Illum previous editions

ILLUM 8 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 sport illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 sabiħa ħafna minħabba parti ta' ġismek' Kemm ilek tikkowċja l-ġinnastika hawn Malta? Fis-27 ta' Diċembru li għadda għalaqt erba' snin bħala kowċ tal-ġinnastika f 'Malta. F'dawn l-erba' snin ippruvajt nagħti l-kontribut tiegħi sabiex din id- dixxiplina tkompli tiżviluppa dejjem aktar fil-gżejjer Maltin u b'xi mod naħseb li rnexxieli nagħti s-sehem tiegħi bl-esperjenza li nġorr f 'dan il-qasam. Qegħdin naraw riżultati ferm pożittivi mill-ġinnasti Maltin li għandhom perseveranza liema bħalha sabiex jirnexxu dejjem aktar f 'din id-dixxiplina. Semmejt il-bidliet f 'dan l-isport. Liema kienu l-bidliet pożittivi li rajt fil- ġinnastika Maltija? Rajt bidliet kbar iseħħu u kollha kemm huma kienu pożittivi. Kien hemm bidliet fil-mentalità tal- ġinnasti u riżultati ferm aħjar miksuba minnhom. Dan kollu jġib ukoll aktar midalji u unuri kemm kollettivi kif ukoll individwali. Minkejja kollox rajt ukoll żieda fil- parteċipazzjoni f 'dan l-isport. Kif għedtlek min-naħa tiegħi ppruvajt nagħti sehmi sabiex ikun hemm dawn it- tip ta' bidliet. Riċentement intom kontu involuti f 'kompetizzjoni f 'Novi Sad fis-Serbja. Hemmhekk kellkom riżultati ferm sbieħ. Iva morna tajjeb ħafna f 'din il- kompetizzjoni. Konna qed nistennew li jkollna riżultati tajbin għax ħdimna qatigħ sabiex naslu għal dan il-livell. Matul ix-xhur li għaddew kellna ħafna trainingcamps u ħadna sehem f 'diversi kompetizzjonijiet fejn ħadna esperjenza kbira. Iż-żgħażagħ li pparteċipaw irrappreżentaw lil Malta bl-aħjar mod possibbli u kienu kunfidenti li jmorru tajjeb. Il-kunfidenza tgħin sabiex ikollok wirja tajba u li biha timpressjona lill- ġudikanti li qed jaraw dak li għamlu l-ġinnasti tagħna. Meta qed ngħid kunfidenza, jien dejjem ngħallimhom biex jibqgħu saqajhom mal-art iżda meta jmorru hemmhekk ikunu konvinti li se jmorru tajjeb għax dan kollu jagħtik nofs is- suċċess. X'inhi l-opinjoni tiegħek fuq il- ġinnasti lokali? Il-ġinnasti lokali qed jagħmlu sforz kollettiv sabiex itejjbu l-livell tagħhom. Fuq livell individwali qed nara titjib immens minn dawn l-istess ġinnasti. Anke l-federazzjoni Maltija tal- Ġinnastika qed taħdem qatigħ għal dan l-għan. Qed isiru kompetizzjonijiet nazzjonali u minnhom qed joħroġ ħafna frott. Dan kollu jagħtina aktar kuraġġ biex nibqgħu nħarsu 'l quddiem. X'taħseb li hemm bżonn isir sabiex il-ġinnastika hawn Malta tikber ħafna iktar? Għalkemm qed ikollna progress kbir hemm ħafna aktar affarijiet li jridu jsiru sabiex nitjiebu dejjem aktar. Nemmen li jekk ma jkollniex kowċis ikkwalifikati se jkun diffiċli li l-ġinnastika titla' skaluna oħra. Għandna bżonn ukoll li l-gyms li jospitaw it-tfal u l-għaqdiet li jorganizzaw dawn l-attivitajiet jikbru aktar. Jien bniedma determinata li ma nkunx kuntenta u ngħid issa lħaqna livell partikolari u daqshekk. Bħala atleta jew kowċ dejjem trid timmira għall-aħjar possibbli. B'hekk biss jasal is-suċċess. Semmejt il-faċilitajiet. Kemm taħseb li hi problema n-nuqqas ta' spazju sabiex torganizzaw xi tip ta' attivitajiet? Iva naħseb li n-nuqqas ta' spazju hi problema kbira ħafna. Aħna bħala klabb ippruvajna norganizzaw xi attivitajiet internazzjonali jew inkella nospitaw training camps minn xi timijiet barranin li riedu jiġu. Madankollu qed nara li mhux qed insibu l-għajnuna mill-awtoritajiet konċernati. Naħseb li fuq kollox għandhom ituna l-faċilitajiet mingħajr ma nħallsu ċenteżmu meta tqis li qed inġibu timijiet barranin lejn il-gżejjer Maltin. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-ġinnastika. Il-ġinnastika hi dixxiplina sabiħa ħafna minħabba li tgħinek tiżviluppa kull parti ta' ġismek. Barra minn hekk, il-ġinnastika tgħinek sabiex tkun tajjeb anke fi sport ieħor għax fiżikament iżżommok b'saħħtek. Għalkemm mhux xi dixxiplina daqshekk faċli, tagħtik ħafna sodisfazzjon. Nemmen li jekk ma jkollniex kowċis ikkwalifikati se jkun diffiċli li l-ġinnastika titla' skaluna oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 March 2020