Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
26 sport IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum 'Konvinta li bid-dedikazzjoni u x-xogħol, huma l-bidu minn sena ta' suċċess' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif għażilt il-weightliing fost sport ieħor? Minn mindu kont żgħira dejjem kont immur il-gym tal-Crossfit ma' missieri u kont nipprova nagħmel bħalu għaliex vera kien ta' ispirazzjoni u għalhekk minn dejjem ridt li nagħmel sport li jinvolvi l-piż tqil. Barra minn hekk huwa sport ta' sfida u iktar jagħtini kuraġġ biex nistinka iktar. X'unuri prinċipali rbaħt fil-karriera tiegħek fil-weightliing? Kull kompetizzjoni hija esperjenza ta' sodisfazzjon u kollha għandhom l-unuri tagħhom iżda naħseb li l-iktar kompetizzjonijiet li ħadt sehem fihom li jfissru għalija huma dik tal-European Union fejn ksibt il-midalja tal-bronż kontra 'l fuq minn 13-il pajjiż fil- kategorija tiegħi u dik kienet l-ewwel midalja għal Malta f 'dik il-kompetizzjoni, il-European Championships fejn ġejt fil-ħames post kontra l-aqwa atleti tal- Ewropa u l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Weightlifting fejn irbaħt il-midalja tad-deheb fil-kategorija tal-youths u l-fidda fil-kategorija tal-kbar. X'tikkummenta fuq il-fatt li propju it tal-jiem ilu, irnexxielek tikser żewġ rekords nazzjonali? Kull sena qed nikser iktar u iktar rekords. Eżempju fl-2019 ksirt 144 rekord nazzjonali u tnejn Ewropej - eżattament tnejn f 'kull sessjoni - U15, U17 u U23 Juniors / Seniors, jiġifieri konvinta li bid-dedikazzjoni u x-xogħol, dawn ir- rekords li ksirt huma l-bidu minn sena ta' suċċess. X'differenza tgħaddi bejn il-weightliing u l-powerliing? Għalkemm iż-żewġ sports jinvolvu l-użu tal-piż, ma jfissirx li huma l-istess. F'kompetizzjoni tal-weightlifting hemm żewġ lifts - l-isnatch u l-clean and jerk u għandek tliet attentati għal kull lift filwaqt li f 'kompetizzjoni tal-powerlifting hemm tliet lifts - il-bench press, squat u d-deadlift li huma lifts totalment differenti minn tal-weightlifting. Weightliers Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-weightliing madwar id- dinja? Matul is-sena ikun hemm diversi kompetizzjonijiet. Ovvjament mhux kollha tkun tista' tattendi għalihom minħabba li jkun hemm minnhom fl- istess ġimgħa però nippruvaw nattendu f 'ħafna kompetizzjonijiet ta' livell għoli ħalli b'hekk inkomplu niżviluppaw il- ħiliet tagħna. Mhux kull weightlifter Malti jattendi kompetizzjonijiet kbar għaliex il-livell irid ikun għoli però hawn ħafna li jattendu f 'kompetizzjonijiet barra minn xtutna. X'tikkummenta fuq il-president tal- Malta Weightliing Association, Jesmond Caruana, li huwa wkoll il-kowċ personali tiegħek? Jesmond jagħti ħafna mill-ħin tiegħu lill-weightlifting - tista' tgħid iddedika ħajtu għal dan l-isport għaliex imexxi l-kumitat kif ukoll jikkowċjana. Barra li jikkowċjani u jgħamilli l-programm speċifikament għalija, jagħmel ukoll ħafna sagrifiċċji meta tkun ħa tiġi organizzata xi kompetizzjoni hawn Malta għaliex f 'kompetizzjoni hemm ħafna xogħol li ma jidhirx iżda mingħajru ma jkun jista' jsir xejn. Eżempju din il-kompetizzjoni