Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Coronavirus ġennet lid-dinja u mhux inqas lil Malta fejn għaddejjin tentattivi biex kemm jista' jkun jiġi evitat it-tixrid tagħha. Imma apparti kwistjoni ta' saħħa - l-aktar taħraq għax tolqot il-ħajja - hemm ukoll tħassib u inkwiet ekonomiku. Wieħed malajr inaqqas mill-gravità tal-fatturi ekonomiċi, imma m'għandux għax ara! Kemm aħarna b'lira ddur u l-flus fil-but, jekk il- pandemija tal-Coronavirus ittawwal fiż-żmien id-dinja kollha, inkluż Malta tidħol f 'riċessjoni. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' numru ta' nies li jmexxu setturi kruċjali għal pajjiżna u lkoll jpinġu stampa mill-aktar kerha tal-istat li l-ekonomija se tidħol fiha u li forsi qiegħda fiha. Andrew Agius Muscat (MHRA) - 'In-negozju qed jistaġna' Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv (CEO) tal- Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Restoranti Maltin (MHRA) Andrew Aguis Muscat li qal illi bħalissa n-negozji turistiċi qed jistaġnaw. "Qed jistaġnaw. Is-sitwazzjoni hija inkwetanti. Hemm problema u rridu nirrikonoxxuha," jibda jispjega s-CEO. Huwa jispjega kif hemm żewġ gruppi ta' turisti. Dawk tal-gruppi u l-konferenzi u dawk ta' familji u individwi. "Kellna ħafna kanċellazzjonijiet fost dawk l-individwi li bbukkjaw diġà però ħafna gruppi qed jipposponu u allura jħarsu lejn l-aħħar tas-sena, hemm gruppi li qed iħassru wkoll," jammetti Agius Muscat. Hu jgħid illi s-suq ta' bookings ġodda huwa "totalment wieqaf." "Is-sitwazzjoni hija ta' inkwiet," jammetti Agius Muscat li jgħid illi għalissa l-lukandiera qed joqogħdu lura milli jkeċċu ħaddiema permanenti imma jgħid li qed jitkeċċew ħaddiema li huma fuq bażi temporanja bħala miżuri ta' tnaqqis ta' spejjeż. F'kummenti mal-ILLUM Agius Muscat qal li ma kienx jaf b'sitwazzjonijiet fejn ħaddiema qed jitpoġġew fuq bażi ta' four day week, però ma ċaħadx li din jista' jkun li qed tiġri. "Iktar kemm titwal iktar se tiggrava din il-problema," stqarr is-CEO tal-MHRA li qal illi l-assoċjazzoni għaddejja wkoll b'diskussjonijiet mal-banek biex isiru inċentivi bħal 'vaganza' mit- taxxa jew moratorju fuq self. "Bħalissa għandna problema ta' flus kontanti fl-idejn (cashflow) għax għadna ħerġin mix-xitwa u bħal daż-żmien dejjem ikollna din il-problema. Jiġifieri l-fatt li dan qed jiġri issa jiggrava l-affarijiet iktar." Meta Agius Muscat kellem lil din il-gazzetta l-MHRA kienet diġà f 'diskussjonijiet mal-Gvern għal miżuri li jistgħu jittieħdu biex dan is-settur ikun salvat, speċjalment fid-dawl tal-fatt li pajjiżna issa qed jagħlaq l-aċċess għal ħafna mill- pajjiżi li huma swieq ewlenin ta' pajjiżna prinċipalment - l-Italja, il-Ġermanja u Franza (sa' nhar l-Erbgħa). Dwar il-prospetti għax-xhur li ġejjin Andrew Agius Muscat qal illi l-bidu tas-sena kien tajjeb imma mbagħad "kollox mar il- baħar." Huwa semma l-attakki terroristiċi tal-2011 u l-gwerra tal-Golf fid- 90ijiet u qal li anke f 'dawn każi l-ekonomija qalgħet daqqa għalkemm sostna li din hija differenti minħabba li qed isir lockdown tal- pajjiżi u allura l-effett huwa akbar. "Kulħadd qed jiġi affettwat. Naturalment kulħadd qed jiġi affettwat b'mod differenti, skont in-natura tan-negozju li jmexxi ... is-sitwazzjoni fit-turiżmu imma hija waħda serja." "Pajjiżna qala' ħafna daqqiet, bl- Italja jkun is-suq ewlieni tagħna," temm ifakkar. Joe Muscat (GTA) - 'Sitwazzjoni ta' sfida kbira' Il-gazzetta ILLUM kellmet ukoll lil Joe Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat- Tu r i ż m u 08 coronavirus IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum MCAST is an equal opportunities employer. • Project Administrator - ERDF 9.036 (Jobsplus Permit No. 679/2019) Closing date Wednesday 25 March 2020 by 12.00pm. For further details, requirements and application process go to MCAST jop portal http://jobs.mcast.edu.mt MCAST IS RECRUITING Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the European Regional and Development Fund Co-financing rate: 80% European Union; 20% Na onal Funds 'Is-sitwazzjoni hija ħażina ħafna Erba' persuni fil- qalba tat-turiżmu jaqblu li s-settur qed jiffaċċja inkwiet serju u huwa staġnat, l-industrija tat- TEFL tagħmel telf li jista' jkisser numru ta' operaturi... Andrew Agius Muscat Joe Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020