Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Kif miġjub fuq il-liżar ċinematografu mill-kumpanija Blumhouse, Fantasy Island, li hu ispirat mis-serje televiżiva tal-istazzjon ABĊ fl-1977 hu produzzjoni aktar vjolenti u oskura. Mr. Roarke (Pena), il-maniġer enigmatiku ta' lukanda lussuża fuq gżira eżotika, liebes impekkabbli kollu abjad, kapaċi jirrealizza l-fantasiji tal-mistednin tiegħu. Però, hu javżahom li ma' kull xewqa li sseħħ magħha wieħed ikollu prezz qares xi jħallas lura. Fuq ajruplan li jillandja fuq l-ilma jaslu ħames persuni li jalloġġjaw f 'din il- lukanda. Ix-xewqat u l-fantasiji tagħhom se jieħdu l-ħajja u se jpoġġuhom f 'sitwazzjonijiet ta' biża', terrur, torturi u b'mod diffiċli kif se jsalvaw minn fuq din il-gżira li se ssir għalihom nassa mortali. Hemm bżonn li huma jridu jsolvu l-misteri ta' dan il-lokal jekk iridu jiskappaw b'ħajjithom intatti. Fantasy Island tant hu konfuż, tant fih inċidenti varji, sikwit jaqleb minn wieħed għall-ieħor li tistħajjel li hu magħmul minn ftit produzzjonijiet distinti. Fil-kumpless tiegħu, dan ix-xogħol maħdum minn atturi ineffiċjenti, ma jagħmilx sens u l-final ikompli jħawwad l-imħuħ. Minkejja li hu rreklamat bħala film tal- biża', dan hu aktar iffokat fuq il-vjolenza u t-torturi fejn xi wħud jaġixxu ta' żombis. Il-fotografija tax-xenarju eżotiku hi aktarx l-unika grazzja. Iżjed kien jixraqlu t-titlu ta' Island of Terror and Turmoil! 23 films illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 taċ-ċinema minn din il-ġimgħa FANTASY ISLAND Brahms: The Boy II huwa speċi ta' spin- off mill-film tal-biża' u qtajja' tal-2016, The Boy. Sfaċċatament ispirat mis-serje tal-pupu mxajtan Chucky (Child's Play) u anki mis-serje Annabelle, din il-produzzjoni tistrieħ fuq qtajja' b'mużika verament qawwija. Familja żagħżugħa, Liza (Holmes), żewġha Sean (Yeoman) u t-tfajjel Jude (Convery) imorru jgħixu f 'dar komda fil- kampanja Ingliża. Sfortunatament, dawn ma jkunux konxji mill-istorja oskura u traġika ta' Heelshire Mansion. Ftit wara, sgass bil-lejl minn żewġ ħallelin iħalli lil Liza b'rasha maqsuma u lit-tfajjel Jude trawmatizzat u mutu għal diversi xhur. Waqt li jkun jippassiġġa fil-foresta, iċ-ċkejken isib pupu attraenti tal- porċellana midfun fil-wiċċ tal-ħamrija. Tant jinkaram wara Brahms, l-isem tal-pupazz, li Jude jiffissa fuqu u anki jissakkar miegħu f 'kamartu. Malajr fid-dar jibdew iseħħu affarijiet strambi u tas-sopranaturali li jinkwetaw bil-kbir lil Liza. Meta hi tfittex fuq l-istorja tad-dar tagħha, issir taf b'sensiela ta' traġedji u biża' li ilhom iseħħu minn żmien ir- Reġina Vittorja. Hi tiddeċiedi li tipproteġi lil Jude, imma forsi se jkun tard wisq. Jew forsi hi u r-raġel għandhom huma bżonn tal-għajnuna? Wara bidu eċitanti u fluwidu, Brahms: the Boy II jaqa' f 'rutina ta' inċidenti u ingredjenti oħra li rajniehom ad nauseam ġo produzzjonijiet fis-snin riċenti tal- passat. M'hemm xejn oriġinali f 'dan ix-xogħol u bħall-pupa Annabelle, b'libsa tassew attraenti ta' żmien is-snin 40 ta' wara l-gwerra, Brahms hu tassew dekorattiv b'ilbies tal-epoka Vittorjana. Atturi Ewlenin: Katie Holmes; Owain Yeoman; Christopher Convery; Ralph Ineson; Anjal Jay. Direttur: William Brent Hill. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 86 min. Ċert. 15 BRAHMS: THE BOY II Atturi Ewlenin: Tiffany Haddish; Rose Byrne; Salma Hayek; Billy Porter; Jennifer Coolidge; Ari Graynor. Direttur: Miguel Arteta. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 83 min. Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020