Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
10 analiżi IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum ILHA TINDAQQ 100 SENA U TIBQA' L-MIMMI TA' GĦAJNEJN IL-ĠUŻEPPINI Ftit jiem biss qabel is-solennità ta' San Ġużepp, il- gazzetta ILLUM qed tippubblika t-tieni artiklu minn sensiela dwar l-aktar antifoni magħrufa fil-gżejjer Maltin. L-ILLUM tħares lejn l-antifona tas-surmast Carlo Diacono, Joseph Fili David, miktuba biex tindaqq fil- Knisja ta' Sidtna Marija ta' Ġesù tar-Rabat tal-Imdina fejn l-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tiċċelebra bl-akbar solennità l-festa tal-Patrun tal-Knisja Universali YENDRICK CIOFFI Fit-tieni artiklu mis-sensiela dwar l-antifoni, il-gazzetta ILLUM terħilha lejn il-parti magħrufa bħala r-Rabat tal- Imdina biex tisma' u titpaxxa bl-antifona sabiħa Joseph Fili David, li ħarġet minn idejn Carlo Diacono u li din is-sena qed tagħlaq mitt sena minn meta ndaqqet għall-ewwel darba fil-festa ta' San Ġużepp, anke jekk minħabba l-fatt li l-festa ġiet ikkanċellata minħabba l-coronavirus, din is-sena mhux se tkun qed tindaqq u tpaxxi lill-Ġużeppini. Minkejja ż-żmien li għadda minn fuqha, din l-antifona, flimkien mal-innu popolari li ħareġ mill-pinna tal-istess Diacono, huma l-mimmi ta' għajnejn mhux biss il- Ġużeppini Rabtin u l-Arċikonfraternità li torganizza l-festa, iżda tista' tgħid tad- devoti kollha ta' San Ġużepp imxerrda madwar Malta u Għawdex. Kif għamlet fl-ewwel artiklu, dwar l-antifona Sancte Paole, tal-Kolleġġjata Pawlina tal-Belt Valletta, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn din l-antifona, tispjega l-karatteristiċi tagħha, tagħti ħarsa lejn il-ħajja tas-surmast li kitibha u għaliex le, tispjega xi tfisser bil-Malti wkoll. Imma l-antifona x'inhi? Fl-ewwel artiklu minn din is-sensiela dwar l-antifoni, il-gazzetta ILLUM spjegat xi tfisser antifona, iżda llum, għal dawk li ma qrawx l-ewwel artiklu, tajjeb li tibda billi terġa' tispjega fil-qosor, id-definizzjoni u l-oriġini tal-antifona kif nafuha f 'Malta. Fi kliem sempliċi, antifona tfisser silta mużikali, li tindaqq mill-orkestra bil-kliem bil-Latin dwar il-qaddis jew il-qaddisa li tagħhom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. L-antifona, fost oħrajn, tilqa' l-vara malli tidħol lura fil-knisja wara l-purċissjoni. Iżda kieku kellna nagħtu definizzjoni aktar iddettaljata u fonda ta' antifona, irridu nħarsu lejn dik magħrufa bħala l-Liturġija tas-Sigħat, jiġifieri t-talb permezz tas-Salmi li l-Knisja tagħmel f 'ħinijiet differenti tal- ġurnata, bħalma huwa dak magħruf bħala l-Għasar, jiġifieri t-talba li l-Knisja tagħmel fi nżul ix-xemx. L-antifoni huma versi qosra li jintroduċu s-Salmi waqt il-Liturġija tas- Sigħat. Normalment, dawn jitkantaw bil- Gregorjan. L-antifona tal-festa x'aktarx li tittieħed (iżda mhux dejjem) mil-Liturġija tas- Sigħat, ġeneralment tkun dik ta' qabel il- Magnificat tal-Għasar, anke jekk inqatgħet għalkollox minnha. Magħha x'aktarx li jkun żdied xi kliem u ma jitkantax bil- Gregorjan iżda