Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
13 intervista illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 mikrobu u l-infermiera fina' Din setgħet ġiet minn rettilu li għandu ġisem kompletament differenti. Jispjega kif il-Covid-19 irnexxielu jidħol minn annimal għal bniedem u jgħaddi minn bniedem għall-ieħor u fl-istess ħin jissaħħaħ, mhux kif normalment jiġri, jiddgħajjef. Huwa jgħid li dan jagħmel il-virus mhux prevedibbli. "Hemm żewġ fatturi li jiddistingwu virus minn ieħor u dawn huma: kemm dan il-virus jittieħed u kemm hi r-rata tal- imwiet ikkawżata minnu," jispjega Pace. "Is-SARS u l-MERS kellhom rata ta' mwiet għolja, vera imma - anke jekk se tinstema' kerha meta tgħidha - meta jkollok imwiet sa ċerta punt din qed tiġi kkontrollata, kuntrarjament għall- Coronavirus ta' issa li bih 80% ma jkollhomx għalfejn imorru l-isptar u allura jibqgħu jxerrdu." 'Messna għalaqana mal-Lombardija' Jaħseb li bħala pajjiż ħadna azzjoni meħtieġa tard? "Iva żgur. Aħna messna għalaqna l-mument li l-Lombardija ngħalqet." Huwa qal illi l-argument li ċ-Ċina hija 'l bogħod u m'hawnx titjiriet diretti ma jreġġix, għax il-marda għandha rata ta' inkubazzjoni ta' 14-il jum. 'Qed nieħdu l-istess miżuri tal-pesta' Pace jagħmel paragun interessanti u jgħid li llum qed nieħdu l-istess miżuri li konna nieħdu fil-Medju Evu meta nxterdet il-pesta. "Dak iż-żmien kienu l-istess qed jagħlqu l-fruntieri, bliet imma anke toroq biex ma tkunx tista' toħroġ mit-triq." 'Malta bħal vapur ... għalhekk irridu nagħmlu lockdown' Biex jagħti eżempju ta' għalfejn Malta wkoll għandha bżonn tmur għal lockdown komplet, fi kliem ieħor li ħadd ma joħroġ jekk mhux għan-neċessità huwa jġib l-eżempju tal-cruise li kellu każi tal-virus u ma tħalliex jidħol f 'diversi portijiet, inkluż dak ta' Malta. Huwa jgħid illi sakemm kien qed jopera normali r-rata tat-tixrid tal-marda kien ta' 75%. Meta mbagħad ittieħdu miżuri u kulħadd kellu joqgħod fil-kabina tiegħu r-rata ta' tixrid niżlet għal 17%. "Jiġifieri l-għajta li ma tħallix nies jinġabru u ma jsirux attivitajiet tal-massa tagħmel sens. Dan allura għandu jfisser li pajjiżna għandu jagħmel l-istess, għax pajjiżna qisu vapur kbir." Fil-verità dan jikkuntrasta xi ftit jew wisq mal-argument preċedenti ta' Pace li ma jingħalqux l-iskejjel. Huwa qal li jekk Malta tagħmel dak li qed jagħmlu t-Taljani issa u nitgħallmu mill-iżbalji ta' ħaddieħor ma taffettwaniex daqstant. Huwa fakkar li l-probabbilità hija li Malta se jkollha każ ta' persuna li tiġi infettata minkejja li ma tkunx siefret imma minn persuna Maltija oħra u meta jiġri hekk "nikkalmaw, mhux l-aħħar tad-dinja. Nieħdu ħsieb, inżommu kwarantina, innaqqsu l-ħruġ jew immorru fil-kampanja u ma mmorrux fejn ikun hemm ħafna nies," jappella Pace. Temm dan il-punt jappella biex tar- ristoranti jagħmlu affarijiet biex tkun tista' taħsel idejk u alcoholic rubs. "Ġieli tmur ristoranti tara sinkijiet imkissrin, bla sapun u bla ilma ... dawn l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu jsiru. Dawn huma affarijiet bażiċi." Finalment l-ILLUM tistaqsi lil Pace jekk l-infermiera humiex lesti biżżejjed u għandhomx biżżejjed protezzjoni. "Li qed ituna huwa xi ftit limitat, tajjeb għall-ITU mhux għal din il-marda respiratorja. Pajjiżi oħrajn qed jingħataw protezzjoni kompluta li jgħatti ras il- persuna kollha. "Nista' nħabbar ukoll iżda illi l-Mininstru laqa' dawn it-talbiet u qed nistennewhom ġejjin." Itemm b'erba' talbiet oħra: l-ewwel nett li l-infermier ikollu l-kwarantina tiegħu hekk kif huwa l-aktar persuna qrib il- persuna li għandha l-Covid-19. It-tieni nett l-MUMN qed titlob 'danger money' bħala inċentiv kif ukoll tnaqqis fit-taxxa tal-overtime ħalli aktar nies jaħdmu u rotazzjoni tax-xifts ħalli kulħadd ikun qed jagħti sehmu u kulħadd ikun parti mill-ħidma kontra dan il-virus. Pace temm jappella: "Issa wasal iż- żmien li tinvestu fl-infermiera għax huma se jkunu fuq quddiem, 24 siegħa kuljum." "Qegħdin fi gwerra kontra mikrobu u l-infermiera jridu jiġġildulu. Mela aħsbu u investu fina," item l-intervista Pace.