Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

coronavirus 05 illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 Qabel il-Covid-19 aktar minn 34% kienu inkwetati dwar il-kostruzzjoni - juri sondaġġ xjentifiku ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-kwistjoni tal-Coronavirus sparat 'il fuq fil-lista ta' kwistjonijiet ta' tħassib biex hija waħda mill-aktar kwistjonijiet li qed tinkwieta lill-Maltin. Dan jirriżulta minn sondaġġ xjentifiku li sar mill-gazzetta ILLUM meta inċident ta' kostruzzjoni li ħalla mara mejta kien għadu frisk fil-memorja tan-nies u fl- istess ħin ukoll li daħlet il-Coronavirus f 'Malta. Dan is-sondaġġ fil-fatt, sar bejn nhar it-Tlieta 3 ta' Marzu u nhar it-Tlieta 10 ta' Marzu u juri taħlita ta' żewġ kwistjonijiet li kienu qed jinkwetaw lill- Maltin b'mod serju u li ħalla lil kulħadd jiddiskuti u jiddibatti fuq il-midja soċjali - il-kostruzzjoni, wara l-każ li ħalla lil Miriam Pace mejta u emerġenti, mix- xejn, il-kwistjoni tal-Coronavirus. Iktar kemm teskala din il-problema, iktar mistennija titla' 'l fuq fil- kwistjonijiet li qed iħassbu lill-Maltin u l-Għawdxin. Sa meta bdew ifaqqgħu l-każi f 'Malta, 18 b'kollox f 'ġimgħa, il-Coronavirus kienet diġà telgħet bħala r-raba' l-aktar kwistjoni li qed tinkwieta lill-poplu. Sa nhar it-Tlieta fil-fatt iċ-ċifra ta' nies inkwetati minħabba l-virus (7.4%) kien diġà jiżboq dak tal-popolazzjoni (0.8%), l-ekonomija (1.8%), l-ambjent (3.8%), il-barranin li jaħdmu Malta (6%) u anke l-korruzzjoni (6.5%). L-uniċi suġġetti li kienu qed jinkwetaw aktar lill-Maltin sa ftit qabel ma bdew jiżdiedu sew il-każi ta' Coronavirus kienet il-kostruzzjoni (34.2%), it-traffiku (11%) u l-immigrazzjoni rregolari (10.8%). Ċifri li qed ikunu ppubblikati illum stess fuq il-gazzetta oħt Malta Today juru kif 43% huma inkwetati ħafna dwar il- Coronavirus filwaqt li 42.7% huma 'xi ftit' inkwetati. Ftit iktar minn 14% qalu li ma tantx huma inkwetati. Iż-żgħażagħ l-aktar inkwetati, fl-ewwel jiem Jidher li fl-ewwel jiem l-aktar li kienu inkwetati b'10.6% kienu dawk li għandhom bejn 18 u 35 sena. Fuq bażi ġeografika kienu l-Għawdxin b'13.3% l-aktar inkwetati bil-Coronavirus malli dan beda dieħel pajjiżna fi tmiem il- ġimgħa li għaddiet. Bi kważi 8%, dawk li għandhom livell sekondarju ta' edukazzjoni l-aktar li kienu inkwetati dwar dan il-virus filwaqt li t-tħassib kien id-doppju fost dawk li vvutaw lil-Labour fl-aħħar elezzjoni. Qabel inqala' dan kollu - Miriam Pace Qabel inqala' dan kollu r-rabja kienet dwar Miriam Pace u s-settur tal- kostruzzjoni. Fil-fatt 34% ta' dawk li ħadu sehem dan is-sondaġġ qalu li huma inkwetati dwar il-kostruzzjoni. L-aktar inkwetati kienu n-nisa bi 38.2%, dawk li jgħixu fit-Tramuntana tal- pajjiż fejn 41.6% qalu li din il-kwistjoni qed tinkwetahom u dawk ta' bejn it-36 u l-50 sena b'37.3%. Intant kienu 40% ta' dawk li għandhom livell primarju tal-edukazzjoni li kienu inkwetati dwar il-kostruzzjoni u l-inkonvenjent li dan joħloq, filwaqt li 35.4% ta' dawk li vvutaw PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Sondaġġ xjentifiku tal-ILLUM juri li qabel bdew jiżdiedu l-każi ta' Coronavirus 34% kienu mħassba dwar il-kostruzzjoni Għawdex 26.58% Tramuntana 10.27% Tramuntana tal-Port 9.39% Xlokk 18.98% Nofsinhar tal-Port 17.39% Punent 17.39% Tħassib dwar il-coronavirus skont fejn tgħix

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020