b'orkestra u bi stil barokk. Fil-fatt, l-antifona kif jafuha l-Maltin ma ssibha mkien aktar. Ma ninsewx li fi żminijiet l-imgħoddija, meta t-teatri kienu biss tas-Sinjuri, il- knejjes żviluppaw bħala t-teatru tal-poplu. Mhux ta' b'xejn li l-antifona hija mlaqqma bħala "l-opra tal-fqar." Għalhekk, l-antifona fil-festi Maltin tista' tkun deskritta bħala innu ta' tifħir għall- patrun jew il-patruna. L-antifona Joseph Fili David Il-kliem tal-antifona Joseph Fili David huma meħuda mill-Evanġelju ta' San Mattew. Fil-fatt, din tirrakkonta l-ewwel ħolma li kellu Ġużeppi, meta wara li Marija ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu kien iddeċieda li minflok ixandarha (xi ħaġa li kienet tfisser it-tħaġġir tagħha) jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Iżda meta kien rieqed, skont l-Evanġelju ta' San Mattew, lil Ġużeppi deherlu anġlu tal-Mulej jgħidlu biex jilqa' lil Marija għax hi kienet qaltlu l-verità, jiġifieri li ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Għalhekk, l-antifona Joseph Fili David hija meħuda direttament, kelma b'kelma minn dan l-Evanġelu. Dawn huma l-kelmiet tal-antifona Ġużeppina: Latin: Joseph, fili David, noli timere accipere Mariam conjugem tuam: quod enim in ea natum est, de Spiritu Sancto est. Malti: Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġew mill-Ispirtu s-Santu. Min kien Carlo Diacono? Meta fid-9 ta' Frar li għadda, il-gazzetta ILLUM ippubblikat l-artiklu dwar l-antifona Sancte Paole ta' Maestro Paolo Nani, tkellmet ukoll dwar il-polemika li din ġabet magħha għall-fatt li meta wieħed jismagħha qisu qed jisma biċċa opra, tant li Nani, f 'din l-antifona, jagħmel użu estensiv mill-istrumenti tar-ramm, li sa dak iż- żmien, ma tantx kienu popolari fil-knejjes. Fil-fatt, influwenzat mill-istudji tiegħu f 'Napli, Nani tista' tgħid li ġab miegħu rewwixta fil-mużika sagra fil-knejjes Maltin u fil-fatt ħafna mix-xogħlijiet li Nani kiteb għall-knejjes li tahom kien maestro- di-capella, primarjament għall-Knisja tal- Karmelitani u l-Kolleġġjata Pawlina tal-Belt Valletta, iżda mhux biss, jistgħu jitqiesu bħala opra sagra għall-foqra li ma setgħux jattendu t-teatri għax ma kellhomx mezzi. Iżda dan l-istil ġdid li ġab miegħu Nani, ma niżilx tajjeb ma' kulħadd, inkluż ma' membri tal-kleru u dawn kważi kważi ngħataw raġun fis-sena 1903 meta l-Papa, illum qaddis, San Piju X, ippubblika Motu Proprio bil-għan li jirriforma l-mużika sagra u jagħmilha aktar adattata għall- knejjes. Ta' min isemmi li sa dak iż-żmien, il- mużika sagra fil-knejjes Maltin, kienu ddominati minn żewġ Cappelli, jiġifieri dik tal-familja Nani u dik tal-familja Bugeja. Kien hawn li daħal fix-xena Carlo Diacono li kien wieħed minn dawk li kkonforma ma' dan il-Motu Proprio u kien dan li wassal biex il-fama tiegħu nxterdet ma' Malta kollha u diversi knejjes u parroċċi talbu s-servizz tiegħu. Fil-fatt, meta wieħed jisma' antifona jew kompożizzjoni sagra oħra miktub minn Diacono u jqabbilha ma' dawk ta' Nani jew Bugeja, mill-ewwel jinduna bid-