li saret fl-aħħar ta' Frar u fil-bidu ta' Marzu kienet waħda ferm kbira li ġabet magħha ħafna xogħol li kellu jieħu ħsiebu Jesmond Caruana. Ovvjament ikun hemm il- kontribuzzjoni tal-voluntiera iżda xorta waħda x-xogħol li jagħmel il-kowċ huwa xogħol li l-kompetizzjoni timxi fuqu u fejn pajjiżi oħra għandhom tim sħiħ imexxi l-ewwel parti tal-kompetzzjoni. Hawnhekk f 'Malta għandna lil Jesmond li jieħu ħsieb il-maġġoranza tax-xogħol li fiha kompetizzjoni. Madankollu, nista' ngħid li f 'għajnejja Jesmond huwa l-iktar persuna li jaħdem favur l-isport tal- weightlifting Malti u mingħajru l-isport ma jistax ikompli jiżviluppa u jilħaq l-aħjar tiegħu. X'għajnuna finanzjarja ssibu minn Sport Malta u mill-Kumitat Olimpiku Malti? Iż-żewġ organizzazzjonijiet jagħtuni ħafna sapport kemm finanzjarju kif ukoll f 'sens ta' kuraġġ. Mingħajrhom l-isport f 'Malta ma jkunx jista' jikber u jilħaq pajjiżi oħra. Bis-saħħa tal-għajnuna u l-appoġġ tagħhom l-isport f 'Malta għandu futur sod u b'saħħtu biex jibqa' jikber mal-ġenerazzjonijiet. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju tiegħek u mal-weightliing? L-iskola tgħinni ħafna. Anke meta jkun hemm xi kompetizzjoni matul iż- żmien tal-iskola tgħinni ħalli b'hekk inlaħħaq dak li nkun tlift u nerġa' naqbad. Mingħajrhom hija ħafna iktar diffiċli l-ħajja għaliex li tattendi l-isport fiż-żmien tal-iskola, li tiddedika ammont ta' ħin mill-ġurnata għall-weightlifting u taf li l-għada trid tqum kmieni għall- iskola mhux faċli. Xi spejjeż partikolari jinvolvi l-isport tal-weightliing? Bħala ammont ta' flus li toħroġ għall- kompetizzjoni mhumiex ħafna għaliex hemm l-għajnuna tal-assoċjazzjoni mbagħad barra dawn hemm l-ispejjeż bażiċi biex inti tkun tista' tagħmel l-isport b'mod iktar effiċjenti u ta' sigurtà bħalma huma l-ispejjeż għaż-żarbun tal- weightlifting, aċċessorji biex tippreveni l-injuries u l-uniformi li tintuża għal waqt il-kompetizzjoni. U l-weightliing jinvolvi xejn injuries? Kull sport jinvolvi l-injuries jekk ma jkunx ipprattikat b'mod sew. Il-kowċ tagħna Jesmond Caruana l-ewwel li jibda billi jgħallem sew it-teknika mbagħad wara li t-teknika tkun preċiża jibda jiżdied il-piż jiġifieri għalkemm kull sport fih l-injuries, l-isport tagħna jinsab f 'idejn tajbin u b'hekk in-numru ta' injuries dejjem jonqsu. Konxju wkoll mill-fatt li l-weightliing jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Agħtina iktar dettalji. Mhux kull weightlifter isegwi dieta partikolari iżda kollha jippruvaw joqogħdu attenti li jieklu l-karboidrati qabel it-taħriġ u l-proteini wara. Jiena personalment ma nsegwix dieta iżda ma nikolx affarijiet li mhumiex tajbin għal saħħti jew inkella m'għandhomx użu. L-uniku żmien li nsegwi dieta żgħira hu Tenishia Thornton - weightlifter żagħżugħa ewlenija Maltija li fil-jiem li għaddew kompliet ittejjeb ir-riżultati tagħha fil-Malta International Open li kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tagħha. Hi kienet l-unika parteċipanta fil-kategorija tal-45kg u rnexxielha terfa' snatch ta' 55kg u clean and jerk ta' 70kg għal total ta' 125kg. B'hekk hi rebħet tliet midalji ta' kull sezzjoni