Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 letteratura illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 Dan l-artiklu nkiteb minn Matthew Borg, wieħed mill-ħaddiema tal-KNK, minflok l-artiklu tas-soltu ta' Kevin Saliba, li dal-ġimagħtejn kien se jikteb dwar il-mistiedna internazzjonali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Minħabba raġunijiet ovvji l-Festival kellu jitħassar. Dawn kienu l-kotba li rebħu fil-kategorija rispettiva tagħhom għall-kotba għall- adulti. Ħaduna minn riflessjoni f 'forma ta' novella għal kuljum, il-preżentazzjoni tal-ħsus poetiċi tal-ħajja ta' kuljum li naturalment jaħarbulna, sal-espressjoni artistika tal-qagħda ambjentali f 'Malta fi żwieġ oriġinali mar- riċerka, id-dokumentazzjoni fidila ta' dawk li għalkemm illum ma jidhrux qegħdin hemmhekk, bennejja tagħna, u finalment it-tiix metikoluż tat-twelid ta' nazzjon. Il-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb iħeġġek biex tagħti titwila wkoll lejn il-kotba ta' dawk li rebħu l-premji speċjali; Alfred Sant - rebbieħ tal-Premju għall- Kontribut Siewi fil-Qasam tal- Letteratura u l-Kotba; Gioele Galea - rebbieħ tal-Premju għall- Aħjar Awtur Emerġenti; Maria Grech Ganado - rebbieħa tal- Premju Poeta Lawreat; u l-ktieb Parallel Existences. e Notarial Archives: A Photographer's Inspiration (Kite Group) li rebaħ il-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta' Ktieb bl-Isbaħ Dehra. Hemm hi, lista ta' kotba li aktarx se jservukom għal eventwali kwaratina u anki aktar minn hekk! Id-dieħla nippreżentawlkom ir- rebbieħa tal-kotba għat-tfal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020