropew, Helena Dalli. Din il-liġi hi waħda revoluzzjonarja għal pajjiżna. Din il-liġi bħalissa tinsab fl-istadju tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Abbozzi tal-Liġijiet, u se tkun qed tara li tinqata' kull tip ta' diskriminazzjoni fis-soċjetà Maltija, filwaqt li tassigura l-promozzjoni tal-Ugwaljanza bi prinċipji ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd. B'rabta ma' dan se tkun qed titwaqqaf f 'Malta l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza skont il- Prinċipji ta' Pariġi. Din il-Kummissjoni se tkun qed tieħu post l-NCPE u mistennija ssaħħaħ ix-xogħol tajjeb li sar s'issa u tagħti rimedji effettivi lill-vittmi tad- diskriminazzjoni. Għalhekk inħares 'il quddiem biex ngħaddu l-proċess demokratiku parlamentari, biex ikollna kummissjoni b'qafas leġiżlattiv b'saħħtu li jipproteġi aktar id-drittijiet umani, bi trattament ugwali għal kulħadd. Inħossni onorat ukoll li bħala raġel, se nkun qed immur il-Parlament biex flimkien mas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nippreżenta abbozz ta' liġi b'saħħtu b'mekkaniżmu korrettiv tal-Ġeneru. Dan ifisser li fis-sitwazzjoni preżenti, se jkun qed jassigura li wara l-elezzjoni ġenerali, għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, se jkollna minimu ta' 40% tal-Membri Parlamentari li huma nisa. Fenomenu li dal-aħħar kien fuq fomm kulħadd kien dak tal-vjolenza domestika. Minkejja li dan ilu minn ewl id-dinja, ma nistgħux inserrħu moħħna, u rridu naraw li ma niqfux qabel neredikaw din il-pjaga soċjali. Il-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru b'hekk, ukoll hija parti integrali mix-xogħol ta' dan il- Ministeru mmexxi minni, hekk kif wara li bħala Gvern irratifikajna l-Konvenzjoni ta' Istanbul, bħala Ministeru qed insaħħu l-Kummissjoni, bl-ewwel Kummissarju ngaġġata fuq bażi full-time. Rajna wkoll li din il-Kummissarju jkollha r-riżorsi kollha neċessarji, u b'hekk rajna li nżidu l-baġit allokat b'75%, meta mqabbel mal-allokazzjoni finanzjarja għas-sena 2019. L-akbar allokazzjoni fl-istorja minn kemm ilha mwaqqfa l-istess Kummissjoni. 'Ġenerazzjoni Ugwaljanza' hi t-tema magħżula mill-Ġnus Magħquda waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Mara għal din is-sena. F'għeluq il-25 sena mid- dikjarazzjoni ta' Beijing li fiha kien imfassal pjan ta' azzjoni għal ugwaljanza tal-ġeneru, huwa issa ż-żmien li fih id- dinja tingħaqad biex tara xi progress sar u jkollna miżuri serji u deċisivi favur akbar ugwaljanza sħiħa. Biex nagħlaq, irrid ngħid li dan il- Gvern, ilu minn mindu ġie elett jara kif itejjeb l-indipendenza ekonomika tal-mara. Dan b'miżuri soċjali li permezz tagħhom, ħafna nisa daħlu, jew bdew jidħlu lura, fid-dinja tax-xogħol. Jimlini b'kuraġġ il-fatt li għadd ta' pajjiżi oħra qed iħarsu lejn biex jimplimentaw diversi miżuri soċjali li ħadna bħala pajjiż, u jaddattawhom f 'pajjiżhom. Ma nħobbx nirrepeti, jew niaħar b'dak li sar tajjeb fil-passat, iżda wieħed tajjeb li jiakar kif permezz tal-introduzzjoni taċ-childcare b'xejn, ħinijiet itwal fl-iskejjel primarji u sekondarji, trasport b'xejn għall-istudenti kollha, u kif ukoll bit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, komplejna nżidu l-indipendenza tal-mara, b'konsegwenza li ngħollu l-livell t'għixien tagħha u tal- familja tagħha. Fl-aħħar nett, nixitieq nawgura Jum il- Mara mill-aqwa, lin-nisa kollha f 'pajjiżna, waqt li ngħidilkom bis-sħiħ, li jien parti mhux biss mill-Ġenerazzjoni Ugwaljanza, iżda mill-Gvern tal-Ugwaljanza! IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum Edward Zammit Lewis huwa Ministru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Inħossni onorat ukoll li bħala raġel, se nkun qed immur il-Parlament biex flimkien mas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar nippreżenta abbozz ta' liġi b'saħħtu b'mekkaniżmu korrettiv tal-Ġeneru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020