Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 • illum 'Il-ġinnastika hi dixxiplina sabiħa li tgħinek tiżviluppa kull parti CRISTIAN ANTONY MUSCAT Nataliya Pantileeva twieldet fl- Ukrajna nhar il-25 ta' Diċembru 1979. Hi kowċ ikkwalifikata fil-ġinnastika u rrappreżentat lil pajjiżha kemm meta kienu magħrufa bħala l-Unjoni Sovjetika kif ukoll aktar tard bħala l-Ukrajna. Il-karriera tal-ġinnastika bdietha meta kellha biss erba' snin fejn il- movimenti tagħha kienu ferm naturali u li kkonvinċew mhux biss lill-ġenituri tagħha iżda wkoll il-kowċis sabiex tkompli tiżviluppa din id-dixxiplina. Meta kellha disa' snin hi kienet magħżula mal-Pre-Juniors tat-tim nazzjonali Sovjetiku fejn it-taħriġ kien ibbażat fil-belt ta' Moska. Meta tqis li kien hemm kompetizzjoni kbira minn diversi ġinnasti tal-pajjiż li kienu bl-eluf, hi ġiet magħżula sabiex tieħu sehem f 'diversi tournaments internazzjonali. Fl-1992 meta kien hemm il-waqgħa tal-Kommuniżmu u l-Unjoni Sovjetika ma baqgħetx teżisti, hi kompliet il- karriera tagħha fejn bdiet tirrappreżenta lil pajjiżha stess l-Ukrajna li kien wieħed mill-istati li ħareġ minn din l-Unjoni. It- taħriġ tagħha din id-darba kien ibbażat fil-belt ta' Kiev. Hemmhekk Pantileeva ħadet sehem f 'diversi kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. Hi kompliet bis-suċċessi tagħha tant li rebħet diversi trofej u midalji. L-iktar avveniment li baqgħet tiftakar seħħ fl-1993 meta kellha 14-il sena. Fil-fatt hi ħadet sehem f 'tournament fil-belt Slovakka ta' Trnava fejn grazzi għall-wirjiet tagħha u l-movimenti mill- isbaħ tal-ġinnastika, ikkonvinċiet lill- ġudikanti li jtuha l-aqwa voti possibbli. Bis-saħħa ta' dan ir-riżultat, hi rrappreżentat lill-Ukrajna fil-kampjonati mondjali fl-1994 fejn ukoll kellha wirjiet tajbin. Pantileeva kellha ċ-ċans ukoll li tieħu sehem fil-Logħob Olimpiku tal-1996 li sar f 'Atlanta. Sentejn wara jiġifieri fl-1998 hi kellha tieqaf tikkompeti f 'dan l-isport sabiex qabdet il-karriera fil-kowċing. Wara perjodu fejn bdiet f 'pajjiżha stess, fis-sena 2002 hi ngħaqdet mat- tim nazzjonali Eġizzjan fejn hemmhekk hi qattgħet 10 snin tmexxi, tikkordina u tikkowċja diversi ġinnasti tal-pajjiż. Din il-persistenza u d-dedikazzjoni tat ir-riżultati għax wasslet diversi ġinnasti Eġizzjani sabiex jieħdu sehem f 'żewġ edizzjonijiet tal-Logħob Olimpiku. Fis-27 ta' Diċembru 2015 hi ngħaqdet bħala kowċ mal-federazzjoni Maltija tal-ġinnastika, kariga li għadha tokkupa sal-lum il- ġurnata. Anke hawn hi qiegħda tkompli bil- missjoni tagħha sabiex flimkien mal- kollegi tagħha ttejjeb il-livell tal-ġinnasti Maltin, tikkontribwixxi għal aktar parteċipazzjoni f 'kompetizzjonijiet internazzjonali u fuq kollox tippromwovi aktar dan l-isport ferm sabiħ. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- ġinnastika? Minn dejjem kienet togħġobni l-ġinnastika. Ikkompetejt f 'isem l-Ukrajna u ta' 14- il sena ħadt sehem f 'turnament f 'Trnava fejn irnexxieli nikkwalifika għall- kampjonati Mondjali li kienu se jsiru s-sena ta' wara. Kelli ċ-ċans ukoll li nieħu sehem fil-logħob Olimpiku li saru fil-belt ta' Atlanta. Il-ġinnastika minn dejjem kienet fija. Wara li kelli nieqaf minn din id- dixxiplina, iddeċidejt li nesplora karriera oħra, dik tal-kowċing. Mort nikkowċja fl-Eġittu għal għaxar snin u issa ili f 'Malta għal dawn l-aħħar erba' snin. Żgur li nista' nqis il-ġinnastika bħala parti importanti minn ħajti. Nataliya Pantileeva - kowċ mal-Federazzjoni Maltija tal-Ġinnastika, bil-missjoni ewlenija tagħha tkun dik li flimkien mal-kollegi tagħha ttejjeb il-livell tal-ġinnasti Maltin, tikkontribwixxi għal aktar parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet internazzjonali u fuq kollox tippromwovi aktar dan l-isport ferm sabiħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020